Language of document : ECLI:EU:C:2007:291

KONKLUŻJONIJIET TA’ L-AVUKAT ĠENERALI

MENGOZZI

ippreżentati fit-23 ta’ Mejju 2007 1(1)

Kawża C‑341/05

Laval un Partneri Ltd

vs

Svenska Byggnadsarbetareförbundet et

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Iżvezja)]

“ Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikoli 12 KE u 49 KE – Direttiva 96/71/KE – Effett dirett orizzontali – Kollokament ta’ ħaddiema – Impriża tas-settur tal-kostruzzjoni – Kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg – Rati minimi ta’ paga – Ftehim kollettiv mhux iddikjarat ta’ applikazzjoni ġenerali – Azzjonijiet kollettivi – Drittijiet fundamentali – Protezzjoni tal-ħaddiema – Dumping soċjali – Proporzjonalità ”





I –   Introduzzjoni

II – Il-kuntest ġuridiku

A –   Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

B –   Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

1.     Il-legiżlazzjoni nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-kollokament tal-ħaddiema

2.     Il-ftehim kollettiv fl-Iżvezja

3.     Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ l-azzjoni kollettiva

III – Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

V –   Evalwazzjoni ġuridika

A –   Osservazzjonijiet preliminari

1.     Fuq l-applikabbiltà tad-dritt Komunitarju

2.     Fuq l-ammissibbiltà tad-deċiżjoni preliminari

B –   Fuq id-domandi preliminari

1.     Osservazzjonijiet ġenerali

2.     Fuq l-interpretazzjoni tad-Direttiva 96/71 u l-implementazzjoni tagħha fl-Iżvezja

3.     Konklużjonijiet intermedji

4.     Fuq l-Artikolu 49 KE

a)     Osservazzjonijiet ġenerali

b)     Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

c)     Fuq l-eventwali ġustifikazzjonijiet tar-restrizzjoni

i)     Fuq il-proporzjonalità ta’ l-azzjonijiet kollettivi safejn dawn huma intiżi li jimponu r-rata ta’ paga ffissata skond il-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet.

ii)   Fuq il-proporzjonalitá ta’ l-azzjonijiet kollettivi sa fejn dawn kienu intiżi għall-impożizzjoni tal-kundizzjonijiet kollha previsti mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet

VI – Konklużjonijiet

I –    Introduzzjoni

1.        Permezz taż-żewġ domandi tiegħu, l-Arbetsdomstolen (l-Iżvezja) (it-Tribunal industrijali) essenzjalment jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, f’sitwazzjoni fejn Stat Membru m’għandux sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, l-Artikolu 12 KE, l-Artikolu 49 KE u d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ provvista ta’ servizzi(2), għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li organizzazzjonijiet sindakali ta’ ħaddiema ta’ Stat Membru milli jniedu, skond il-liġijiet interni ta’ dak l-Istat, azzjonijiet kollettivi intiżi li jġiegħlu fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru ieħor jiffirma ftehim kollettiv favur ħaddiema temporanjament kollokati minn dan il-fornitur fit-territorju ta’ l-ewwel Stat Membru, anke meta dan il-fornitur ikun diġà marbut minn ftehim kollettiv konkluż fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.

2.        Din il-kwistjoni tqajjem diversi kwistjonijiet legali li s-soluzzjoni tagħhom mhijiex faċli u fejn, l-aktar kumplessi fosthom, huma kkaratterizzati mill-ħtieġa ta’ konċiljazzjoni ta’ interessi diverġenti.

3.        Għalhekk, ir-risposta li għandha tingħata f’din il-kawża timponi li l-eżerċizzji, mill-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema, tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-ħaddiema – dritt li, kif ser nissuġġerixxi f’dawn il-konklużjonijiet, għandu jiġi kkunsidrat bħala li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju – għandu jiġi bbilanċjat ma l-eżerċizzju, minn impriża stabbilita fil-Komunità, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li hija libertà fundamentali tat-Trattat KE.

4.        Din tirrikjedi wkoll li jkun hemm konċiljazzjoni tal-protezzjoni tal-ħaddiema temporanjament kollokati fit-territorju ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi transfruntaljiera, il-ġlieda kontra d-dumping soċjali u l-ħarsien tat-trattament ugwali bejn l-impriżi nazzjonali ta’ Stat Membru u l-fornituri ta’ servizzi ta’ Stat Membru ieħor.

5.        L-imsemmija risposta teżiġi wkoll, fl-opinjoni tiegħi, li jsir eżami approfondit ta’ l-istruttura tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71 u ta’ l-Artikolu 49 KE, fid-dawl tal-mudell partikolari ta’ relazzjonijiet kollettivi tax-xogħol prevalenti fl-Iżvezja, mudell li, skond l-analiżi żviluppata f’dawn il-konklużjonijiet, m’għandhiex tiġi kkontestata mill-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju iżda li, madankollu, għandu jiggarantixxi li l-azzjonijiet kollettivi awtorizzati minnu jkunu jirrispettaw, f’mod partikolari, il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.        Fl-aħħar nett, din il-kawża tista’ tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-okkażjoni sabiex tippreċiża l-ġurisprudenza tagħha li tirrigwarda l-effett dirett orizzontali ta’ l-Artikolu 49 KE, effett li jiena, f’dawn il-konklużjonijiet, nissuġġerilha li tirrikonoxxi.

II – Il-kuntest ġuridiku

A –    Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

7.        L-Artikolu 12 KE jipprovdi li, fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi pprojbita.

8.        L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 49 KE jipprovdi li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-Komunità għandhom jiġu pprojbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.

9.        L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 50 KE jipprovdi li l-kunċett ta’ servizzi għandu jitqies li jinkludu servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni. Skond l-aħħar paragrafu ta’ dan l-Artikolu, persuna li tagħti servizz tista’, sabiex tagħti dan is-servizz, teżerċita l-attivita tagħha temporanjament fil-pajjiż fejn ikun qed jingħata s-servizz, bl-istess kundizzjonijiet li huma imposti minn dak il-pajjiż fuq ċittadini tiegħu.

10.      Skond l-Artikolu 55 KE, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 45 KE sa 48 KE, inklużi, għandhom japplikaw għall-kapitolu li jirrigwarda l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Barra minn hekk, huma applikabbli għal dan il-kapitolu kemm id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46 KE, li jagħti lill-Istati Membri d-dritt li japplikaw liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jipprovdu għal trattament speċjali ta’ ċittadini barranin u li huwa ġġustifikat għal raġunijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà pubblika u saħħa pubblika, kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 47(2) KE, li jawtorizza lill-Kunsill li, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, joħroġ direttivi għall-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet kif stabbiliti bil-liġi, bir-regolament jew f’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri f’dak li jirrigwarda għoti ta’ servizzi.

11.      Huwa għalhekk abbażi ta’ l-Artikolu 57(2) tat-Trattat KE (li iktar tard, wara l-emendi, sar l-Artikolu 47(2) KE) u ta’ l-Artikolu 66 tat-Trattat KE (li iktar tard sr l-Artikolu 55 KE) li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw, fis-16 ta’ Diċembru 1996, id-Direttiva 96/71.

12.      Id-Direttiva 96/71, filwaqt li tikkonstata, fit-tielet premessa tagħha, li s-suq intern joffri kuntest dinamiku għall-provvista transnazzjonali ta’ servizzi, fejn impriżi jistgħu jikkollokaw ħaddiema sabiex temporanjament iwettqu xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor barra minn dak li fih huma normalment iwettaq id-dmirijiet tiegħu, hija intiża, kif tenfasizza l-ħames premessa tagħha, li tikkonċilja l-promozzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi transnazzjonali mal-ħtieġa ta’ “kompetizzjoni ġusta” u ta’ “miżuri li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema”.

13.      Kif jiġi mfakkar fit-tmien u l-għaxar premessi tad-Direttiva 96/71, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali(3), jipprovdu li, fin-nuqqas ta’ għażla min-naħa tal-partijiet, il-kuntratt tax-xogħol għandu jkun irregolat mil-liġi tal-pajjiż fejn l-impjegat normalment iwettaq xogħlu, sabiex jeżegwixxi l-kuntratt, anke jekk huwa temporanjament ikkollokat f’pajjiż ieħor, jew mil-liġi ta’ l-Istat fejn jinsab l-istabbiliment li qabbad lill-impjegat, minajr ma dan, madankollu, jkun ta’ ħsara għall-possibbiltà, skond ċerti kundizzjonijiet, li jiġu implementati, skond il-liġi li ġiet iddikjarata bħala applikabbli għall-kuntratt, ir-rgoli obbligatorji ta’ liġi oħra, f’mod partikolari dik ta’ l-Istat fejn il-ħaddiem jiġi temporanjament ikkolokat.

14.      F’dan ir-rigward, kif previst mis-sitt u mit-tlettax-il premessa tagħha, id-Direttiva 96/71 hija intiża li tikkoordina l-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw għall-provvista transnazzjonali ta’ servizzi, billi tipprovdi l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-imjieg applikabbli għar-relazzjoni ta’ impjieg ikkontemplata, fosthom, f’mod partikolari, “nukleu” ta’ regoli obbligatorji għall-protezzjoni minima li għandhom jiġu osservati, fl-Istat li jilqa’, mill-persuna li timpjega u li temporanjament tikkoloka ħaddiema fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz.

15.      L-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71 jipprovdi:

“1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru li, fil-qafas ta’ prestazzjoni [provvista] ta’ servizzi transnazzjonali, jimpjegaw ħaddiema skond il-paragrafu 3, fit-territorju ta’ Stat Membru.

[…]

3. Din id-Direttiva għandha tapplika sa fejn l-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu waħda mill-miżuri transnazzjonali li ġejjin:

a) jibagħtu ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru għall-kont tagħhom proprju u taħt il-kontroll tagħhom fil-qafas ta’ kuntratt konkluż bejn l-impriża li tibgħat u d-destinatarju tal-prestazzjoni ta’ servizzi li jopera f’dak l-Isat Membru, sakemm teżisti relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża li tibgħat u l-ħaddiem fil-perjodu tal-kollokazzjoni

jew

b) jibgħat ħaddiema fi stabbiliment jew f’impriża fil-proprjetà ta’ grupp fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża li tagħmel il-kollokament u l-ħaddiema tul il-perjodu tal-kollokament

jew

c).billi tkun impriża ta’ impjieg jew aġent ta’ kollokazzjoni temporanju, tibgħat ħaddiem lill-impriża utenti stabbilita jew li topera fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża ta’ impjieg jew aġent ta’ kollokament temporanju u l-ħaddiem matul il-perjodu tal-kollokament.

[…]”

16.      L-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-imjieg, tipprovdi dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, tkun xi tkun il-liġi li tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg, l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu lill-ħaddiema mibgħuta fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet li ġejjin, fl-Istati Membri fejn ix-xogħol hu mwettaq, huma stabbiliti:

–        skond liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi

u/jew

–        bi ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ li kienu ddikjarati universalment applikabbli fis-sens tal-paragrafu 8, sa fejn jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fl-Anness:

a) il-perjodi massimi ta’ xogħol u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ;

b) it-tul minimu tal-vaganzi annwali mħallsa;

ċ) ir-rati minimi ta’ ħlas, li jinkludu rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;

d) il-kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ ħaddiema, f’mod partikulari l-fornitura ta’ ħaddiema minn impriżi ta’ impjieg temporanju;

e) is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol;

f) miżuri protettivi dwar termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li għadhom kif weldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ;

g) it-trattament ugwali bejn irġiel u nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar non-diskriminazzjoni.

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ rati minimi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 (ċ) huwa definit mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem huwa mibgħut.

[…]

7. Il-Paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx iżommu l-applikazzjoni ta’ klawżoli u kundizzjonijiet ta’ impjieg jew xogħol li huma iktar favorevoli għall-ħaddiema.

Il-ħlas addizzjonali minħabba l-kollokament għandu jingħadd bħala parti mis-salarju minimu, barra minn dak li jitħallas bħala rimbors ta’ spejjeż minħabba l-kollokament, bħalma huma l-ispejjeż tal-vjaġġ, ta’ l-alloġġ jew ta’ l-ikel.

8. ‘Ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ iddikjarati bħala ta’ applikazzjoni ġenerali’ ifisser ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ li għandhom ikunu osservati mill-impriżi kollha fis-settur u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernata [u li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħhom.].

Fl-assenza ta’ sistema biex tiddikjara ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ bħala ta’ applikazjoni universali fis-sens ta’ l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, jekk jiddeċiedu hekk, jibbażaw irwieħhom fuq:

–        ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitragg li huma ġeneralment applikabbli għall-impriżi simili kollha fil-qasam ġeografiku u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernata

u/jew

–        ftehim kollettiv li kienu konklużi mill-organizzazzjonijiet l-iktar rappreżentattivi ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema fuq pjan nazzjonali u li huma applikati fuq it-territorju nazzjonali kollu,

sakemm l-applikazzjoni tagħhom għall-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) tiżgura ugwaljanza ta’ trattament dwar kwistjonijiet elenkati fl-ewwl subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bejn dawk l-impriżi u l-impriżi l-oħra msemmija f’dan is-subparagrafu li huma f’pożizzjoni simili.

L-ugwaljanza ta’ trattament, fis-sens ta’ dan l- Artikolu, għandha titqies li teżisti meta impriżi nazzjonali f’pożizzjoni simili:

–        huma soġġetti, fil-post inkwistjoni jew fis-settur ikkonċernat, għall-istess obbligi bħala impriżi ta’ kollokament dwar il-materji indikati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1,

u

–        huma meħtieġa jissodisfaw dawn l-obbligi bl-istess effetti.

[…]

10. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-applikazzjoni mill-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat, għall-impriżi nazzjonali u għall-impriżi ta’ Stati oħra, fuq bażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament ta’:

–        it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg dwar kwistjonijiet barra dawk msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 sa fejn għandhom x’jaqsmu dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku,

–        it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg imniżżla fil-ftehim kolletiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ fis-sens tal-paragrafu 8 u dwar attivitajiet barra dawk imsemmija fl-Anness.”

17.      Mill-Artikolu 4 (1) u (3) tad-Direttiva 96/71 jirriżulta li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-informazzjoni, kull Stat Membru jista’ jinnomina uffiċċju ta’ kollegament jew iktar fit-territorju tiegħu u jadotta l-miżuri neċessarji sabiex l-informazzjoni li tirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti fl-Artikolu 3 jkunu ġeneralment aċċessibbli.

18.      Barra minn hekk, skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri adegwati huma disponibbli lill-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għat-twettiq ta’ l-obbligi taħt din id-Direttiva.

19.      Barra minn dan il-premessi wieħed u għoxrin u tnejn u għoxrin tad-Direttiva 96/71 ifakkru, rispettivament, li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familji tagħhom fi ħdan il-Komunità(4), jistabbilixxi dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u li d-Direttiva 96/71 hija mingħajr preġudizzju għal-liġi ta’ l-Istati Membri dwar azzjoni kollettiva biex tiddefendi l-interessi ta’ snajja u professjonijiet.

20.      Fl-aħħar nett, l-Anness tad-Direttiva 96/71 jelenka l-attivitajiet kollha fil-qasam tal-kostruzzjoni, inklużi dawk li jikkonċernaw it-twettieq, ir-restawrazzjoni u l-modifiki ta’ kostruzzjonijiet.

B –    Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

1.      Il-legiżlazzjoni nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-kollokament tal-ħaddiema

21.      L-Artikolu 5 tal-liġi fuq il-kollokament tal-ħaddiema [lagen (1999: 678) om utstationering av arbetstagare, iktar ’il quddiem il-“liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema”], li ttrasponiet id-Direttiva 96/71 fl-Iżvezja, jindika l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg applikabbli għall-ħaddiema kkolokati, tkun liema tkun il-liġi applikabbli għall-kuntratt tax-xogħol innifsu. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fl-Artikolu 3(1) (a) sa (g) tad-Direttiva 96/71, bl-eċċezzjoni tal-qasam elenkat f’(ċ), li jirrigwarda r-rati tal-paga minima. Il-liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema fil-fatt ma tgħid xejn f’dak li jirrigwarda ħlas, li fl-Iżvezja huwa tradizzjonalment irregolat mill-ftehim kollettiv. Din il-liġi lanqas ma tirreferi għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-imjieg, apparti l-ħlas, li huma rregolati minn ftehim kollettivi.

22.      Huwa stabbilit li din is-sitwazzjoni tista’ tiġi spjegata permezz tal-karatteristiċi tas-sistema Żvediża li tagħti lill-ftehim kollettivi konklużi mill-imsieħba soċjali rwol ewlieni sabiex tassigura li l-ħaddiem jirċevu l-protezzjoni magħrufa lilhom mil-leġiżlazzjoni fl-Isati Membri l-oħra. Peress li l-ftehim kollettivi għandhom livell ta’ kopertura għoli fl-Iżvezja, minħabba li dawn japplikaw għal iktar minn 90 % tal-ħaddiema fis-settur privat, u peress li l-mekkaniżmi u l-proċeduri li l-imsieħba soċjali għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom jassiguraw, f’mod sodisfaċenti, ir-rispett tar-regoli minimi previsti mill-ftehim kollettivi, il-leġiżlatur Żvediz ma ħassx il-ħtieġa li jestendi l-effett ta’ dawn il-ftehim permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali. Skond il-leġiżlatur Żvediż, dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali applikabbli biss għall-fornituri ta’ servizzi barranin li, temporanjament, iwettqu attivita fl-Iżvezja kien ikollha l-effett li toħloq diskriminazzjoni bejn dawn il-fornituri u l-impriżi Żvediżi, safejn il-ftehim kollettivi qatt ma japplikaw awtomatikament għal dawn ta’ l-aħħar. Għalhekk fl-Iżvezja ma teżistix sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, bħal dik prevista fl-Artikolu 3(1) u (8) tad-Direttiva 96/71.

