Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2016 – Hornbach-Baumarkt-AG vs Finanzamt Landau

(Kawża C-382/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Rheinland-Pfalz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hornbach-Baumarkt-AG

Konvenut: Finanzamt Landau

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 flimkien mal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – TFUE – (li qabel kienu, l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 48 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea – KE –) jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema dħul li persuna taxxabbli residenti tagħmel mir-rabtiet kummerċjali tagħha ma’ kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor, li fiha tipparteċipa direttament jew indirettament mill-inqas bi kwart u li magħha tkun ftiehmet fuq kundizzjonijiet, li jvarjaw minn dawk li jkunu ġew miftiehma minn terzi indipendenti f’ċirkustanzi identiċi jew simili, għandu jiġi kkalkolat bħallikieku sar skont il-kundizzjonijiet miftiehma bejn terzi indipendenti, meta tali korrezzjoni ma ssirx fir-rigward ta’ dħul minn rabtiet kummerċjali ma’ kumpannija residenti u din il-leġiżlazzjoni ma tagħtix lill-persuna taxxabbli residenti l-possibbiltà li tipprova li l-kundizzjonijiet ġew miftiehma minħabba raġunijiet kummerċjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni tagħha inkwantu azzjonist fil-kumpannija residenti fl-Istat Membru l-ieħor?

____________