Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Verona (l-Italja) fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Shamim Tahir vs Ministero dell’Interno u Questura di Verona

(Kawża C-469/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Verona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Shamim Tahir

Konvenut: Ministero dell’Interno, Questura di Verona

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/109 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni ta’ residenza legali u mingħajr interruzzjoni għal ħames snin fl-Istat Membru, imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, u li għandha tiġi ssodisfata billi jiġu ppreżentati dokumenti insostenn tagħa, meta tiġi ppreżentata t-talba għal permess ta’ residenza, tista’ tapplika wkoll għal persuna differenti minn dik li tippreżenta t-talba u li hija membru tal-familja tagħha skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva?

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/109 għandha tiġi interpretata fis-sens li fost l-iżjed kundizzjonijiet favorevoli li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri jistgħu joħorġu permessi ta’ residenza KE għat-tul permanenti jew ta’ validità illimitata hemm ukoll dik li tippermetti li tiġi estiża, bħala kundizzjoni għall-għoti tal-istatus ta’ residenti għat-tul, ir-residenza legali u mingħajr interruzzjoni għal ħames snin fl-Istat ikkonċernat, skont l-Artikolu 4(1) ta’ l-istess direttiva, tal-persuna li diġà tkun kisbet l-istatus ta’ residenti għat-tul għall-membri tal-familja tagħha hekk kif iddefiniti fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva, irrispettivament mit-tul tar-residenza ta’ dawn tal-aħħar fit-territorju tal-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata t-talba?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272)