23.      Skond l-Artikolu 9 tal-liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema, l-uffiċċju ta’ kollegament, stabbilit skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71, għandu jindika l-eżistenza ta’ ftehim kollettivi li jistgħu jkunu applikabbli fil-każ ta’ kollokament ta’ ħaddiema fl-Iżvezja u tistieden lill kull min huwa interessat li jikkonsulta mall-partijiet tal-ftehim kollettiv ikkonċernat sabiex jikseb informazzjoni iktar dettaljata.

2.      Il-ftehim kollettiv fl-Iżvezja

24.      Ftehim kollettiv, li huwa ftehim irregolat mid-dritt ċivili, jista’ jiġi konkluż fuq diversi livelli bejn min iħaddem u l-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema, skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi fuq il-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati għad-deċiżjonijiet mifthema [Lagen (1976: 580) om medbestämmande i arbetslivet ou medbestämmandelagen, iktar ’il quddiem l-“MBL”](5). Kif diġà ġie indikat, il-ftehim kollettivi għandhom livell għoli ta’ kopertura fis-settur privat Żvediż.

25.      Ftehim kollettivi jiġu ġeneralment konklużi fuq livell nazzjonali bejn organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema, f’divesi oqsma ta’ attivitajiet. Wara li jiġu konklużi dawn jorbtu lill-kull persuna li tħaddem li tkun memebru ta’ dik l-organizzazzjoni. Impriża li ma tkunx membru ta’ l-organizzazzjoni ta’ min iħaddem li ffirmat il-ftehim, inkluża impriża barranija, tista’ wkoll tkun marbuta minn ftehim kollettiv jekk hija tikkonkludi ftehim, imsejjaħ “ta’ annessjoni” (“hängavtal” bl-Iżvediż, iktar ’il quddiem il-“ftehim ta’ annessjoni”), fuq livell lokali mas-sezzjoni lokali ta’ l-organizzazzjoni sindakali tal-ħaddiema in kwistjoni. Meta jiffirma ftehim ta’ annessjoni, min iħaddem jimpenja ruħu li jikkonforma ruħu mal-ftehim kollettivi ġeneralment applikabbli għall-qasam li fih huwa jopera. Dan il-ftehim jimplika li l-partijiet huma marbutin minn obbligu ta’ paċi soċjali, li iktar tard tippermettilhom li, f’mod partikolari, jibdew negozjati fuq il-livell ta’ ħlas li għandu jiġi applikat għall-ħaddiema kkonċernati.

26.      Barra minn hekk, diversi ftehim kollettivi għandhom “klawżoli ta’ ripjieg” (“stupstocksregel” bl-Iżvediż jew “fall-back clause” bl-Ingliż) li jirrappreżentaw soluzzjonijiet li jintużaw l-aħħar fir-rigward ta’ kwistjoni li fuqha, fuq livell lokali, il-partijiet fin-negozjati ma rnexxilhomx jifthemu wara ċertu żmien. Tali klawżola ta’ ripjieg tista’, f’mod partikolari, tikkonċerna l-ħlas.

27.      Skond l-MBL, ftehim kollettiv iffirmat minn min iħaddem fuq livell nazzjonali, jew fir-rigward ta’ liema min iħaddem jannetti ruħu billi jiffirma ftehim ta’ annessjoni fuq livell lokali, japplika għall-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol, kemm jekk dawn ikunu organizzati fuq livell sindakali u anke jekk le.

3.      Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ l-azzjoni kollettiva

28.      Id dritt li titnieda azzjoni kollettiva fl-Iżvezja huwa wieħed kostituzzjonali, iggarantit fil-kapitolu 2 tal-liġi fundamentali dwar l-organizzazzjoni tas-setgħat pubbliċi (Regeringsformen 1974:152). L-Artikolu 17 ta’ din il-liġi jawtorizza lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem li jieħdu azzjonijiet kollettivi, ħlief fil-każ ta’ dispożizzjonijiet kuntrarji previsti minn liġi jew minn ftehim.

29.      L-MBL tipprovdi limiti għad dritt tat-tnedija ta’ azzjoni kollettiva, fost dawn il-limiti hemm il-każ fejn tkun fis-seħħ il-paċi soċjali bejn min iħaddem u l-ħaddiema marbutin min ftehim kollettiv.

30.      Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 42 tal-MBL, kif interpretat mill-ġurisprudenza. huwa pprojbit li titnieda azzjoni kollettiva intiża għall-ksib ta’ abrogazzjoni jew sabiex jiġi emendat ftehim kollettiv konkluż minn terzi. F’sentenza tal- Arbetsdomstolen ta’ l-1989, imsejħa Britannia(6), ġie deċiż li din il-projbizzjoni testendi għall-azzjonijiet kollettivi mibdija fl-Iżvezja li jkunu intiżi għall-ksib ta’ abrogazzjoni jew li jiġi emendat ftehim kollettiv konkluż bejn partijiet barrannin, fuq post tax-xogħol barrani, jekk tali azzjoni kollettiva hija pprojbita mid-dritt barrani applikabbli għall-partijiet firmatarji ta’ l-imsemmi ftehim kollettiv.

31.      Sabiex jillimita l-portata tal-prinċipju stabbilit fis-sentenza Britannia, iċċitata iktar ’il fuq, il-leġiżlatur Żvediż adotta l-liġi msejħa “lex Britannia”, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1991 u li permezz tagħha ġew introdotti tliet dispożizzjonijiet fl-MBL, jiġifieri l-Artikolu 25a, l-Artikolu 31a u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 42.

32.      L-Artikolu 25a tal-MBL jipprovdi li “ftehim kollettiv li fid-dawl tad-dritt barrani mhuwiex validu minħabba li ġie konkluż wara azzjoni kollettiva, huwa madankollu validu fl-Iżvezja jekk l-azzjoni kollettiva in kwistjoni hija awtorizzata fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Żvediża”.

33.      Skond l-Artikolu 31a tal-MBL, “fil-każ fejn min iħaddem ikun marbut minn ftehim kollettiv fir-rigward ta’ liema ma tkunx direttament applikabbli din il-liġi, suċċessivament jikkonkludi ftehim kollettiv skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 23 u 24 ta’ din il-liġi, l-aħħar ftehim kollettiv huwa applikabbli kull meta fil-ftehim kollettivi jkun hemm dispożizzjonijiet kuntrastanti.”

34.      Skond l-Artikolu 42 tal-MBL:

“L-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem jew tal-ħaddiema m’għandhomx id-dritt jorganizzaw jew iħeġġu b’kull mezz ieħor, azzjoni kollettiva illegali. Lanqas m’għandhom id-dritt jipparteċipaw f’azzjoni kollettiva illegali, bis-sostenn tagħhom jew mod ieħor [...].

Fil-każ fejn persuni tniedi azzjoni kollettiva illegali, kull persuna oħra hija pprojbita milli tieħu sehem f’din l-azzjoni.

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel żewġ sentenzi ta’ l-ewwel paragrafu japplikaw biss jekk assoċjazzjoni tniedi azzjonijiet kollettivi minħabba relazzjonijiet tax-xogħol li jaqgħu direttament taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi.”

35.      L-azzjonijiet kollettivi previsti mill-MBL jinkludu, apparti l-istrajk u l-lockout, l-imblokki, jiġifieri l-azzjoni ta’ bbojkottjar ta’ organizzazzjoni sindakali, kontra min iħaddem, li tkun intiża li dan ta’ l-aħħar ma jkunx jista’ jagħmel użu mill-ħaddiema membri ta’ din l-organizzazzjoni, kif ukoll l-“azzjoni ta’ simpatija” (“sympatiåtgärd” li timplika, f’mod partikolari, li organizzazzjoni sindakali, li ma tkunx hija nfisha parti fil-kunflitt soċjali, issostni l-azzjoni kollettiva ta’ organizzazzjoni oħra billi tadotta azzjoni fuq l-istess linji.

III – Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

36.      Fil-bidu ta’ Mejju 2004, Laval un Partneri Ltd (iktar ’il quddiem “Laval”) kumpannija rreġistrata fil-Latvja bl-uffiċċju prinċipali tagħha f’Riga, ikkollokat diversi għexieren ta’ ħaddiema mil-Latvja sabiex iwettqu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fl-Iżvezja. Ix-xogħol inbeda minn kumpannija sussidjarja, imsemmija L&P Baltic Bygg AB (iktar ’il quddiem “Baltic Bygg”). Fost dawn ix-xogħlijiet kien hemm ir-restawrazzjoni u l-estensjoni ta’ stabbiliment skolastiku fil-belt ta’ Vaxholm, li tinsab fir-reġjun ta’ Stokkolma. Baltic Bygg rebħet l-appalt pubbliku wara sejħa għal offerti. Il-kuntratt konkluż bejn l-amministrazzjoni komunali u l-impriża kien jipprovdi li l-ftehim kollettivi u l-ftehim ta’ annessjoni Żvediżi kellhom japplikaw għax-xogħlijiet iżda, skond Laval, iktar tard il-partijiet ftehmu li dawn il-klawżoli ma kinux applikabbli.

37.      F’Ġunju 2004, ġew stabbiliti kuntatti bejn, minn naħa, rappreżentant ta’ Laval u ta’ Baltic Bygg u, min-naħa l-oħra, id-delegat tas-sezzjoni sindakali (lokali) Nru 1 (Svenska Byggnadsarbetareförbundet avdelning 1 iktar ’il quddiem is-“sezzjoni sindakali lokali”) tas-sindakat Żvediż tal-ħaddiema tas-settur tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet pubblċi (Svenska Byggnadsarbetareförbundet, iktar ’il quddiem “Byggnadsarbetareförbundet”)(7). Inbdew negozjati mas-sezzjoni sindakali lokali sabiex jiġi konkluż ftehim ta’ annessjoni għal ftehim kollettiv dwar il-kostruzzjoni ffirmat bejn Byggnadsarbetareförbundet u s-sindakati Żvediżi ta’ min iħaddem fis-settur tal-kostruzzjoni (Sveriges Byggindustrier) (iktar ’il quddiem il-“ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet”). Il-ftehim ta’ annessjoni kellu jwassal sabiex l-applikazzjoni tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet tiġi estiża għall-ħaddiema li Laval ikkolokat fuq ix-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-komun ta’ Vaxholm. Madankollu ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim. Skond l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju fid-digriet tagħha, is-sezzjoni sindakali lokali kienet qegħda teżiġi, minn naħa, il-konklużjoni tal-ftehim ta’ annessjoni għax-xogħol ta’ kostruzzjoni in kwistjoni u, min-naħa l-oħra, li jiġi ggarantit ħlas fis-siegħa ta’ SEK 145(8) lill-ħaddiema tax-xogħol ta’ kostruzzjoni li, skond is-sezzjoni sindakali lokali, jikkostitwixxi ħlas fis-siegħa medju. Fil-każ li tali ftehim ma jintlaħaqx, is-sezzjoni sindakali lokali indikat li Byggnadsarbetareförbundet kienet lesta li tniedi azzjoni kollettiva.

38.      Skond l-elementi ta’ l-inkartament, fi-tmiem l-2004, is-sezzjoni sindakali lokali ddikjarat li kienet disposta li ma tkomplix tinsisti fuq il-ħlas ta’ SEK 145 fis-siegħa sakemm Laval tiffirma l-ftehim ta’ annessjoni. F’dan il-każ Laval kienet tkun tista’ tibbenefika mill-paċi soċjali u kienu jkunu jistgħu jinbdew negozjati fuq il-pagi skond il-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet(9). Jekk dawn in-negozjati kellhom ifallu, l-ewwel fuq livell lokali mas-sezzjoni sindakali lokali, u iktar tard fuq livell ċentrali ma Byggnadsarbetareförbundet, Laval kienet tkun għadha tista’ tagħmel użu mill-klawżola ta’ ripjieg dwar il-pagi, prevista fil-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, li kienet tistabbilixxi paga basi ta’ SEK 109 fis-siegħa(10) għat-tieni nofs ta’ l-2004.

39.      F’Settembru u f’Ottubru 2004, Laval iffirmat żewġ ftehim kollettivi mas-sindakat tal-ħaddiema tas-settur tal-kostruzzjoni fil-Latvia. Il-persunal kollokat ma kienx membru tas-sindakati Żvediżi.

40.      Azzjoni kollettiva, mnedija minn Byggnadsarbetareförbundet u s-sezzjoni sindakali lokali tagħha, inbdiet fit-2 ta’ Novembru 2004 wara avviż ta’ imblokk fuq ix-xogħol kollu fuq il-postijiet tax-xogħol kollha ta’ Laval. F’effett mit-3 ta’ Diċembru 2004, is-sindakat Żvediż tal-ħaddiema tas-settur eletriku (Svenska Elektrikerförbundet, iktar ’il quddiem “SEF”)(11) ingħaqad mal-moviment b’sinjal ta’ solidarjetà. Għalhekk ix-xogħlijiet kollha relatati ma’ l-elettriku li kienu għaddejin fix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Vaxholm twaqqfu. Wara li dan ix-xogħol ta’ kostruzzjoni twaqqaf għal ċertu perijodu ta’ żmien, Baltic Bygg kienet is-suġġett ta’ proċedura kollettiva ta’ likwidazzjoni. Sadattant, il-ħaddiema Latvjani li Laval ikkollokat fuq ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Vaxholm marru lura l-Latvja. Skond l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju fid-digriet tagħha, sa Settembru 2005, l-azzjoni kollettiva tas-sindakati kienet għadha fis-seħħ.

41.      F’Diċembru 2004, Laval ressqet rikors quddiem l-Arbetsdomstolen intiż, l-ewwel nett, li jiġu ddikkjarati illegali kemm l-azzjoni kollettiva ta’ Byggnadsarbetareförbundet u tas-sezzjoni sindakali lokali tagħha, li effettwat ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kollha ta’ Laval, kif ukoll l-azzjoni ta’ solidarjetà tas-SEF li tirrigwarda l-imblokk tax-xogħlijiet, it-tieni nett, sabiex jiġi ordnat it-tmiem ta’ dawn l-azzjonijiet u, fl-aħħar nett, li l-organizzazzjonijiet sindakali jiġu ordnati jħallsu kumpens għad-dannu li hija sofriet. Laval ressqet ukoll talba għal miżuri kawtelatorji intiżi li jiġi ordnat it-tmiem ta’ l-azzjonijiet kollettivi. Din it-talba ġiet miċħuda permezz tad-digriet tat-22 ta’ Diċembru 2004.

42.      Fid-deċiżjoni tagħha fuq il-mertu, l-Arbetsdomstolen ikkonkludiet li l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ l-azzjoni kollettiva deskritta iktar ’il fuq tqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja ż-żewġ domandi preliminari li ġejjin:

“1)       Il-fatt li organizzazzjonijiet sindakali jippruvaw, permezz ta’ azzjoni kollettiva fil-forma ta’ imblokk, iġiegħlu fornitur ta’ servizzi barrani jiffirma ftehim kollettiv fl-Istat ospitanti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, bħal dak ippreżentat fid-deċiżjoni [tar-rinviju], huwa kompatibbli mar-regoli tat-Trattat KE fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u fuq il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, kif ukoll mad-Direttiva 96/71 [...], jekk is-sitwazzjoni fl-Istat ospitanti tkun tali li l-leġiżlazzjoni li tittrasponi l-imsemmija Direttiva ma jkun fiha l-ebda dispożizzjoni espliċita fuq l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg fil-ftehim kollettivi?

2)      L-[MLB] tipprojbixxi lill-organizzazzjoni sindakali milli tniedi azzjoni kollettiva intiża għall-annullament ta’ ftehim kollettiv konkluż bejn imsieħba soċjali oħrajn. Madankollu din il-projbizzjoni hija valida biss, skond dispożizzjoni speċjali li tikkostitwixxi parti mil-liġi msejħa ‘lex Britannia’, jekk organizzazzjoni sindakali tniedi azzjoni kollettiva minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol li jaqgħu direttament taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-[MLB] u dan fil-prattika jfisser li din il-projbizzjoni ma tapplikax għal azzjonijiet kollettivi kontra kumpanniji barranin li f’mod temporanju jwettqu attivitajiet fl-Iżvezja bil-persunal tagħhom stess. Għandhom ir-regoli tat-Trattat KE li jirrigwardaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, kif ukoll id-Direttiva 96/71, jiġu kkunsidrati bħala li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ din l-aħħar regola – li, flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-lex Brittania, jipproduċu l-effett li fil-prattika l-ftehim kollettivi Żvediżi jsiru applikabbli u prevalenti fuq ftehim kollettivi barranin diġà konklużi – kontra azzjoni kollettiva fil-forma ta’ imblokk effettwat minn organizzazzjonijiet sindakali Żvediżi kontra fornitur ta’ servizzi li jirrisjedi temporanjament fl-Iżvezja?”

