Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Il-Belġju) fis-7 ta' Ġunju 2012 - Aboubacar Diakite vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides
(Kawża C-285/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aboubacar Diakite
Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides
Domandi preliminari
L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija , għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprovdi biss protezzjoni f'sitwazzjoni ta' "kunflitt armat intern" kif interpretat mil-liġi umanitarja internazzjonali, partikolarment b'referenza għall-Artikolu 3 komuni għall-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awissu 1949 (li jirrigwardaw, rispettivament, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-feruti u l-morda fil-forzi armati fuq il-kamp, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-feruti, tal-morda u n-nawfragi tal-forzi armati, it-trattament tal-priġunjieri tal-gwerra, u l-protezzjoni ta' persuni ċivili fi żmien ta' gwerra)?
Jekk il-kunċett ta' "kunflitt armat intern" imsemmi fl-Artikolu 15(ċ) tad-direttiva ċċitata iktar 'il fuq għandu jiġi interpretat b'mod awtonomu mill-Artikolu 3 komuni għall-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tat-12 ta' Awissu 1949, liema huma f'dan il-każ, il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta' tali "kunflitt armat intern"?
____________1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitlu 19 Vol. 07 p. 96.