Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Greċja) fid-9 ta’ Novembru 2016 – Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina

(Kawża C-565/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Eirinodikeio Lerou (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:    Alessandro Saponaro

Kalliopi-Chloi Xylina

Domanda preliminari

Fil-każ li talba għal awtorizzazzjoni intiża għar-rinunzja ta’ suċċessjoni hija indirizzata lil qorti Ellenika mill-ġenituri ta’ wild minuri li r-residenza abitwali tiegħu tinsab fl-Italja u għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hijiex konformi mal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 1 : a) is-sempliċi preżentata tat-talba quddiem il-qorti Ellenika hija ekwivalenti għall-aċċettazzjoni inekwivoka mill-ġenituri tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b) l-eisangeleas protodikon (prosekutur fil-qorti reġjonali) jinsab fost il-partijiet li jridu jaċċettaw l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni fil-mument tal-preżentata tat-talba, fid-dawl tal-fatt li skont id-dritt Elleniku huwa legalment parti fil-proċedura inkwistjoni, u c) l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-interess tal-wild, fid-dawl tal-fatt li huwa stess u l-ġenituri tiegħu, fil-kwalità ta’ rikorrenti, għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Italja, filwaqt li r-residenza tal-mejjet fil-mument tal-mewt, kif ukoll il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, jinsabu fil-Greċja?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).