IV – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

43.      Fid-digriet tiegħu l-Arbetsdomstolen talab lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tapplika l-proċedura mħaffa għal din it-talba ta’ deċiżjoni preliminari, skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 104a tar-Regoli tal-Proċedura.

44.      Permezz tad-digriet tal-15 ta’ Diċembru 2005, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ċaħad din it-talba.

45.      Skond l-Artikolu 23 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrenti u mill-konvenuti fil-kawża prinċipali u minn erbatax-il Stat Membru, jiġifieri, Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta’ l-Iżvezja kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-awtorita ta’ sorveljanza EFTA.

46.      Dawn il-partijiet instemgħu matul is-seduta tad-9 ta’ Jannar 2007, ħlief għar-Renju tal-Belġju u għar-Repubblika Ċeka li kinux irrappreżentati. Barra minn hekk, ir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq ukoll ippreżenta osservazzjonijiet orali matul din is-seduta.

V –    Evalwazzjoni ġuridika

A –    Osservazzjonijiet preliminari

47.      Qabel ma tinbeda l-analiżi tad-domandi preliminari, għandha tingħata tweġiba għall-eċċezzjonijiet ta’ natura ġenerali mressqa mill-Gvernijiet Daniżi u Żvediżi dwar l-applikabbiltà tad-dritt Komunitarju kif ukoll għal dawk iktar ċirkustanzjali invokati mill-konvenuti fil-kawżi prinċipali fir-rigward ta’ l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.

1.      Fuq l-applikabbiltà tad-dritt Komunitarju

48.      Il-Gvern Daniż isostni li d-dritt li titnieda azzjoni kollettiva bl-iskop li min iħaddem jiġi mġiegħel jikkonkludi ftehim kollettiv, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma taqax taħt id-dritt Komunitarju minħabba li l-Komunità, kif jistabbilixxi l-Artikolu 137(5) KE m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirregola, direttament jew indirettament, azzjoni bħal din.

49.      Huwa, flimkien mal-Gvern Żvediż, isostni wkoll li l-inapplikabbiltà tad-dritt Komunitarju, f’mod partikolari tal-libertajiet ta’ moviment previsti fit-Trattat, tirriżulta minn natura tad-dritt funadamentali li jibbenefika minnha d-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, minħabba, f’mod partikolari, id-diversi strumenti internazzjonali li jirrigwardaw il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

50.      F’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, l-ewwel argument espost mill-Gvern Daniż, għandu jiġi osservat li, bil-kontra ta’ dak li wħud mill-partijiet li intervjenew issuġġerew, l-eċċezzjoni tiegħu ma tistax tiġi riassunta bħala li ssostni li l-qasam soċjali ma jaqax, bħala tali, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju. Minbarra d-diffikultajiet sabiex tiġi definita f’eżattezza l-espressjoni “qasam soċjali”, pożizzjoni bħal din kienet tkun manifestament indifendibbli u anakronistika, fil-fatt, minn naħa, il-leġiżlazzjoni soċjali ta’ l-Istati Membri ma jibbenefikaw minn l-ebda eċċezzjoni ġenerali mill-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat, f’mod partikolari minn dawk tal-libertajiet ta’ moviment li dan ta’ l-aħħar jistabbilixxi, peress li l-ġurisdizzjoni li l-Istati Membri jżommu f’dan il-qasam għandha tiġi eżerċitata fir-rispett tad-dritt Komunitarju(12) u, min-naħa l-oħra, il-Komunità, abbażi tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XI tat-Trattat, tgawdi wkoll minn ġurisdizzjoni fil-qasam soċjali, li għalkemm limitata, hija intiża li ssostni u tikkomplementa l-azzjoni ta’ l-Istati Membri, skond il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 137 KE sa 145 KE.

51.      Dawn iż-żewġ aspetti ta’ l-integrazzjoni Komunitarja, normalment ikkwalifikati bħala, rispettivament, “integrazzjoni negattiva”, jiġifieri, f’mod partikolari, obbligu ta’ l-Istati Membri li ma jostakolawx l-applikazzjoni l-libertajiet ta’ moviment previsti mit-Trattat, u “integrazzjoni pożittiva”, madankollu mhumiex awtomatiċi, kif jindika l-Artikolu 136 KE, peress li l-iżvilupp tal-politika soċjali tal-Komunità(13) huwa pperċepit bħala li jista’ jirriżulta “kemm mill-funzjonament tas-suq komuni, li jgħin l-armonizzazzjoni tas-sistemi soċjali , kif ukoll mill-proċeduri previsti mit- [...] Trattat u mit-tqarrib tal-liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi”(14).

52.      Wara dan kollu, l-eċċezzjoni magħmula mill-Gvern Daniż dwar l-applikabbiltà tad-dritt Komunitarju f’din il-kawża hija bbażata speċifikatament fuq l-Artikolu 137(5) KE, li tipprovdi li “[i]d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għall-paga, għad-dritt ta’ l-assoċjazzjoni, għad-dritt ta’ l-istrike jew għad-dritt ta’ l-impożizzjoni ta’ lock-outs.”

53.      Madankollu ma naħsibx li l-imsemmija dispożizzjoni għandha l-portata ġenerali li jattribwilha r-Renju tad-Danimarka.

54.      Fil-fatt, mill-istess kliem użat fl-Artikolu 137(5) KE jirriżulta li dan huwa intiż biss li jeskludi mill-kamp tal-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-istituzzjonijiet Komunitarji fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 1 tiegħu, skond il-modalitajiet previsti fil-paragrafu 2 tiegħu (maġġoranza kkwalifikata jew unanimità fi ħdan il-Kunsill u proċeduri ta’ ko-deċiżjoni jew ta’ konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, skond il-każ), l-aspetti tal-politika soċjali Komunitarja li jirrigwardaw il-paga, id-dritt ta’ assoċjazzjoni, id-dritt ta’ l-istrike u ta’ l-impożizzjoni ta’ lock-outs.

55.      Dan il-kliem, iżda wkoll il-pożizzjoni fejn jinsab l-Artikolu 137(5) KE fi ħdan it-Trattat, mhumiex adatti wisq sabiex jissuġġerixxu interpretazzjoni wiesgħa ta’ l-imsemmi paragrafu li tgħid li dan ta’ l-aħħar jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat.

56.      Barra minn hekk mhuwiex stabbilit li r-riżerva prevista mill-Artikolu 137(5) KE f’dak li jirrigwarda d-dritt ta’ l-istrike u d-dritt ta’ l-impożizzjoni ta’ lock-outs, jestendi, f’mod ġenerali, għall-azzjonijiet kollha kollettivi. Fil-fatt, għandu jiġi osservat li skond l-Artikolu 137(1)(f) KE, il-Komunità tista’ tikkumplimenta l-azzjoni ta’ l-Istati Membri fil-qasam “[tar-]rappreżentanza u d-difiża kollettiva ta’ l-interessi tal-ħaddiema u s-sidien, inkluża t-tmexxija konġunta, bla ħsara għall-paragrafu”5. Għalhekk dan l-aħħar paragrafu jidher li huwa intiż li jimponi limitu għall-għoti ta’ kompetenzi normattivi lill-Komunità f’oqsma elenkati f’mod eżawrjenti.

57.       Madankollu, anke jekk jiġi aċċettat li r-referenza għad-drittijiet ta’ l-istrike u ta’ l-impożizzjoni ta’ lock-outs, li ssir fl-Artikolu 137(5) KE, tiġi interpretata bħala li tirrigwarda, f’mod ġenerali, id-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, xorta jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni tillimita ruħha li teskludi l-adozzjoni, minn istituzzjonijiet Komunitarji, tal-miżuri previsti fil-paragrafu 2 ta’ l-istess l-Artikolu, f’mod partikolari l-adozzjoni ta’ direttivi li jimponu rekwiżiti minimi li jirregolaw id-dritt għall-azzjoni kollettiva. Sabiex jitħares l-effett utli ta’ l-Artikolu 137(5) KE, l-istituzzjonijiet Komunitarji ma jkunux jistgħu, ovvjament, jagħmlu użu minn bażijiet legali oħrajn fit-Trattat sabiex jadottaw miżuri intiżi għat-tqarrib tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam.

58.      Għal kull buon fini, dan mhuwiex il-każ, per eżempju, tad-Direttiva 96/71, ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li għandha l-iskop li tikkoordina r-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex tiddetermina d-dritt nazzjonali applikabbli għal fornitura ta’ servizzi transfruntaljieri f’sitwazzjoni ta’ kollokament temporanju ta’ ħaddiema fi ħdan il-Komunità, mingħajr ma tarmonizza la r-regoli materjali ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw id-dritt tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jirrigwardaw, f’mod partikolari, ir-rata tal-ħlas, u lanqas id-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva.

59.      Barra minn hekk, anki jekk tiġi aċċettata interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 137(5) KE li tgħid li dan ta’ l-aħħar jinkludi riżerva ta’ ġurisdizzjoni esklużiva ta’ l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-regolamentazzjoni tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, din id-dispożizzjoni ma tfissirx li, fil-kuntest ta’ l-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, l-Istati Membri m’għandhomx jiżguraw ruħhom li l-libertajiet fundamentali ta’ moviment previsti mit-Trattat huma rrispettati fit-territorju tagħhom.

60.      Wara dan għandu jiġi kkunsidrat – u issa ser nibda l-eżami ta’ l-eċċezzjoni konġunta mqajma mill-Gvern Daniż u dak Żvediż dwar l-applikabbiltà tad-dritt Komunitarju f’din il-kawża – jekk id-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, kif iggarantit mid-dritt nazzjonali rispettiv tagħhom, jistax, madankollu, ma jaqax taħt l-applikazzjoni tal-libertajiet ta’ moviment previsti mit-Trattat, minħabba l-allegata natura tiegħu ta’ dritt fundamentali.

61.      Din il-kwistjoni hija ta’ importanza ewlenija peress li jekk l-applikazzjoni tal-libertajiet ta’ moviment tat-Trattat, f’dan il-każ il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huma ta’ ħsara għall-istess essenza tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, protett bħala dritt fundamentali, din l-applikazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala illegali, anke jekk din tippersegwi objettiv ta’ interess ġenerali(15).

62.      Apparti r-referenzi għad-drittijiet ta’ l-istrike u ta’ l-impożizzjoni ta’ lock-outs li diġà ġew ikkunsidrati, it-Trattat bl-ebda mod ma jistabbilixxi dritt – iktar u iktar fundamentali – li jsir użu minn azzjoni kollettiva bl-iskop li jiġu mħarsa l-interessi professjonali tal-membri ta’ sindakat.

63.      Skond l-Artikolu 6(2) UE, “[l]-Unjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif huma ggarantiti mill-Konvvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, u kif dawn jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni ta’ l-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.”

64.      Għalkemm dan l-artikolu jsemmi biss, fost l-istrumenti internazzjonali, il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali (iktar ’il quddiem l-“ECHR”), il-kliem użat fih huwa ispirat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li dan it-Trattat għandu “sinjifikat partikolari”(16), sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tidentifika l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.

65.      Fil-kuntest ta’ din it-tfitxija, huwa leġittimu li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirreferi għall-istrumenti oħra, apparti l-ECHR, li jirrigwardaw il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

66.      F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni li tinteressana, għandu jiġi osservat li l-preambolu tat-Trattat UE u l-Artikolu 136 KE jsemmu kemm il-Karta Soċjali Ewropea, iffirmata f’Turin fit-18 ta’ Ottubru 1961, li ġiet konkluża fil-kuntest tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, kif ukoll il-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema ta’ l-1989, li mhijiex legalment vinkolanti, meta jiddikjara li d-drittijijiet imsemmija f’dawn l-istrumenti għandhom il-karattru ta’ “drittijiet soċjali fundamentali”. Anke l-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet, fil-ġurisprudenza tagħha, għall-Karta Soċjali Ewropea(17) u għall-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali(18).

67.      Il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tikkonsisti f’li tagħti “sinjifikat partikolari” lill-ECHR, mingħar madankollu ma teskludi sorsi oħra ta’ ispirazzjoni, sabet postha fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, ipproklamata solennement fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nizza mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, wara li ġiet approvata mill-kapijiet ta’ l-Istat tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri(19) (iktat ’il quddiem il-“Karta tad-Drittijiet Fundamentali”).

68.      Minkejja, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma tikkostitwixxix strument ġuridiku vinkolanti. Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li l-għan prinċipali tagħha, kif jirriżulta mill-preambolu, huwa li jafferma mill-ġdid “id-drittijiet kif jirriżultaw, f’mod partikolari, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u mill-obbligi internazzjonali komuni għall-Istati Membri, mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mit-Trattati Komunitarji, mill-[ECHR], mill-Karti Soċjali adottati mill-Komunità u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja […] u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem”(20).

69.      F’dak li jirrigwarda l-libertà sindakali u d-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, għandu l-ewwel nett jiġi osservat li l-Artikolu 11 ta’ l-ECHR, dwar il-libertà ta’ assemblea u ta’ assoċjazzjoni – fejn il-libertà sindakali tikkostitwixxi biss aspett partikolari - (21) jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, id-dritt li kulħadd għandu għad-“dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika u għal-libertà ta’ assoċjazzjoni ma’ oħrajn, inkluż id-dritt li wieħed jifforma u jidħol fi trade unions għall-protezzjoni ta’ l-interessi tiegħu”. Il-Paragrfu 2 ta’ dan l-Artikolu jipprovdi li “[m]a għandu jkun hemm ebda restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet ħlief dawk li jkunu preskritti f’liġi u li jkunu meħtieġa f’soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali jew tas-sigurtà pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-egħmil ta’ delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor [...]”.

70.      L-Artikolu 11(1) ta’ l-ECHR iħares kemm il-libertà li wieħed isir membru ta’ Sindakat (aspett imsejjaħ “pożittiv” tal-libertà ta’ assoċjazzjoni) kif ukoll il-libertà li wieħed ma jsirx jew ma jibqax membru ta’ tali sindakat (aspett imsejjaħ “negattiv” ta’ din il-libertà)(22). F’dan ir-rigward il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li, għalkemm il-fatt li persuna tiġi mġiegħlha ssir membru ta’ sindakat mhux dejjem imur kontra l-ECHR, forma ta’ ġġegħil li, f’sitwazzjoni partikolari, tmiss l-essenza stess tal-libertà ta’ assoċjazzjoni, kif stabbilita fl-Artikolu 11 ta’ l-ECHR, hija ta’ ħsara għall-imsemmija libertà. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkunu obbligati, f’ċerti ċirkustanzi, jintervjenu fir-relazzjonijiet bejn persuni privati billi jadottaw miżuri raġjonevoli u xierqa sabiex jassiguraw ir-rispett effettiv tad-dritt tal-libertà li wieħed ma jisseħibx ma sindakat(23).

71.      Għalkemm l-Artikolu 11(1) ta’ l-ECHR ma jsemmix espliċitament id-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkunsidrat li l-kliem “għall-protezzjoni ta’ l-interessi tiegħu” li huwa juża, “juru li l-[ECHR] tħares il-libertà li jiġu difiżi l-interessi professjonali tal-membri ta’ sindakat permezz ta’ azzjoni kolletiva ta’ dan is-sindakat, azzjoni li l-Istrati kontraenti għandhom fl-istess ħin kemm jawtorizzaw kif ukoll li jagħmlu l-iżvolġiment u l-iżvilupp tagħha possibbli(24).

72.      Madankollu mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-Artikolu 11(1) ta’ l-ECHR, billi jħalli għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat l-għażla tal-mezzi li għandhom jintużaw għal dan il-għan, mhux bilfors jimplika d-dritt għall-istrike, peress li l-interessi tal-membri ta’ sindakat jistgħu jiġu mħarsa permezz ta’ mezzi oħra u, barra minn hekk, peress li d-dritt għall-istrike mhuwiex espliċitament previst fl-Artikolu 11 ta’ l-ECHR u jista’ jkun suġġett għad-dritt intern ta’ leġiżlazzjoni f’tali mod li l-eżerċizzju tiegħu jista’ jiġi, f’ċerti każi, limitat(25). Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li l-konklużjoni ta’ ftehim kollettivi tista’ wkoll tikkostitwixxi mezz ta’ difiża ta’ l-interessi tal-membri ta’ sindakat(26), filwaqt li ċaħdet id-dritt, li s-sindakati jippruvaw jimponu fuq l-Istat, li jikkonkludi ftehim kollettivi simili(27). Sal ġurnata tal-lum, l-uniku aspett ta’ l-azzjoni kollettiva li ġie espliċitament rikonoxxut mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala dritt veru u proprju huwa dak li wieħed “jinstema’” mill-Istat(28).

73.      Għalhekk, jista’ jingħad li din il-ġurisprudenza tindika li l-Artikolu 11(1) ta’ l-ECHR jeżiġi li l-partijiet kontraenti jippermettu lis-sindakati li jiġġieldu għad-difiża ta’ l-interessi tal-membri tagħhom(29), mingħajr madankollu ma jimponilhom il-mezzi sabiex jilħqu dan ir-riżultat.

