Language of document : ECLI:EU:C:2013:676

Kawża C‑95/12

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi minoranza ta’ veto ta’ 20 % għat-teħid ta’ ċerti deċiżjonijiet mill-azzjonisti ta’ Volkswagen AG”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013

1.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Proċedura ġudizzjarja speċjali għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trattament tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu meqjusa mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala fondati abbażi tal-Artikolu 258 TFUE

(Artikolu 258 TFUE)

2.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Effetti — Obbligi tal-Istat Membru li jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu — Eżekuzzjoni tas-sentenza — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-għaqda ta’ żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali — Tħassir, mill-Istat Membru, ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet — Tħassir suffiċjenti sabiex din is-sentenza tiġi eżegwita b’mod totali

(Artikolu 260(1) TFUE)

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 23)

2.        Skont l-Artikolu 260(1) TFUE, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattati, dak l-Istat Membru jkun marbut li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Id-dispożittiv tas-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2007, Il-Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, fil-Kawża C-112/05, għandu importanza partikolari f’dak li jikkonċerna s-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li fl-imsemmija sentenza din ikkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jirriżulta mill-għaqda ta’ żewġ dispożizzjonijiet nazzjonali, u mhux minn kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, meħuda waħedhom. Din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-motivi tas-sentenza, li fid-dawl tagħhom għandu jinftiehem id-dispożittiv tagħha. Konsegwentement, it-tħassir jew l-emenda ta’ waħda biss minn dawn id-dispożizzjonijiet tista’ tkun biżżejjed sabiex din is-sentenza tiġi eżegwita b’mod totali.

(ara l-punti 33, 35-37, 39, 40)