Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2014 – Vodafone GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-395/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk awtorità regolatorja nazzjonali obbligat lil operatur, li jkollu saħħa sinjifikattiva fis-suq, jipprovdi servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonata mobbli u ssuġġettat għal awtorizzazzjoni t-tariffi għal dawn is-servizzi skont il-proċedura prevista mid-dispożizzjoni ċċitata hawn fuq tad-Direttiva, hija fl-obbligu li ssegwi mil-ġdid il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21 qabel kull awtorizzazzjoni ta’ tariffi li tintalab konkretament?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.