74.      Wara dan għandu jiġi osservat li, skond l-Artikolu 6(4) tal-Karta Soċjali Ewropea, il-partijiet kontraenti jirrikonoxxu “id-dritt tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem li jużaw azzjonijiet kollettivi fil-każ ta’ kunflitti ta’ interess, inkluż id-dritt għall-istrike, bla ħsara għall-obbligi li jistgħu jirriżultaw mill-ftehim kollettivi fis-seħħ”. L-Anness tal-Karta Soċjali Ewropea, li jikkostitwixxi parti integrali minn din il-konvenzjoni(30), jispeċifika, fir-rigward ta’ l-Artikolu 6(4) tagħha, li “huwa sottointiż li kull Parti kontraent tista’, f’dak li jirrigwardaha, tirregola l-eżerċizzju tad-dritt ta’ l-istrike permezz tal-liġi, sakemm kull restrizzjoni eventwali oħra ta’ dan id-dritt tkun tista’ tiġi ġġustifikata skond l-Artikolu 31”. Mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jirriżulta li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea ma setgħux ikunu s-suġġett ta’ restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet mhux speċifikati fil-partijiet I u II ta’ l-imsemmija Karta, bl-eċċezzjoni ta’ dawk preskritti mil-liġi u li huma neċessarji, f’soċjeta demokratika, sabiex jiġi ggarantit ir-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ l-oħrajn jew għall-ħarsien ta’ l-ordni pubbliku, is-sigurtà nazzjonali, is-saħħa pubblika jew l-ordni morali.

75.      Barra minn hekk, il-punt 13 tal-Karta Komunitarja tad-drittijiet soċjali fundamentali tipprovdi li “id-dritt li f’każijiet ta’ kunflitti ta’ interessi jsir użu minn azzjonijiet kollettivi jinkludi d-dritt ta’ l-istrike bla ħsara għall-obbligi li jirriżultaw mir-regolamenti nazzjonali u mill-ftehim kollettivi”.

76.      Fl-aħħar nett, skond l-Artikolu 28 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali “il-ħaddiema u min iħaddem, jew l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom għandhom, skond id-dritt Komunitarju u l-leġiżlazzjoni u l-prattiċi nazzjonali, id-dritt [...] li jagħmlu użu, fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi, minn azzjonijiet kollettivi għad-difiża ta’ l-interessi tagħhom, inkluż l-istrike”. L-Artikolu 52(1) tagħha jindika li “[k]ull limitazzjoni ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandha tkun prevista mil-liġi u tirrispetta l-kontenut essenzjali ta’ l-imsemmija drittijiet u libertajiet. Fir-rispett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, limitazzjonijiet jistgħu jiġu effettwati biss jekk dawn ikunu meħtieġa u effettivament jissodisfaw oġġettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-bżonn tal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ l-oħrajn”.

77.      F’dak li jirrigwarda t-tradizzjonijiet Kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri, għalkemm ma jidhirlix li huwa meħtieġ li jsir eżami approfondit tagħhom minħabba l-fatt li, kif ġie osservat fil-punt 68 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għalkemm mhux ta’ natura vinkolanti, għandha l-għan prinċipali li tafferma mill-ġdid id-drittijiet kif jirriżultaw, f’mod partikolari, mill-imsemmija tradizzjonijiet, madankollu għandu jiġi osservat li t-test kostituzzjonali ta’ diversi Stati Membri jħares espliċitament il-libertà li jinħolqu organizzazzjonijiet sindakali(31) u l-ħarsien ta’ l-interessi tagħhom permezz ta’ azzjonijiet kollettivi(32), id-dritt għall-istrike, huwa, f’dan ir-rigward, l-aktar metodu li jiġi regolarment iċċitat(33).

78.      Din l-analiżi twassalni sabiex nikkunsidra li d-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva sabiex jiġu difiżi l-interessi tal-membri ta’ sindakat jikkostitwixxi dritt fundamentali(34). Għalekk dan mhuwiex biss “prinċipju ġenerali tad-dritt tax-xogħol”, kif kienet diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’ġurisprudenza relattivament qadima fir-rigward ta’ kwistjonijiet tas-servizz pubbliku Komunitarju(35), iżda huwa prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, fis-sens ta’ l-Artikolu 6(2) UE. Għaldaqstant dan id-dritt għandu jkun protett fil-Komunità.

79.      Madankollu, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern Daniż u dak Żvediż, il-fatt li d-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva jingħata tali status u tali protezjoni ma jirriżultax, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fl-esklużjoni ta’ l-applikabbiltà tar-regoli tat-Trattat KE li jirrigwardaw il-moviment liberu.

80.      L-ewwel nett, kif jindikaw l-istrumenti internazzjonali ċċitati iktar ’il fuq u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, għandha ssir distinzjoni bejn id-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva u l-metodi ta’ kif jintuża dan id-dritt, liema metodi jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor u ma jibbenefikawx awtomatikament mill-protezzjoni li jgawdi d-dritt innifsu. Għalhekk, għalkemm tali evalwazzjoni tidher li hija valida f’dak li jirrigwarda d-dritt għall-istrike, li għalkemm jissemma regolarment bħala wieħed mill-iktar metodi importanti għall-implementazzjoni ta’ l-azzjoni kollettiva, huwa ġeneralment iggarantit bla ħsara tar-rikonoxximent ta’ dritt ekwivalenti favur min jimpjega(36), normalment fil-forma ta’ lock-out, din hija f’kull każ rilevanti, fl-opinjoni tiegħi, fir-rigward tal-metodi, ħafna inqas komuni, bħal dawk użati f’dan il-każ fl-azzjonijiet kollettivi fil-kawża prinċipali, jiġifieri imblokk u azzjoni ta’ solidarjetà.

81.      Barra minn hekk, u sussidjarjament, l-istrumenti għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem iċċitati iktar ’il fuq, kif ukoll il-Kostituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri eżaminati, kollha kemm huma jagħtu l-possibbiltà li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva. Minn dawn it-testi wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni li tali restrizzjonijiet għandhom ikunu previsti minn att leġiżlattiv jew regolamenti, għandhom ikunu ġġustifikati mill-persegwiment ta’ interess ġenerali imperattiv u ma jkollomx il-konsegwenza li jeffetwaw il-“kontenut essenzjali” ta’ dan id-dritt, skond il-kliem li jinsab fl-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jew ikun ta’ ħsara għall-istess essenza tad-dritt jew tal-libertà hekk protetti(37).

82.      Issa, ma narax ir-raġuni l-għala jistgħu jiġu imposti biss limiti ta’ natura esklużivament nazzjonali fuq l-eżerċizzju tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, meta, bħal fil-kawża prinċipali, l-azzjonijiet in kwistjoni jkunu intiżi li fornitur barrani ta’ servizzi jiġi mġiegħel jiffirma ftehim kollettiv u li, minħabba f’dan, dan l-operatur, sabiex jipprekludi tali azzjonijiet kollettivi, ifittex li juża, fost l-oħrajn, waħda mil-libertajiet fundamentali ta’ moviment prevista mit-Trattat, li ma jidhirx li hija manifestament irrilevanti fir-rigward tal-kwistjoni ppreżentata quddiem il-qorti tar-rinviju, kif ser nindika fl-espożizzjoni tat-tieni punt ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari.

83.      Huwa stabbilit li huma l-Istati Membri li għandhom jassiguraw li s-sindakati jkunu jistgħu jiddefendu l-interessi tal-membri tagħhom permezz ta’ azzjoni kollettiva fit-territorju tagħhom(38). Meta l-Istati Membri jawtorizzaw wieħed jew iktar mill-metodi ta’ din l-azzjoni kollettiva fit-territorju tagħhom, huma għandhom ukoll id-dritt li jiddefinixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ tali metodi, skond l-istrumenti għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem diġà ċċitati. Madankollu, huma għandhom ukoll jassiguraw li l-obbligi li huma assumew abbażi tat-Trattat KE, fosthom, f’mod partikolari, ir-rispett tal-libertajiet fundamentali ta’ moviment li huwa jistabbilixxi, jiġu rrispettati fit-territorju tagħhom.

84.      F’kull każ, l-esklużjoni ta’ l-applikabbiltà tal-libertajiet ta’ moviment tat-Trattat KE sabiex tiġi ggarantita l-protezjoni tad-drittijiet fundamentali, tkun fil-verità tfisser li tiġi kkostitwita ġerarkija bejn ir-regoli u l-prinċipji tad-dritt prinċipali li, għalkemm mhux neċessarjament tkun irrilevanti, mhijiex permessa fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju(39).

85.      Għalhekk, l-applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali ta’ moviment stabbiliti fit-Trattat KE, mhux talli mhijiex eskluża f’dan il-każ, iżda għandha tiġi kkonċiljata ma l-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali.

86.      Hija speċifikatament il-ħtieġa ta’ “konċiljazzjoni” ta’ dawn l-eżiġenzi li ġiet iddikjarata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Schmidberg, li ser tiġi kkunsidrata iktar ’il quddiem, f’kuntest fejn l-awtoritajiet nazzjonali, li kienu awtorizzaw manifestazzjoni f’sistema ta’ toroq prinċipali għat-traffiku fl-alpi, kienu bbażaw ruħhom fuq il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali ggarantiti kemm mill-ECHR kif ukoll mill-Kostituzzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat sabiex tippermetti l-impożizzjoni ta’ limitu fuq waħda mil-libertajiet fundamentali ta’ moviment stabbilita fit-Trattat(40).

87.      Evidentement, il-Qorti tal-Ġustizzja bl-ebda mod ma kkunsidrat li, minħabba d-drittijiet fundamentali li l-eżerċizzju tagħhom kien in kwistjoni f’dik il-kawża, jiġifieri l-libertajiet ta’ espressjoni u ta’ assemblea stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 10 u 11 ta’ l-ECHR, ir-regoli tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija kienu inapplikabbli.

88.      Barra minn hekk, li tiġi aċċettata l-inapplikabbiltà tar-regoli u tal-prinċipji tat-Trattat għal sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, kif isostnu l-Gvernijiet Daniżi u Żvediżi, imur kontra, fl-opinjoni tiegħi, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tispeċifika li klawżoli ta’ ftehim kollettiv ukoll jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat, f’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-rispett tal-prinċipju ta’ non diskriminazzjoni(41), li jiġi espress normalment fil-prinċipju ta’ paga ndaqs bejn ħaddiema rġiel u nisa(42).

89.      Fil-fatt, fl-opinjoni tiegħi, ma jkunx koerenti wisq, anzi x’aktarx kuntradittorju, li mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat jiġu esklużi l-azzjonijiet kollettivi, fil-forma ta’ imblokk u ta’ azzjoni ta’ solidarjetà, li l-iskop tagħhom huwa li min iħaddem jiġi mġiegħel jiffirma ftehim kollettiv filwaqt li, eventwalment fl-istess ħin, tali ftehim kollettiv jiġi suġġett għar-rispett tal-prinċipju ta’ non diskriminazzjoni, kif jirriżulta speċifikatament mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Tratta.

90.      Fl-aħħar nett, għalkemm dan l-argument mhuwiex fih innifsu deċiżiv, nixtieq madankollu nosserva, fid-dawl tan-numru eċċezzjonali ta’ partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li fost is-17-il Stat li intervjenew f’din il-proċedura, ħmistax minnhom ma kkuntestawx l-applikabbiltà tad-dritt komunitarju u, f’mod partikolari, dik tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, f’dan il-każ.

91.      Għalhekk jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi li l-eżerċizzju, minn sindakati ta’ Stat Membru, tad-dritt tagħhom li jagħmlu użu minn azzjonijiet kollettivi bl-iskop li jġiegħlu fornitur ta’ servizzi barrani li jikkonkludi ftehim kollettiv fl-Istat Membru fejn huwa jagħmel użu, f’mod partikolari, mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista mit-Trattat, jaqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju.

92.      Issa għandha tiġi eżaminata l-eċċezzjoni mqajma mill-konvenuta fil-kawża prinċipali dwar l-ammissibbiltà tad-domanda għal deċiżjoni preliminari.

2.      Fuq l-ammissibbiltà tad-deċiżjoni preliminari

93.      Il-konvenuta fil-kawża prinċipali ssostni li d-domanda għal-deċiżjoni preliminari hija inammissibbli. Sabiex issostni din l-allegazzjoni hija tesponi li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju m’għandhom l-ebda konnessjoni maċ-ċirkustanzi fattwali tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali minħabba li, peress li Laval hija stabbilita fl-Iżvezja permezz tal-kumpannija sussidjarja tagħha, la d-Direttiva 96/71 u lanqas l-Artikolu 49 KE mhuma applikabli. Għalhekk is-sitwazzjoni fattwali li tat lok għal-kawża hija bbażata fuq kostruzzjoni artifiċjali intiża li tevita l-applikazzjoni tad-dritt tax-xogħol Żvediż, peress li fl-aħħar mill-aħħar Laval tipprova ddaħħal ħaddiema Latvjani fis-suq tax-xogħol ta’ l-Istat Membru ospitanti filwaqt li fl-istess ħin tipprova tevita l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-dritt tax-xogħol ta’ l-imsemmi Stat.

94.      Fl-opinjoni tiegħi dan l-argument għandu jiġi miċħud peress li dan huwa essenzjalment intiż li jikkuntesta l-evalwazzjoni tal-fatti magħmula mill-qorti tar-rinviju.

95.      Issa, skond il-ġurisprudenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 234 KE, peress li hija bbażata fuq separazzjoni netta tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, timplika li l-evalwazzjoni tal-fatti tal-kawża jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali. Għalhekk, hija biss il-qorti nazzjonali, li tkun qegħda tippresjedi l-kwistjoni u li għandha tieħu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja futura, li għandha tevalwa, fid-dawl ta’ l-aspetti partikolari tal-kwistjoni, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domanda li hija għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja(43).

96.      Barra minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li, il-preżunzjoni ta’ rilevanza marbuta mad-domandi preliminari magħmula minn qrati nazzjonali tista’ tiġi eskluża biss f’każijiet eċċezzjonali, jiġifieri meta jkun manifestament evidenti li l-interpretazzjoni mitluba tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju previsti f’dawk id-domandi ma jkollha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali jew meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt meħtieġa sabiex, f’mod utli, tirrispondi għad-domandi magħmulin lilha. Hlief f’dawn il-każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bħala prinċipju, tiddeċiedi fuq id-domandi preliminari li jsirulha(44).

97.      F’dan il-każ, kif diġà osservajt, il-qorti tar-rinviju titlob l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 12 Ke u 49 KE, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71 dwar il-kollokament ta’ ħaddiema effettwat fil-kuntest ta’ fornitura ta’ servizzi. Mid-digriet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn id-domandi saru fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Laval, kumpannija rreġistrata fil-Latvja u, min-naħa l-oħra, s-sindakat Żvediż Byggnadsarbetareförbundet, is-sezzjoni lokali tiegħu, kif ukoll SEF, dwar azzjonijiet kollettivi li dawn ta’ l-aħħar nedew wara li Laval irrifjutat li tiffirma l-ftehim kollettiv Byggnadsarbetareförbundet intiż li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg tal-ħaddiema Latvjani li Laval ikkollokat fuq xogħol ta’ kostruzzjoni li jinsab fl-Iżvezja u mwettaq minn impriża tal-grupp Laval. Huwa stabbilit li wara l-azzjonijiet kollettivi u l-interruzzjoni tat-twettieq tax-xogħlijiet, il-ħaddiema kkolokati marru lura l-Latvja.

98.      Issa, l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju mitluba mill-qorti tar-rinviju ma tidhirx li hija manifestament irrilevanti fir-rigward tar-realtà jew is-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali u lanqas ma tidher li hija ta’ natura ipotetika.

99.      Nixtieq inżid illi, fid-dawl ta’ l-elementi ta’ l-inkartament, il-qorti tar-rinviju kienet iġġustifikata li tikkunsidra li l-attivita ekonomika ta’ Laval kienet tikkostitwixxi fornitura ta’ servizzi, fis-sens ta’ l-Artikolu 49 KE u tad-Direttiva 96/71.

100. F’dan ir-rigward, u fid-dawl ta’ l-argument espost mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li jgħid li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema minn Laval kien intiż li ħaddiema Latvjani jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol Żvediż, jidhirli li f’dan l-istadju huwa opportun li nagħmel xi osservazzjonijiet fuq ir-relazzjoni ta’ bejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat invokati mill-qorti tar-rinviju u dawk ta’ l-att dwar il-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Latvja (iktar ’il quddiem l-“att ta’ adeżjoni ta’ l-2003”)(45), li, għandu jiġi mfakkar, kien jirregola wkoll, meta ġraw il-fatti tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-relazjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Latvja u l-Istati Membri l-oħra, iżda li ma jissemmiex fit-talba għal deċiżjoni preliminari.

101. Skond l-Artikolu 2 ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati oriġinali(46) u l-atti adottati, qabel l-adeżjoni, mill-istituzzjonijiet jorbtu lill-Istati l-Membri l-ġodda u japplikaw f’dawn l-Istati skond il-kundizzjonijiet previsti minn dawn it-Trattati u minn dan l-att.

102. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, f’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għalhekk japplikaw, bħala prinċipju, għar-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Latvja u l-Istati Membri l-oħra f’effett mid-data ta’ l-adeżjoni, jiġifieri l-1 ta’ Mejju 2004, bla ħsara għal-kundizzjonijiet previsti fl-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003.

103. L-Artikolu 24 ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003 jirreferi għall-annessi ta’ dan l-att li jelenka, għal kull wieħed mill-għaxar Stati Membri l-ġodda, il-miżuri tranżitorji applikabbli għalihom u jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom.

104. L-anness VIII ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003, applikabbli għar-Repubblika tal-Latvja, jirreferi speċifikament għall-Artikoli 39 KE u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 49 KE, kif ukoll għad-Direttiva 96/71.

105. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, kif jirriżultaw mill-anness VII ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003, m’għandhom l-ebda effett fuq iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża.

106. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 49 KE u d-Direttiva 96/71, mill-punt 13 ta’ l-anness VIII ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tranżitorji jidderogaw mill-applikazzjoni sħiħa ta’ dan l-Artikolu u l-imsemmija Direttiva tirrigwarda biss il-moviment temporanju tal-ħaddiema, fil-kuntest ta’ fornitura ta’ servizzi minn impriżi stabbiliti fil-Latvja, fit-territorju tal-Ġermanja u ta’ l-Awstrija, skond il-kundizzjonijiet speċifiċi fuq dan il-punt. Għalhekk, il-punt 13 ta’ l-Anness VIII ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003 mhuwiex applikabbli ratione loci għall-fatti tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali.

107. Peress li d-Direttiva 96/71 tista’ tiġi applikata għall-attività ekonomika ta’ Laval, għandu jiġi osservat li, skond l-Artikolu 1(3)(b) ta’ l-imsemmija Direttiva, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, l-attività ta’ impriża stabbilita fi Stat Membru li tikkolloka ħaddiem fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, fi stabbiliment jew f’impriża tal-grupp, sakemm ikun hemm relazzjoni ta’ xogħol bejn l-impriża li tibgħat u l-ħaddiem matul il-perijodu ta’ kollokament.

108. Jidher li din hija s-sitwazzjoni, kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, ta’ Laval u tal-ħaddiema Latvjani li din l-impriża kkollokat temporanjament fl-Iżvezja. Għandu jiġi osservat, barra minn hekk, li huwa stabbilit li l-attivitajiet li għalihom Laval ikkollokat il-ħaddiema Latvjani fl-Iżvezja jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-anness tad-Direttiva 96/71, jiġifieri li dawn jitwettqu fis-settur tal-kostruzzjoni.

109.  Wara dan, f’dak li jirrigwarda l-moviment liberu tal-ħaddiema, għandu jiġi osservat li, meta seħħu l-fatti fil-kawża prinċipali, l-Istati Membri setgħu, abbażi tal-punt 2 ta’ l-anness VIII ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003, f’deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità(47), u sal-perijodu ta’ sentejn wara l-adeżjoni (jiġifieri t-30 ta’ April 2006), japplikaw miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn ftehim bilaterali li jirregolaw l-aċċess tar-residenti Latvjani għas-swieq tax-xogħol tagħhom(48). Huwa minnu li l-Istati Membri setgħu jiddeċiedu, kif għamel ir-Renju ta’ l-Iżvezja, li jilliberalizzaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom f’effett mill-1 ta’ Mejju 2004(49). Madankollu, din id-deċiżjoni kellha tiġi adottata skond id-dritt nazzjonali u mhux abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju(50).

110. Huwa f’dan l-istadju ta’ l-espożizzjoni tiegħi li jaqgħu l-argumenti tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, invokati iktar ’il fuq, li jgħidu li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema minn Laval lill kumpannija sussidjarja tagħha kien intiż li l-ħaddiema Latvjani jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol Żvediż.

111. Dan l-argument donnu huwa bbażat fuq il-kunsiderazzjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet fis-sentenza Rush Portugesa, li tgħid li, id-deroga, prevista fl-Artikolu 216 ta’ l-att ta’ adeżjoni tar-Repubblika Portugiża, għall-moviment liberu tal-ħaddiema previst mit-Trattat, jipprekludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema li ġejjin mill-Portugall fi Stat Membru ieħor minn impriża li tipprovdi servizzi(51). Skond il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, dik l-impriża, għalkemm kienet tipprovdi servizzi fis-sens tat-Trattat, ippruvat, fl-aħħar mill-aħħar, tagħti aċċess lill-ħaddiema għas-suq tax-xogħol ta’ l-Istat Membru ospitanti, bi ksur tad-deroga prevista mill-att ta’ adeżjoni.

112. F’dan il-każ madankollu, l-argument tal-konvenuti fil-kawża prinċipali ma jidhirx li huwa sostnut minn xi element ta’ l-inkartament, peress li ma jidhirx li l-attività ta’ Laval kellha bħala suġġett li tippermetti li l-ħaddiema Latvjani jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol Żvediż(52).

113. Għall-kompletezza – anke jekk din l-osservazzjoni tmur ukoll lil hinn mill-kuntest ta’ l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari stricto sensu, iżda mhinix ser nerġa’ nirreferi għalih –, l-argument tal-konvenuti fil-kawża prinċipali bbażat fuq is-sentenza Rush Portuguesa wassal, fl-opinjoni tiegħi, sabiex iqiegħed fid-dubju u, finalment, iġib fix-xejn it-teżi tagħhom, esposta fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li tgħid li l-preżenti kawża għandha tiġi eżaminata biss fid-dawl tal-moviment liberu tal-ħaddiema previst fl-Artikolu 39 KE, u mhux fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE u/jew tad-Direttiva 96/71.

114. Fil-fatt, huwa biżżejjed li jiġi osservat li, sempliċement minħabba l-applikazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-miżuri tranżitorji previsti fl-Anness VII ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003 għall-mument ta’ meta seħħu l-fatti fil-kawża prinċipali, u wkoll minħabba li r-Renju ta’ l-Iżvezja kien iddeċieda, abbażi tad-dritt nazzjonali, li jiftaħ is-suq tax-xogħol tiegħu għall-ħaddiema kollha provenjenti mill-Istati Membri li aderew ma l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, il-ħaddiema Latvjani ma setgħux direttament jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 39 KE.

115. Fl-aħħar nett, l-ebda element ta’ l-inkartament, bil-kontra ta’ dak li jsostnu l-konvenuti fil-kawża prinċipali, ma juri u lanqas ma jindika li l-attivitajiet ta’ Laval kienu kompletament jew prinċipalment diretti lejn it-territorju Żvediż sabiex tevita r-regoli li kienu jkunu applikabbli għaliha fil-każ li din l-impriża kienet stabbilita fl-Iżvezja(53).

116. Wara dawn l-osservazzjonijiet preliminari, nikkunsidra li d-dritt Komunitarju huwa applikabbli għal din il-kawża u li t-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi ddikjarata ammissibbli. Madankollu għandu jiġi enfasizzat li r-risposti li jiena qiegħed nipproponi li jingħataw għad-domandi preliminari analizzati iktar ’il quddiem mhux bilfors huma validi għall-każijiet kollha, f’mod partikolari meta jkun hemm ċirkustanzi fattwali differenti li jistgħu jagħmlu d-dispożizzjonijiet ta’ l-att ta’ adeżjoni ta’ l-2003 applikabbli.

B –    Fuq id-domandi preliminari

1.      Osservazzjonijiet ġenerali

117. Kif jirriżulta mill-kliem użat fid-domandi preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 12 KE, 49 KE u tad-Direttiva 96/71.

118. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 12 KE, li jipprovdi l-projbizzjoni ġenerali ta’ kull diskriminazzjoni mwettqa abbażi ta’ nazzjonalità, din id-dispożizzjoni hija applikabbli, kif ifakkar il-kliem tagħha, “bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali [li t-Trattat jiprovdi]”, u dan jimplika, skond il-ġurisprudenza, li din tista’ tiġi applikata f’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt Komunitarju fir-rigward ta’ liema dan ma jipprovdix regoli speċifiċi ta’ non diskriminazzjoni(54).

119. Issa, dan il-prinċipju ġenerali ġie implementat u kkonkretizzat kemm mill-Artikolu 49 KE (55) kif ukoll mid-Direttiva 96/71, li essenzjalment tipprovdi, fl-Artikolu 3 tagħha, li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti, li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati minn din id-Direttiva jew li għalihom din tirreferi, japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi li jikkollokaw temporanjament ħaddiema fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u għall-impriżi nazzjonali li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni simili f’dak li jirrigwarda trattament ugwali.

120. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ, fl-opinjoni tiegħi, li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni fuq l-Artikolu 12 KE f’din il-kawża.

121. F’dak li jirrigwarda d-Direttiva 96/71 u l-Artikolu 49 KE, nixtieq nosserva li l-maġġoranża tal-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub f’din il-proċedura pproponew li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina d-domandi preliminari kemm fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71 kif ukoll fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE, indipendentement mis-soluzzjoni li dawn il-partijiet jissuġġerixxu li għandha tiġu adottata għall-imsemmija domandi(56). Minoranza tal-partijiet li intervjenew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminaw id-domandi preliminari biss f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 49 KE(57), filwaqt li l-Kummissjoni u l-Gvern Norveġiż biss esponew l-analiżi tagħhom tad-domandi magħmula mill-qorti a quo esklużivament fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71.

122. Fid-dawl tad-diversità ta’ dawn il-pożizzjonijiet, ikun utli li wħud minn dawn l-elementi jitneħħew mid-dibattitu.

123. F’dak li jirrigwarda d-Direttiva 96/71, diversi partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fosthom ovvjament il-konvenuti fil-kawża prinċipali, il-Gvern Żvediż u l-Awtorita ta’ sorveljanza ta’ l-EFTA, sostnew li l-eżami tagħha huwa irrilevanti, safejn huwa stabbilit, minn naħa, li l-kwistjoni li tat lok għad-domandi preliminari hija bejn persuni privati u, min-naħa l-oħra, li d-dispożizzjonijiet ta’ Direttiva, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistgħux jibbenefikaw minn effett dirett “orizzontali”.

124. Dan l-argument huwa fondat biss parzjalment, peress li jiena ma naħsibx li jista’ jwassal għall-konsegwenza li d-Direttiva 96/71 tiġi eskluża mill-eżami mitlub lill-Qorti tal-Ġustizzja.

125. F’dan ir-rigward, għal finijiet ta’ ċarezza fir-raġunament, għandha tiġi speċifikata l-loġika li fuqha huma bbażati d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju f’dak li jirrigwarda d-Direttiva 96/71 u t-traspożizzjoni tagħha li ġiet effettwata mir-Renju ta’ l-Iżvezja, f’mod partikolari peress li din il-qorti tinvoka ċ-ċirkustanza, fl-ewwel domanda preliminari tagħha, li tgħid li l-liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema ma fiha l-ebda dispożizzjoni espressa fuq l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg fil-ftehim kollettivi.

126. Nixtieq infakkarkom li l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, dispożizzjoni ewlenija ta’ dan l-att, jeżiġi li l-Istati Membri jaraw li l-ħaddiema kollokati temporanjament fit-territorju tagħhom, fil-kuntest ta’ fornitura ta’ servizzi, jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-oqsam jinkludu, fost l-oħrajn, ir-rata ta’ paga minima.

127. L-oqsma elenkati mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, huma stabbiliti permezz ta’ liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi u/jew, f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet fis-settur tal-kostruzzjoni, bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, permezz ta’ ftehim kollettivi jew deċiżjonijiet arbitrali ddikjarati ġeneralment applikabbli , fis-sens tal-paragrafu 8 ta’ l-imsemmi Artikolu.

128. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) jipprovdi li l-ftehim kollettivi ddikjarati bħala ġeneralment applikabbli huma dawk li għandhom jiġu rrispettati mill-impriżi kollha tas-settur jew tal-professjoni kkonċernata u jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.

129. It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) jippermetti lill-Istati Membri, fin-nuqqas ta’ sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, li jieħdu bħala punt ta’ riferiment jekk jiddeċiedu hekk: a) ftehim kollettivi li huma ġeneralment applikabbli għall-impriżi simili kollha fil-qasam ġeografiku u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernata, u/jew b) ftehim kollettivi li kienu konklużi mill-organizzazzjonijiet l-iktar rappreżentattivi ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema fuq pjan nazzjonali u li huma applikati fit-territorju nazzjonali kollu, sakemm, f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet, jiġi rrispettat it-trattament ugwali bejn il-fornituri ta’ servizzi barranin u l-impriżi nazzjonali li jkunu f’sitwazzjoni simili.

130. Huwa stabbilit, kif enfasizzajt fl-espożizjoni tal-kuntest ġuridiku iktar ’il fuq, li r-Renju ta’ l-Iżvezja m’għandux sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ aplikazzjoni ġenerali fis-sens ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71 u li ma użax it-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, kif diġà ġie indikat fil-punt 21 iktar ’il fuq, il-parti l-kbira tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jikkonċernaw l-oqsma elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 ġew adottati mil-liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema li tittrasponi din id-Direttiva.

131. Min-naħa l-oħra, il-metodu magħżul mir-Renju ta’ l-Iżvezja li huwa intiż sabiex jassigura li l-ħaddiema temporanjament kollokati fit-territorju tiegħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti mill-ftehim kollettiv, fosthom, fil-prinċipju, dawk li jirrigwardaw ir-rata tal-paga, jikkonsisti f’li jħalli f’idejn l-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema, fil-każ li l-fornitur ta’ servizzi jonqos milli jiffirma l-imsemmija ftehim kollettivi, l-obbligu li jniedu azzjonijiet kollettivi bl-iskop li jġiegħlu lil min iħaddem jiffirma l-imsemmija ftehim kollettivi kemm direttament, jew inkella permezz ta’ ftehim ta’ annessjoni, anke meta – u dan jirrigwarda t-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju – dan il-fornitur ikun diġà marbut minn ftehim kollettiv konkluż fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.

132. Issa, għandu wkoll jiġi osservat li l-applikazzjoni tal-“qofol” tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg għandhhom ikunu ggarantiti mill-Istat Membru ospitanti lill-ħaddiema li jkunu f’sitwazzjoni ta’ kollokament temporanju fit-territorju tiegħu, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, tikkostitwixxi deroga mill-prinċipju ta’ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-istat membru ta’ l-oriġini għas-sitwazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ l-imsemmi Stat Membru li jikkolloka l-imsemmija ħaddiema fit-territorju ta’ l-ewwel Stat Membru.

133. Konsegwentement, billi tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-eventwali traspożizzjoni żbaljata ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 fid-dritt intern Żvediż, il-qorti tar-rinviju essenzjalment titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tqiegħdha fil-pożizzjoni li tkun tista’ tiddetermina jekk Laval tistax topponi kontra l-organizzazjonijiet sindakali, konvenuti fil-kawża prinċipali, il-fatt li r-Renju ta’ l-Iżvezja ma użax il-modalitajiet previsti mill-Artikolu 3 ta’ l-imsemmija Direttiva sabiex jestendi jew jikkonvalida, permezz ta’ att ta’ l-awtorità pubblika l-applikazzjoni tal-ftehim kollettivi konklużi fit-territorju tiegħu, għal fornituri ta’ servizzi barranin li temporanjament jikkollokaw ħaddiema f’dan it-territorju. Skond l-argument sostnut minn Laval, li fuqu huma wkoll ibbażati ż-żewġ domandi preliminari, dan in-nuqqas tar-Renju ta’ l-Iżvezja jindika, f’dan il-każ, li huma biss il-leġiżlazzjoni u l-ftehim kollettivi Latvjani li japplikaw għall-kollokament u jċaħħad, konsegwentement, lill-organizzazzjonijiet sindakali Żvediżi mill-possibbiltà li jippruvaw iġiegħlu lil-Laval, permezz ta’ azzjonijiet kollettivi, tiffirma l-ftehim kollettiv tal-Byggnadsarbetareförbundet in kwistjoni fil-kawża prinċipali.

134. Għalhekk huwa minnu, kif isostnu l-konvenuti fil-kawża prinċipali, il-Gvern Żvediż u l-Awtorità ta’ sorveljanza ta’ l-EFTA, li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 96/71 mitluba mill-qorti tar-rinviju tista’ twassal lil din ta’ l-aħħar li tapplika direttament l-imsemmija Direttiva fil-kwistjoni ta’ bejn Laval u l-organizzazzjonijiet sindakali konvenuti fil-kawża prinċipali.

135. Issa, jidher li l-Qorti tal-Ġustizzja hija fermament kontra li direttiva tkun tista’ toħloq obbligi fuq persuna privata u li għalhekk tkun tista’ tiġi invokata, bħala tali, kontra din il-persuna(58).

136. Barra minn hekk, ma naħsibx li dan l-ostakolu jista’ jiġi megħlub permezz tat-tentattiv, issuġġerit fl-osservazzjonijiet bil-miktub ta’ Laval, li l-kunċett ta’ Stat jiġi estiż f’tali mod li, f’dan il-każ, l-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema jiġu kkunsidrati bħala korp ta’ l-Istat Żvediż, fil-konfront ta’ liema Laval tkun tista’ għalhekk tinvoka direttament id-Direttiva 96/71, sakemm din tkun tissodisfa l-kriterji essenzjali ta’ l-effett dirett.

137. Fil-fatt, dawn l-organizzazzjonijiet bl-ebda mod mhuma awtoritajiet pubbliċi(59) u mhumiex inkarigati, abbażi ta’ att ta’ l-awtorità pubblika li jwettqu, taħt il-kontroll ta’ din ta’ l-aħħar, servizz ta’ interess pubbliku u lanqas m’għandhom, għal dan il-għan, setgħat li jmorru lil hinn mir-regoli applikabbli għar-relazzjonijiet bejn persuni privati(60).

138. Barra minn hekk, il-problemi marbutin ma l-effett dirett orizzontali tad-Direttiva 96/71 iqumu biss fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha tikkonstata li r-Renju ta’ l-Iżvezja ttraspona ħażin l-Artikolu 3 ta’ l-imsemmija Direttiva.

139. Dan ifisser, minn naħa, li d-Direttiva 96/71 mhijiex eskluża mill-eżami li għandu jsir mill-Qorti tal-Ġustizzja peress li, fl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tqajjem indirettament iżda neċessarjament il-kwistjoni ta’ jekk ir-Renju ta’ l-Iżvezja effettivament ittrasponiex korrettament dan l-att.

140. Min-naħa l-oħra, anke jekk jiġi meqjus li din it-traspożizzjoni hija inkoretta u jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71 ma setgħux jiġu direttament applikati fil-kawża prinċipali, għandu jiġi mfakkar li, skond il-ġurisprudenza, il-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu li jinterpretaw f’kull mezz possibbli fid-dawl tat-test u ta’ l-għan tad-Direttiva in kwistjoni sabiex jilħqu r-riżultat intiż minnha (61). L-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi li l-qrati nazzjonali għandhom, li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali kollha, kemm preċedenti kif ukoll sussegwenti għad-Direttiva kkonċernata, huwa intiż li jippermettilhom jassiguraw l-effettività sħiħa tad-dritt Komunitarju fil-kwistjoni li huma jridu jiddeċiedu billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rikonoxxuti mid-dritt intern(62).

141. Huwa stabbilit, dejjem skond il-ġurisprudenza, li l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi jsib il-limiti tiegħu fil-prinċipji ġenerali tad-dritt, f’mod partikolari f’dawk ta’ ċertezza legali kif ukoll ta’ non-retroattività, u huwa ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonal(63).

142. F’din il-kawża, din il-limitazzjoni tfisser li l-interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali li l-qorti tar-rinviju jkollha tagħmel ma jistax iwassalha li tikkawża dannu għall-istess essenza tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema, li iktar ’il fuq, fl-osservazzjonijiet preliminari tiegħi, jiena ddikjarajt bħala li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, li huwa wkoll stabbilit mill-Kostituzjoni Żvediża. Barra minn dan, l-ebda riskju ta’ dan it-tip ma jista’ jirriżulta minn interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformi mad-Direttiva 96/71 peress li l-preambolu ta’ din ta’ l-aħħar, f’mod sussidjarju, jfakkar, fit-tnejn u għoxrin premessa tiegħu, li dan l-att huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi ta’ l-Istati Membri dwar azzjoni kollettiva biex tiddefendi l-interessi professjonali(64).

143. Għalhekk, minkejja l-impossibbiltà li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu magħrufa effett dirett orizzontali, l-eżami tad-Direttiva 96/71 huwa l-bogħod milli jkun nieqes minn kull interess kif ser jiġi espost iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet.

144. Konsegwentement, għandu jiġi ddeterminat jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex tibqa’ lura milli tanalizza l-kwistjonijiet preliminari fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE jew jekk għandhiex xorta waħda teżaminhom fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni.

145. Għandu jiġi ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li d-Direttiva 96/71, kif essenzjalment u ġustament sostnew diversi partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub f’din il-kawża, tikkostitwixxi interpretazzjoni speċifika ta’ l-Artikolu 49 KE, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

146. Fil-fatt, mill-premessa rikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni tagħha ta’ l-Artikolu 49 KE(65), u mfakkra mit-tnax-il premessa tad-Direttiva 96/71, li d-dritt Komunitarju ma jipprekludix li l-Istati Membri jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom jew tal-ftehim kollettivi tax-xogħol konklużi mill-imsieħba soċjali għal kull persuna li twettaq xogħol imħallas, anke temporanjament, anke jekk min iħaddem huwa stabbilit fi-Stat Membru ieħor, id-Direttiva 96/71 tipprova, permezz ta’ l-Artikolu 3 tagħha, tispeċifika r-regoli ewlenin għall-protezzjoni minima tal-ħaddiema li għandhom jiġu rrispettati mill-fornituri ta’ servizzi barranin li jallokaw ħaddiema fl-Istat Membru ospitanti u li, għaldaqstant, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi transfruntaljieri għandha tittolera.

147. Madankollu, minħabba l-karattru “minimalista” tagħha, id-direttiva 96/71 ma teżawrixxix l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 49 KE(66).

148. Finalment, ir-risposta għall-mistoqsija magħmula fil-punt 144 iktar ’il fuq tiddependi, fl-opinjoni tiegħi, essenzjalment fuq ir-riżultat ta’ l-analiżi li għandha ssir fuq il-bażi tad-Direttiva 96/71.

149. Fil-fatt, miżura inkompatibbli mad-Direttiva 96/71 tmur, a fortiori, kontra l-Artikolu 49 KE peress li din id-Direttiva hija intiża li timplementa, fil-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tagħha, il-kontenut ta’ l-imsemmi Artikolu(67).

150. Min-naħa l-oħra, il-fatt li miżura tiġi kkunsidrata bħala li hija konformi mad-Direttiva 96/71 mhux bilfors ifisser li din tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 49 KE hekk kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

151. F’mod partikolari, għalkemm id-Direttiva 96/71 tippermetti li l-Istati membri jistgħu jimponu fuq fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru, li temporanjament jikkolloka ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-imjieg li jkunu iktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk previsti, f’mod partikolari, fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, l-għoti ta’ tali fakultà għandha madankollu tiġi eżerċitata fl-osservanza tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikolu 49 KE(68).

152. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, abbażi tal-qari flimkien ta’ l-Artikolu 3(1) u ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71, l-Istati Membri għandhom jaraw li, f’mod partikolari, l-ħaddiema kkollokati jkunu jiddisponu minn proċeduri xierqa għall-finijiet tal-ksib effettiv tal-paga minima, jimplika li s-setgħa ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 5 għandha tiġi eżerċitata fl-osservanza tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi pprovduta mit-Trattat(69).

153. Safejn, kif ser jiġi espost iktar fid-dettall fil-punti 194 sa 271 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ċerti aspetti tal-problema mqajma mill-qorti tar-rinviju jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 jew huma ttollerati minnha, jiena ta’ l-opinjoni li d-domandi preliminari għandhom ukoll jiġu eżaminati fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE.

154. Għal-kompletezza, din l-evalwazzjoni mhijiex ikkontestata mill-argument espost mill-konvenuti fil-kawża prinċipali li jgħid li Laval ma tistax tuża direttament l-Artikolu 49 KE kontrihom, anke jekk biss minħabba l-obbligu, diġà msemmi iktar ’il fuq, li l-qorti nazzjonali għandha li, f’kull mezz possibbli, tinterpreta d-dritt intern f’mod konformi mad-dritt Komunitarju.

155. Iżda jiena nikkunsidra wkoll li, kif isostnu f’mod dettaljat Laval, il-Gvern Estonu u l-Awtorità ta’ sorveljanza ta’ l-EFTA, li l-Artikolu 49 KE jista’ jiġi applikat direttament fil-kawża prinċipali.

156. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja kemm il-darba ddeċidiet li r-rispett tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 49 KE ma japplikax biss għall-awtoritajiet pubbliċi iżda wkoll għal-leġiżlazzjoni ta’ natura mhux pubblika intiża li tirregola, f’mod kollettiv, ix-xogħol indipendenti u l-fornituri ta’ servizzi. Fil-fatt, skond il-Ġurisprudenza, il-projbizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ l-ostakoli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tkun kompromessa jekk il-projbizzjoni ta’ ostakoli li ġejjin mill-Istat tkun tista’ tiġi nnewtralizzata permezz ta’ ostakoli li jirriżultaw mill-eżerċizzju, minn assoċjazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet li ma jaqgħux taħt id-dritt pubbliku, ta’ l-awtonomija legali tagħhom(70).

157. Il-Qorti tal-Ġustizzja tiġġustifika din il-pożizzjoni wkoll minħabba li l-kundizzjonijiet tax-xogħol fid-diversi Stati Membri huma rregolati kemm permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ natura leġiżlattiva jew regolatorji; kif ukoll minn ftehim kollettivi u atti oħra konklużi jew adottati minn persuni privati. Limitazzjoni tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għall-atti ta’ l-awtorità pubblika thedded, għalhekk, li toħloq inugwaljanzi fl-applikazzjoni tagħha(71).

158. Nammetti li s-sitwazzjoni f’din il-kawża hija differenti minn dawk li ġew ikkunsidrati s’issa fis-sentenzai tal-Qorti tal-Ġustizzja fejn din ikkunsidrat li l-Artikolu 49 KE kien applikabbli għal azzjonijiet ta’ persuni privati. F’dawn il-kawżi, fil-fatt, ġiet eżaminata l-legalità tar-regolamenti jew regoli oħra stabbiliti mill-entitajiet in kwistjoni. Min-naħa l-oħra, f’din il-kawża l-kwistjoni tirrigwarda l-eżerċizzju mill-organizzazzjonijiet sindakali tad-dritt tagħhom li jniedu azzjoni kollettiva kontra fornitur ta’ servizzi barrani sabiex iġegħluh jiffirma ftehim kollettiv Żvediż.

159. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi din id-differenza hija rilevanti biss fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ jekk l-azzjonijiet kollettivi in kwistjoni jikkostitwixxux ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Din m’għandha l-ebda effett fuq il-kwistjoni ta’ jekk l-organizzazzjonijiet sindakali humiex, bħala prinċipju, obbligati li jirrispettaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 KE. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg fl-Istati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-prinċipju ta’ non diskriminazzjoni stabbilit mill-Artikolu 49 KE japplika għall-persuni privati meta dawn jelaboraw ftehim (kollettiv) u meta jikkonkludu jew jadottaw atti oħra(72).

160. F’dan il-każ, kif diġà ġie osservat, il-mudell Żvediż tar-relazzjonijiet kollettivi tax-xogħol jagħti awtonomija kbira lill-imsieħba soċjali, iggwidata mill-prinċipji ta’ responsabbiltà u ta’ awtoregolazzjoni ta’ l-imsemmija msieħba(73). L-organizzazzjonijiet sindakali għandhom, f’mod partikolari, kompetenzi wiesgħa li jippermettulhom li jestendu l-portata tal-ftehim kollettivi adottati fl-Iżvezja lill-dawk il-persuni li jħaddmu li ma jkunux membri ta’ organizzazzjoni ta’ min iħaddem firmatarja f’dan l-Istat membru, fosthom l-użu, fejn meħtieġ, ta’ l-azzjoni kollettiva. Dawn il-kompetenzi u l-eżerċizzju tagħhom għandhom għalhekk effett kollettiv fuq is-suq Żvediż tax-xogħol. It-tnedija ta’ azzjoni kollettiva tikkostitwixxi, finalment, forma ta’ l-eżerċizzju, mill-organizzazzjonijiet sindakali, ta’ l-awtonomija legali tagħhom bl-iskop li jirregolaw il-provvisti ta’ servizzi, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq.

161. Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi l-Artikolu 49 KE jista’ jiġi applikat direttament fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali.

162. Minn dawn l-osservazzjonijiet ġenerali jirriżulta li, permezz taż-żewġ domandi preliminari, li fl-opinjoni tiegħi jistgħu jiġu kkunsidrati f’mod konġunt, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk f’sitwazzjoni fejn Stat Membru ma jkollux sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, id-Direttiva 96/71 u l-Artikolu 49 Ke għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema ta’ Stat membru jniedu, skond id-dritt intern ta’ dan l-Istat, azzjonijiet kollettivi intiżi li jġiegħlu fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru ieħor jissottometti ruħu, permezz ta’ ftehim ta’ annessjoni, għal ftehim kollettiv favur ħaddiema temporanjament ikkollokati minn dan il-fornitur fit-territorju ta’ l-ewwel Stat Membru, anke meta dan il-fornitur ikun diġà marbut minn ftehim kollettiv konkluż fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.

163. Kif indikat preċedentement, din il-kwistjoni għandha twassalna sabiex l-ewwel nett neżaminaw jekk it-tnedija ta’ tali azzjonijiet kollettivi hijiex ibbażata fuq implementazzjoni korretta tad-Direttiva 96/71 fid-dritt intern Żvediż. Fil-każ ta’ risposta pożittiva, għandha wara dan tiġi analizzata fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE.

2.      Fuq l-interpretazzjoni tad-Direttiva 96/71 u l-implementazzjoni tagħha fl-Iżvezja

164. Kif diġà osservajt, huwa stabbilit li, meta implementa d-Direttiva 96/71 fid-dritt intern, il-leġiżlatur Żvediż, skond it-tradizzjoni Żvediża tar-relazzjonijiet kollettivi tax-xogħol u fin-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, ħalla f’idejn l-imsieħba soċjali l-obbligu li jiddeterminaw l-essenzjal tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg stabbiliti permezz tal-ftehim kollettivi, fosthom dawk li jirrigwardaw il-paga, fl-Iżvezja.

165. Skond il-Gvern Żvediż, id-Direttiva 96/71 ma timponix lill-Istati Membri li jdaħħlu rata ta’ paga minima fil-leġiżlazzjoni tagħhom. Skond il-Gvern Żvediż, id-Direttiva 96/71 tippermetti lill-Istati membri li jagħtu protezzjoni superjuri lill-ħaddiema temporanjament ikkollokati fit-territorju ta’ wieħed minnhom minn dik mogħtija minn dan it-test. Il-ħaddiema kkollokati temporanjament fit-territorju ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi transfruntaljieri għandhom għalhekk ikunu jistgħu, fl-opinjoni ta’ dan il-Gvern, jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-paga previsti mill-ftehim kollettivi, jew li għalihom ftehim bħal dan ikun jirreferi, f’dan l-Istat Membru.

166. Huma preċiżament il-mekkaniżmi u l-proċeduri li huma għad-dispożizzjoni ta’ l-imsieħba soċjali u li huma ggarantiti mil-liġi, fosthom f’mod partikolari d-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, li, fl-opinjoni tal-Gvern Żvediż, jassiguraw ir-rispett tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti mill-ftehim kollettivi. F’dan is-sens, dawn il-mekkaniżmi u proċeduri jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, li, barra minn hekk, huma bla ħsara għad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva. Il-Gvern Żvediż jgħid ukoll li ma kienx hemm bżonn li r-Renju ta’ l-Iżvezja juża t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) ta’ l-imsemmija Direttiva peress li din id-dispożizzjoni tipprovdi biss modalita fakultattiva offerta lill-Istati Membri li m’għandhomx sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-metodu adottat mir-Renju ta’ l-Iżvezja sabiex jittrasponi d-Direttiva 69/71 fid-dritt intern jissodisfa l-għanijiet ta’ din ta’ l-aħħar.

167. Il-Gvernijiet Awstrijakk, Daniż, Finlandiż, Franċiż, Iżlandiż u Norveġiż jaslu, essenzjalment, għal konklużjoni simili.

168. Filwaqt li jsegwu l-istess linji ġenerali ta’ l-argument, il-Gvernijiet Ġermaniż, Spanjol u Irlandiż kif ukoll il-Kummissjoni essenzjalment jgħidu wkoll, li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti mill-ftehim kollettivi għandhom kemm jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 kif ukoll ikunu previsti minn dispożizzjonjiet ta’ ordni pubbliku, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(10) tagħha.

169. Min-naħa tagħhom, Laval u l-Gvernijiet Estonu, Latvjan, Litwan, Pollakk kif ukoll il-Gvern Ċek isostnu li r-Renju ta’ l-Iżvezja ttraspona ħażin id-Direttiva 96/71. L-ewwel nett, dawn il-partijiet jikkunsidraw, f’referenza għal-komunikazzjoni tal-25 ta’ Lulju 2003 adottata mill-Kummissjoni(74), li r-Renju ta’ l-Iżvezja, peress li ma użax it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71, irrinunċja milli japplika, għall-ħaddiema kkollokati temporanjament fit-territorju tiegħu minn fornitur ta’ servizzi barrani, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg stabbiliti fil-ftehim kollettivi. Wara dan, huma jsostnu li l-metodu Żvediż ma jassigurax trattament ugwali bejn il-fornituri ta’ servizzi u l-impriżi nazzjonali u jirriżulta li huwa sors ta’ inċertezza legali safejn, f’mod partikolari, dawn ta’ l-ewwel mhumiex informati dwar il-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol u ta’ l-imjieg, partikolarment dawk li jirrigwardaw il-paga, li jkunu applikabbli għalihom fil-kuntest ta’ allokazzjoni temporanja ta’ ħaddiema f’dan l-Istat membru. Fl-aħħar nett, huma jsostnu li l-leġiżlazzjoni Żvediża tawtorizza li fornituri ta’ servizzi barranin jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg stabbiliti fi ftehim kollettivi, li la jikkorrispondu għall-elenku previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 u lanqas għal-limiti previsti fl-Artikolu 3(10) ta’ l-imsemmija Direttiva.

170. Min-naħa tiegħi, iktar inxaqleb lejn il-pożizzjoni proposta mill-Gvernijiet Ġermaniż, Spanjol, Irlandiż kif ukoll mill-Kummissjoni.

171. Kif diġà ġie indikat, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 jippersegwi ż-żewġ għanijiet li tiġi pprovduta protezzjoni minima lill-ħaddiema kkollokati u li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-fornituri ta’ servizzi u l-impriżi nazzjonali li jinsabu f’sitwazzjoni simili. Dawn iż-żewġ eżiġenzi għandhom jiġu persegwiti fl-istess ħin.

172. F’dak li jirrigwarda l-ewwel għan, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 jeżiġi li l-Istati Membri jaraw li jiġu ggarantiti, lill-ħaddiema kkollokati temporanjament fit-territorju tagħhom, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg minimi, li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fil-paragrafu 1 tiegħu, fosthom ir-rata ta’ paga minima, filwaqt li jawtorizzhom, minn naħa, li japplikaw kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jkunu iktar favorevoli għall-ħaddiema, skond il-paragrafu 7 tiegħu, u, min-naħa l-oħra, li jimponu kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jirrigwardaw oqsma oħra li mhumiex elenkati fil-paragrafu 1, safejn dawn ikunu dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku.

173. Sabiex jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-fornituri ta’ servizzi li temporanjament jikkollokaw ħaddiema u l-impriżi nazzjonali, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 jipprovdi li l-garanziji offruti lill-imsemmija ħaddiema jkunu stabbiliti permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew atti amministrattivi u/jew, fis-settur tal-kostruzzjoni, permezz ta’ ftehim kollettivi jew deċiżjonijiet arbitrali ddikjarati ta’ applikazzjoni ġenerali, fis-sens ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-imsemmi Artikolu 3(8), jiġifieri li għandhom “ikunu osservati mill-impriżi kollha fis-settur u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernata”(75).

174. Mit-tieni u mit-tielet paragrafi ta’ l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71 jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu kkollokati ħaddiema jista’, jekk huwa hekk jiddeċiedi, jieħu bħala bażi l-ftehim kollettivi li għandhom effett ġenerali fuq l-impriżi kollha simili jew li jiġu konklużi mill-organizzazzjonijiet ta’ l-imsieħba soċjali l-iktar rappreżentattivi u applikati fit-territorju kollu, sakemm l-Istat Membru jassigura trattament ugwali bejn il-fornutur tas-servizzi li jikkolloka l-imsemmija ħaddiema fit-territorju tiegħu u l-impriżi nazzjonali li jinsabu f’sitwazzjoni analoga, jiġifieri, f’mod partikolari, li fuq dawn l-impriżi jiġu imposti l-istess obbligi bl-istess effetti.

175. Minn din id-dispożizzjoni jista’ ġustament jiġi dedott li l-leġiżlatur Komunitarju ried jevità li ftehim kollettivi li ma jkunux legalment vinkolanti fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Istat Membru ospitanti jiġu imposti fuq fornituri ta’ servizzi barranin, filwaqt li l-maġġoranza tal-fornituri nazzjonali jkunu, fil-prattika, eżentati minnhom.

176. Barra minn hekk, nixtieq nosserva li, skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71, l-Istati Membri għandhom f’mod partikolari jaraw li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentatanti tagħhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom proċeduri adegwati għall-finijiet tat-twettieq ta’ l-obbligi previsti mill-imsemmija Direttiva.

177. Fl-opinjoni tiegħi din id-dispożizzjoni għandha tinqara kemm fid-dawl tat-tnax-il premessa tad-Direttiva 96/71, li tipprovvdi f’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 49 KE(76) li “l-liġi Komunitarja ma tipprojbixxix lill-Istati Membri li jiggarantixxu l-osservanza [tar-regoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema] f’mezzi approprjati” kif ukoll fid-dawl tat-tnejn u għoxrin il-premessa tagħha li, nixtieq infakkar, tindika li d-Direttiva 96/71 hija “mingħajr preġudizzju għal-liġi ta’ l-Istati Membri dwar azzjoni kollettiva biex tiddefendi l-interessi ta’ snajja u professjonijiet”.

178. Il-qari konġunt ta’ dawn id-dispożizzjonijiet iwassalni sabiex nagħmel il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

179. L-ewwel nett, jiena ma naħsibx li, fin-nuqqas ta’ sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa obbligat li jagħmel użu mill-metodu previst fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71. Fil-fatt, dan il-metodu, kif jindika l-kliem użat f’din id-dispożizzjoni, huwa biss fakulta offruta lill-Istati Membri li ma jkollhomx sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi.

180. Il-fatt li r-Renju ta’ l-Iżvezja jagħti lill-imsieħba soċjali l-obbligu li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, fosthom f’mod partikolari r-regoli li jirrigwardaw il-paga, permezz ta’ ftehim kollettivi, ma jistax, fih innifsu, jikkostitwixxi implementazzjoni insuffiċjenti tad-Direttiva 96/71, f’tali mod li dan l-Istat membru rrinunċja milli japplika l-imsemmija kundizzjonijiet għall-fornituri ta’ servizzi barranin.

181.  F’mod ġenerali, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri jistgħu jħallu f’idejn l-imsieħba soċjali sabiex, permezz ta’ ftehim kollettivi, jilħqu l-għanijiet persegwiti minn direttivi Komunitarji(77).

182.  Huwa minnu li ġie wkoll deċiż li, f’tali sitwazzjonijiet, l-Istat Membru dejjem jibqa’ obbligat li jissodisfa l-obbligi li huwa għandu li jiżgura l-implementazzjoni sħiħa tad-direttivi, billi jadotta, fejn meħtieġ, il-miżuri kollha meħtieġa(78).

183. F’din il-kawża, ma naħsibx li, l-ewwel nett, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas mill-obbligazzjoni li jassigura li l-ħaddiema kkollokati fit-territorju tiegħu jibbenefikaw minn kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jirrigwardaw l-oqsma elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71.

184. Għalkemm ir-Renju ta’ l-Iżvezja jimponi direttament ir-rispett tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jirrigwardaw l-oqsma elenkati fil-punti a) u b) kif ukoll fil-punti d) sa g) ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa permezz ta’ l-għarfien, favur l-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema, tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva li huwa jassigura li dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jimponu l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-paga previsti jew irregolati mill-ftehim kollettivi, fil-każ li l-fornitur ta’ servizzi barrani jonqos milli jassuġġetta ruħu volontarjament għal dawn il-kundizzjonijiet.

185. Issa, għalkemm, kif tosserva l-qorti tar-rinviju, tali għarfien ma jirriżultax f’mod espliċitu mil-liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema, din tirriżulta, min-naħa l-oħra, impliċitament iżda neċessarjament mill-MBL, li tipprovdi li l-azzjoni kollettiva intiża li ġġiegħel lill-fornitur barrani jikkonkludi ftehim kollettiv stipulat fl-Iżvezja tista’ tiġi mnedija meta dan il-fornitur ikun marbut minn ftehim kollettiv fl-Istat Membru ospitanti. A fortiori, din il-leġiżlazzjoni tapplika għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ Stat Membru li mhumiex marbutin minn xi ftehim kollettiv konkluż fl-imsemmi Stat. Hija għalhekk tiżgura li l-organizzazzjonijiet sindakali jkollhom il-possibbiltà li jimponu, permezz ta’ l-użu ta’ l-azzjoni kollettiva, il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-paga previsti jew irregolati mill-ftehim kollettivi Żvediżi, fuq kull fornitur ta’ servizzi barrani, fil-każ li dan jonqos milli jaċċetta volontarjament dawn il-kundizzjonijiet, bl-iskop li jiġi ggarantit li l-ħaddiema kkollokati temporanjament fl-Iżvezja jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-paga applikabbli fis-settur in kwistjoni għall-ħaddiema Żvediżi.

186. Nixtieq inżid li l-Artikolu 9 tal-liġi Żvediża dwar il-kollokament tal-ħaddiema, safejn dan jipprovdi li l-uffiċċju ta’ kollegament għandu jinforma lill-fornituri ta’ servizzi barranin bl-applikabbiltà tal-ftehim kollettivi fis-settur u jirreferi lill-dawn il-fornituri lill-organizzazzjonijiet sindakali sabiex jiksbu informazzjoni iktar dettaljata, ifisser ukoll li r-Renju ta’ l-Iżvezja ma kellux l-intenzjoni li jirrinunċja li jassigura li ħaddiema kkolokati temporanjament fit-territorju tiegħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-paga applikabbli abbażi tal-ftehim kollettivi konklużi f’dan l-Istat Membru.

187. Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, mhemm l-ebda dubbju li d-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva, rikonoxxut mid-dritt Żvediż lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema li jippermettilhom li jimponu l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-paga previsti jew irregolati mill-ftehim kollettivi Żvediżi huwa adegwat sabiex jilħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71.

188. It-tieni nett, jibqa’ l-problema li tirrigwarda l-implementazzjoni tat-tieni għan persegwit mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, jiġifieri dak li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-fornituri ta’ servizzi barranin u l-impriżi nazzjonali.

189. Dan l-eżami jista’ jiġi limitat għas-settur tal-kostruzzjoni. Fil-fatt, minn naħa, l-obbligu li l-Istati Membri ospitanti għandhom, abbażi ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, li jaraw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, li jirrigwardaw l-oqsma elenkati f’din id-dispożizzjoni, previsti mill-ftehim kollettivi fit-territorju jestendu biss għal dan is-settur ta’ attivitajiet u, min-naħa l-oħra, huwa stabbilit li, fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali, Laval ikkollokat il-ħaddiema Latvjani f’dan is-settur ta’ attivitajiet fl-Iżvezja.

190. L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, huwa preċiżament sabiex jassigura trattament ugwali ma l-impriżi nazzjonali li l-leġiżlatur Żvediż ikkunsidra li ma setax jeżiġi li fornituri ta’ servizzi barranin jikkonformaw ruħhom awtomatikament, permezz ta’ eventwali dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jew skond il-metodu previst fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71, mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti jew irregolati mill-ftehim kollettivi, peress li l-fornituri nazzjonali mhumiex suġġetti għal tali impożizzjoni awtomatika.

191. Barra minn hekk, mill-informazzjoni pprovduta mill-Gvern Żvediż fil-kuntest tar-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li fl-Iżvezja jeżistu madwar 9 800 impriża li jħaddmu iktar minn 3 impjegati, filwaqt li hemm madwar 11 200 impriża, jiġifieri inklużi dawk li jħaddmu inqas minn 3 impjegati, li huma marbutin minn ftehim kollettiv fis-settur tal-kostruzzjoni. Min-naħa l-oħra, il-Gvern Żvediż ikkonferma wkoll li l-persuni li jimpjegaw li mhumiex membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem setgħu jiġu mġiegħla, permezz ta’ l-użu ta’ azzjoni kollettiva min-naħa ta’ l-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema, jissuġġettaw ruħhom għal wieħed minn dawn il-ftehim kollettiv permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim ta’ annessjoni. Barra minn hekk, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Żvediż tar-relazzjonijiet tax-xogħol jirriżulta li l-persuni li jimpjegaw firmatarji ta’ ftehim kollettiv jew ta’ ftehim ta’ annessjoni fl-Iżvezja għandhom jagħtu kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg uniformi lill-ħaddiema tagħhom, indipendentement minn jekk dawn humiex jew le membri ta’ organizzazzjoni sindakali firmatarja tal-ftehim kollettiv, barra minn dan kull kuntratt tax-xogħol individwali li jmur kontra dan il-ftehim kollettiv huwa skond l-Artikolu 27 tal-MBL, null u bla effett. Dawn l-aħħar karatteristiċi, f’mod partikolari, wasslu lil xi awturi Żvediżi sabiex jikkunsidraw li fl-Iżvezja l-ftehim kollettivi jgawdu minn kopertura erga omnes de facto(79). Barra minn hekk, kif essenzjalment isostni l-Gvern Żvediż, l-uniku mod li impriża Żvediża, li tħaddem impjegati, jew li impriża barranija, li tixtieq temporanjament tikkolloka ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja, għandhom li jevitaw li titnieda azzjoni kollettiva kontrihom huwa li jaċċettaw li jikkonkludu, jew direttament jew permezz ta’ ftehim ta’ annessjoni, il-ftehim kollettiv li l-applikabbiltà tiegħu tkun qed tiġi sostnuta mill-organizzazzjoni sindakali.

192. Fl-aħħar nett, mill-elementi ta’ l-inkartament jirriżulta wkoll li Byggnadsarbetareförbundet hija waħda mill-organizzazzjonijiet sindakali l-iktar rappreżentattivi, peress li tirrappreżenta iktar minn 87 % tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja u li Laval ikkollokat f’dan l-Istat Membru diversi għexieren ta’ ħaddiema Latvjani, inkluż fuq ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Vaxholm.

193. Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi kollha, u f’mod partikolari tar-rata ta’ kopertura tal-ftehim kollettivi fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja u tal-possibbiltà, kif tirriżulta mis-sistema prevista mill-MBL, li kull min iħaddem fl-Iżvezja li ma jkunx membru ta’ organizzazzjoni ta’ min iħaddem jiġi mġiegħel jikkonkludi wieħed minn dawn il-ftehim kollettivi permezz tad-dritt rikonoxxut lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema li jagħmlu użu mill-azzjoni kollettiva, is-sistema Żvediża tidher, billi tissuġġetta fornitur ta’ servizzi barrani għal din is-sistema, li tassigura t-trattament ugwali previst mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71, bejn dawn il-fornituri u l-impriżi nazzjonali li joperaw fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja u li jinsabu f’sitwazzjoni simili.

194. Fl-opinjoni tiegħi din l-evalwazzjoni mhijiex ikkontestata miċ-ċirkustanza li s-sistema Żvediża tittollera l-applikazzjoni ta’ rata ta’ paga li ma tikkostitwixxix, strictu sensu, ir-rata ta’ paga minima, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 96/71, u lanqas mill fatt li l-MBL tippermetti, fejn meħtieġ, l-impożizzjoni ta’ tali paga fuq il-fornitur tas-servizzi barrani li jkun diġà marbut minn ftehim kollettiv fl-Istat fejn ikun stabbilit.

195. Fil-fatt, kif ser nesponi iktar ’il quddiem, dawn iż-żewġ punti jaqgħu, fl-opinjoni tiegħi, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 49 KE.

196. F’dak li jirrigwarda l-ewwel kwistjoni, għandu l-ewwel nett jiġi enfasizzat li, abbażi tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, il-kunċett ta’ rata ta’ paga minima huwa ddefinit mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-prattika(i) nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi kkollokat il-ħaddiem. Dan l-Artikolu jipprovdi li l-Istati Membri li ma jkollhomx leġiżlazzjoni nazzjonali fuq ir-rata ta’ paga minima, minn naħa, m’għandhom l-ebda obbligu, abbażi tad-Direttiva 96/71, li jdaħħlu dispożizzjoni bħal din fid-dritt nazzjonali tagħhom(80) u, min-naħa l-oħra, jistgħu jħallu f’idejn l-imsieħba soċjali, fil-kuntest tal-ftehim kollettivi, sabiex jiddefinixu x’għandhom ifissru t-termini “rata ta’ paga minima”, u saħansitra li jiffissaw din ir-rata fis-settur ta’ attivitajiet ikkonċernat.

197. Wara dan, għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71, l-ewwel paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jkunu iktar favorevoli għall-ħaddiema.

198. Din l-ampjezza timplika li d-Direttiva 96/71 ma tipprekludix li r-rata ta’ paga minima ffissata skond ftehim kollettiv konkluż fl-Istat Membru ospitanti, li japplika, de facto, għall impriżi nazzjonali tas-settur ta’ attivitajiet ikkonċernat, tiġi wkoll estiża, permezz tat-tnedija ta’ azzjonijiet kollettivi, għall-fornituri ta’ servizzi ta’ Stat Membru li jikkolloka temporanjament ħaddiema fit-territorju ta’ l-ewwel Stat Membru, li joperaw fl-istess settur ta’ attivitajiet u li jinsabu f’sitwazzjoni analoga.

199. Madankollu, kif diġà osservajt fil punt 151 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-eżerċizzju ta’ tali fakultà għandu jisir fl-osservanza ta’ l-Artikolu 49 KE.

200. F’dak li jirrigwarda t-tieni kwistjoni, kif ġustament issostni l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, peress li l-Istat Membru ospitanti għandu jara li l-ħaddiema kkollokati temporanjament fis-settur tal-kostruzzjoni jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jirrigwardaw l-oqsma elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 u previsti mill-ftehim kollettivi, tkun liema tkun il-liġi applikabbli għar-relazzjoni tax-xogħol, l-eżistenza ta’ ftehim kollettiv barrani li torbot lill-fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru ieħor li jwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-imsemmi settur mhijiex direttament rilevanti għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-kundizjonijiet.

201. Għalhekk, dan il-fornitur għandu, bl-istess mod bħal impriżi nazzjonali f’sitwazzjoni simili li joperaw fl-istess settur ta’ attivitajiet u jekk jixtieq ikompli jopera fl-Istat Membru ospitanti, jiggarantixxi lill-ħaddiema temporanjament ikkollokati fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg mandatorji, li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, stabbiliti fl-imsemmi Stat Membru, inklużi konsegwentement, dawk li huma ffissati minn ftehim kollettivi applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali ta’ l-imsemmi settur ta’ attivitajiet, iżda li fin-nuqqas ta’ adeżjoni volontarja minn min iħaddem, indipendentement min-nazzjonalità tiegħu, jiġu imposti fuqu minn organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema wara t-tnedija ta’ azzjonijiet kollettivi.

202. Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi d-Direttiva 96/71 ma tipprekludix li din ir-rata ta’ paga prevista jew stabbilita skond ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali li joperaw fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja tiġi, f’mod partikolari permezz ta’ l-eżerċizzju tad-dritt iggarantit lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema li jniedu azzjoni kollettiva, estiża għal-fornitur ta’ servizzi barrani, li temporanjament jikkolloka ħaddiema f’dan is-settur ta’ attivitajiet fit-territorju Żvediż u li jinsab f’sitwazzjoni simili, anke meta dan il-fornitur ikun diġà marbut min ftehim kollettiv konkluża fl-Istat membru fejn huwa stabbilit.

203. Madankollu sitwazzjoni bħal din għandha tiġi eżaminata fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE.

204. Fl-aħħar nett, għandha tiġi evalwata, fid-dawl tad-Direttiva 96/71, il-problema marbuta mas-sitwazzjoni, ittollerata mis-sistema Żvediża, ta’ l-estensjoni fuq fornitur ta’ servizzi barrani tal-kundizzjonijiet kollha li jinsabu fi ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali ta’ l-istess settur ta’ attivitajiet li jinsabu f’sitwazzjoni simili,

205. Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li s-sitema Żvediża tippermetti l-possibbiltà li fornitur ta’ servizzi barrani jiġi mġiegħel, permezz ta’ azzjoni kollettiva, jaċċetta l-kundizzjonijiet kollha li jinsabu fi ftehim kollettiv applikabbi de facto għall-impriżi nazzjonali tas-settur tal-kostruzzjoni li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni analoga, mingħajr ma jkun iggarantit li dawn il-kundizzjonijiet ikunu jaqgħu jew taħt l-oqsma elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, jew, fil-każ ta’ oqsma distinti minn dawk previsti f’dan l-Artikolu, li jkunu “dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku”, skond l-Artikolu 3(10) ta’ l-imsemmija Direttiva.

206. Billi timponi trattament ugwali strett bejn il-fornituri ta’ servizzi barranin u l-imsemmija impriżi nazzjonali, is-sistema Żvediża tidher li effettivament tinjora l-karatteristiċi nfushom tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li tassimila integralment l-attività temporanja ta’ kollokament ta’ ħaddiema magħmula minn fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru fl-Iżvezja ma attività permanenti mwettqa mill-impriżi stabbiliti fit-territorju Żvediż(81).

207. Madankollu, anke f’din iċ-ċirkustanza xorta waħda għandha tiġi kkunsidrata l-kwistjoni tar-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71 u l-Artikolu 49 KE.

208. Fl-opinjoni tiegħi, f’dan ir-rigward għandha ssir distinzjoni skond jekk il-fornitur ta’ servizzi huwiex, f’mod konkret, imġiegħel jaċċetta kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 jew jekk ikunx imġiegħel jaċċetta kundizzjonijiet li jaqgħu taħt oqsma distinti minn dawk previsti minn din id-dispożizzjoni.

209. Fl-ewwel każ, kif diġà osservajt, abbażi ta’ l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71, din tippermetti li kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, li jaqgħu taħt l-oqsma elenkati fl-ewwel paragrafu tiegħu, li jkunu iktar favorevoli għall-ħaddiema kkolokati, jistgħu jiġu imposti fl-Istat Membru ospitanti. Kif diġà ġie indikat, madankollu, kundizzjonijiet bħal dawn jirrispettaw l-Artikolu 49 KE.

210. F’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li jaqgħu taħt oqsma distinti minn dawk elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, huma possibbli żewġ ipoteżi.

211. L-ewwel waħda tirrigwarda l-kundizzjonijiet li ma jeffettwawx, strictu sensu, ix-xogħol u l-impjieg, iżda li għalihom huwa suġġett l-eżerċizzju ta’ l-attività ekonomika tal-fornitur ta’ servizzi, inkluż, fejn meħtieġ, dawk il-kundizzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Diretiva 96/71 u li għandhom, għaldaqstant, jiġu eżaminati fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE.

212. It-tieni ipoteżi hija dik tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li ma jaqgħux taħt l-oqsma elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Diretiva 96/71. Din id-Direttiva tipprovdi li kundizzjonijiet bħal dawn, jekk ikunu imposti fl-Istat Membru ospitanti f’mod ugwali fil-konfront tal-fornituri ta’ servizzi barranin u ta’ l-impriżi nazzjonali li jinsabu f’sitwazzjoni simili, għandhom jaqgħu taħt dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku. Ċertament, kif jirriżulta mill-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 u mill-ġurisprudenza li tirrigwarda l-Artikolu 49 KE, il fatt li regoli nazzjonali jkunu jaqgħu taħt il-kategorija ta’ dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku jew taħt dik ta’ regoli mandatorji ma jipprekludihomx mill-osservanza tad-dispożizjonijiet tat-Trattat(82). Madankollu huwa evidenti li kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg bħal dawn, stabbiliti fi ftehim kollettiv, li jiġu imposti fuq fornitur ta’ servizzi barrani u li ma jikkwalifikawx bħala dispożizjonijiet ta’ ordni puibbliku fl-Istat Membru ospitanti jiksru diġà, fihom infushom, l-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71.

213. Fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali, nikkunsidra li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta l-MBL, safejn possibbli, fid-dawl ta’ l-eżiġenza msemmija iktar ’il fuq, stabbilita fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71.

214. Għalhekk, hija għandha tiżgura ruħha li d-dritt intern jippermetti l-estensjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, li ma jaqgħux taħt l-oqsma elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, eventwalment previsti minn ftehim kollettiv bħal ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet – fir-rigward ta’ liema l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu qegħdin jeżiġu, fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet kollettivi li huma nedew, l-adeżjoni ta’ Laval qabel ma saħansitra, fl-ewwel stadju, ikunu jistgħu jinbdew negozjati fuq ir-rata ta’ paga skond il-kriterji ta’ l-imsemmi ftehim jew, fin-nuqqas li jintlaħaq ftehim u fit-tieni stadju, tiġi miftehma rata fissa stabbilita skond il-klawżola ta’ ripjieg ta’ l-istess ftehim(83) - biss jekk dawn il-kundizzjonijiet jissodisfaw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71. Jekk dan ikun il-każ, il-qorti nazzjonali xorta waħda għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex konformi ma’ l-eżiġenzi ta’ l-Artikolu 49 KE.

215. Għandu jingħad ukoll, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet addizzjonali li jinsabu fil-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, li l-qorti tar-rinviju rreferiet għal diversi kontribuzzjonijiet li Laval kien ikollha tħallas li kieku ma rrinunċjatx, wara l-azzjonijiet kollettivi li l-konvenuti fil-kawża prinċipali nedew sabiex din tiffirma l-ftemim ta’ annessjoni għall-imsemmi ftehim kollettiv, li tikkolloka ħaddiema Latvjani fuq ix-xogħol ta’ kostruzjoni ta’ Vaxholm.

216. Kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali, dawn il-kontribuzzjonijiet kienu jirrigwardaw premji ta’ assigurazzjoni li għandhom jitħallsu minn min iħaddem, ħlasijiet, imsejħa “ħlasijiet addizzjonali”, li għandhom isiru minn min iħaddem lil diversi korpi Żvediżi kif ukoll kummissjoni mħallsa minn min iħaddem lil Byggnadsarbetareförbundet intiża bħala ħlas ta’ l-attivita ta’ kontroll tal-pagi mwettqa mis-sezzjonijiet lokali ta’ dan is-sindakat.

217. Issa, fl-opinjoni tiegħi, peress li l-ewwel żewġ kontribuzzjonijiet ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti fid-Direttiva 96/71 u t-tielet kontribuzzjoni hija intrinsikament marbuta ma’ l-applikazzjoni tar-rata ta’ paga (iktar favorevoli) prevista mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, l-eżiġenza li dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu mħallsa minn fornitur ta’ servizzi barrani, skond ftehim kollettiv li huwa jista’ jiġi mġiegħel jiffirma wara t-tnedija ta’ azzjonijiet kollettivi, għandha wkoll tiġi eżaminata fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE.

3.      Konklużjonijiet intermedji

218. Sabiex niġbor fil-qosor l-espożizzjonijiet magħmulin iktar ’il fuq f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 97/71 u l-implementazzjoni tagħha fir-Renju ta’ l-Iżvezja, jiena, bħala konklużjonijiet intermedji, nikkunsidra li:

–        l-ewwel nett, id-Direttiva 96/71 ma tipprekludix li r-rata ta’ paga prevista jew stabbilita skond ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali li joperaw fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja tiġi, f’mod partikolari permezz ta’ l-eżerċizzju tad-dritt iggarantit lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema li jniedu azzjoni kollettiva, estiża għal-fornitur ta’ servizzi barrani, li temporanjament jikkolloka ħaddiema f’dan is-settur ta’ attivitajiet fit-territorju Żvediż u li jinsab f’sitwazzjoni simili, anke meta dan il-fornitur ikun diġà marbut min ftehim kollettiv konkluża fl-Istat membru fejn huwa stabbilit. Madankollu sitwazzjoni bħal din, u l-kundizzjonijiet marbutin mal-kontroll ta’ l-applikazzjoni ta’ tali rata ta’ paga, għandhom jiġu eżaminati fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE;

–        it-tieni nett, id-Direttiva 96/71 teżiġi li, sabiex il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg li ma jaqgħux taħt l-oqsma elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1), previsti minn ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja, ikunu jistgħu jiġu imposti fuq fornitur ta’ servizzi barrani f’sitwazzjoni simili fil-kuntest ta’ l-eżerċizzju tad-dritt ta’ azzjoni kollettiva rikonoxxut lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema f’dan l-Istat Membru, dawn il-kundizzjonijiet għandhom jaqgħu taħt dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(10) ta’ din id-Direttiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta l-MBL, safejn possibbli, fid-dawl ta’ l-eżiġenza msemmija iktar ’il fuq. Jekk dan ikun il-każ, l-impożizzjoni ta’ tali kundizzjonijiet fuq il-fornitur ta’ servizzi barrani għandha, f’kull każ, tirrispetta l-eżiġenzi ta’ l-Artikolu 49 KE;

–        it-tielet nett, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 u għandhom għaldaqstant jiġu eżaminati fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE, il-kundizzjonijiet, minbarra dawk li jirrigwardaw ix-xogħol u l-impjieg, previsti min ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali tas-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja u li fornitur ta’ servizzi barrani, li temporanjament jikkolloka ħaddiema fl-istess settur u li jinsab f’sitwazzjoni simili, ikun imġiegħel jaċċetta wara azzjonijiet kollettivi mnedija minn organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema.

219. Dawn il-punti għandhom issa jiġu eżaminati fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE.

4.      Fuq l-Artikolu 49 KE

a)      Osservazzjonijiet ġenerali

220. Skond ġurisprudenza stabbilita l-Artikolu 49 KE jeżiġi, mhux biss l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra l-fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor minħabba n-nazzjonalità tiegħu, iżda wkoll it-tneħħija ta’ kull restrizzjoni, anke jekk din tapplika f’mod indistint għall-fornituri nazzjonali u dawk ta’ Stati Membri oħra, meta hija ta’ natura li tipprojbixxi, tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, fejn dan jipprovdi servizzi simili legalment(84).

221. Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti għall-fornituri ta’ servizzi tista’ tipprojbixxi, tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-provvisti ta’ servizzi minn persuni jew impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra billi tinvolvi spejjeż u piżijiet amministrattivi u ekonomiċi addizzjonali(85).

222. Kif indikajt fil-punt 161 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena nikkunsidra li l-Artikolu 49 KE jista’ jiġi applikat direttament f’din il-kawża.

223. Ċertament, għandu jiġi osservat li l-ġurisprudenza li ddeċidiet fuq l-effett dirett orizzontali ta’ l-Artikolu 49 KE tidher li a priori għamlet iktar enfażi fuq ir-rikonoxximent ta’ tali effett lill-prinċipju ta’ non diskriminazzjoni minħabba nazzjonalita stabbilit minn dan l-Artikolu(86).

224. Madankollu, minn analiżi iktar fil-fond ta’ din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-applikazzjoni diretta orizzontali ta’ l-Artikolu 49 KE mhijiex limitata għall-azzjonijiet diskriminatorji mwettqa minn persuni privati li jkollhom effett kollettiv fuq is-suq tax-xogħol fil-konfront ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ l-Istati Membri.

225. Għalhekk, fil-kawża Deliège(87), il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat fid-dawl ta’ l-Artikolu 49 KE regoli ta’ selezzjoni, stabbiliti minn federazzjoni sportiva, li kienet tiddetermina l-parteċipazzjoni ta’ atleti ta’ livell għoli sabiex jikkompetu għall-rashom f’kompetizzjoni internazzjonali, minkejja ċ-ċirkustanza li dawn ir-regoli ma kienx fihom klawżola ta’ nazzjonalità u ma kinux jiffissaw il-kundizzjonijiet ta’ aċċess ta’ l-isportivi għas-suq tax-xogħol. Għalkemm huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ma aċċettatx li r-regoli in kwistjoni jistgħu jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, hija madankollu ma mmotivatx din l-evalwazzjoni biss fuq il-bażi li r-regola in kwistjoni ma kienx fiha klawżola ta’ nazzjonalità.

226. Bl-istess mod, fis-sentenza Wouters et, il-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma eskludiet li, anke li kieku kien ikkunsidrat li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kienet applikabbli għal projbizzjoni, imposta fuq l-avukati u fuq l-esperti tal-kontabbiltà, li ma jkollhomx rabtiet ta’ kollaborazzjoni integrati, kif kien jipprovdi regolament tal-Kamra ta’ l-Avukati Olandiża u li kienet tapplika indipendentement min-nazzjonalità, din il-projbizzjoni tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni għall-imsemmija libertà(88).

227. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ regolament sportiv adottat mill-Kumitat Internazzjonali Olimpiku u l-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Għawm, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jekk l-eżerċizzju ta’ l-attività sportiva in kwistjoni kellu jiġi evalwat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-trattat li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-ħaddiema jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kien ikollu għalhekk jiġi vverifikat jekk ir-regoli li jirregolaw l-imsemmija attivita kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 39 KE u 49 KE, jiġifieri li ma kinux jikkostitwixxu restrizzjonijiet ipprojbiti mill-imsemmija Artikoli(89).

228. Barra minn dan, f’dak li jirrigwarda libertà fundamentali tat-Trattat, ma jidhirlix li huwa opportun li tiġi limitata l-portata orizzontali ta’ l-obbligu li hija timponi skond jekk l-ostakoli eretti kontriha humiex ta’ natura diskriminatorja jew le. Jekk tali limitazzjoni tiġi aċċettata, ikun hemm dibattiti kumplessi dwar il-kwistjoni ta’ jekk xi azzjoni jew xi regolament adottati minn persuni privati għandhomx jiġu meqjusa bħala diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità, restrizzjoni, ostakolu jew li tirrendi inqas attraenti l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Kif diġà ġie deċiż fil-ġurisprudenza, peress li l-linja ta’ demarkazzjoni bejn dawn il-kwalifikazzjonijiet differenti mhijiex, fil-prattika, kompletament ċara, il-fatt li tiġi aċċettata tali limitazzjoni għall-portata orizzontali ta’ l-Artikolu 49 KE jeffettwa ċ-ċertezza legali ta’ l-operaturi.

229. Dawn il-kunsiderazzjonijiet magħmula, għandu jiġi ddeterminat, f’dak li jirrigwarda t-tliet punti elenkati fil-punt 218 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jekk l-eżerċizzju ta’ l-azzjonijiet kollettivi minn organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema kontra fornitur ta’ servizzi f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali jikkostitwixxix restrizzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 49 KE u, jekk dan huwa minnu, jekk din ir-restrizzjoni hijiex iġġustifikata minn eżiġenzi ewlenin ta’ interess ġenerali.

b)      Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

230. L-ewwel nett, fl-opinjoni tiegħi ma jistax jiġi kkuntestat li, minkejja n-nuqqas ta’ rabta kuntrattwali bejn il-konvenuti fil-kawża prinċipali u Laval u minkejja li l-azzjonijiet kollettivi (rispettivament, imblokk u azzjoni ta’ solidarjetà) kienu direttament intiżi lejn membri ta’ l-organizzazzjonijiet konvenuti fil-kawża prinċipali, li kellhom jirrifjutaw li jirrispondu għal kull offerta ta’ impjieg jew ta’ xogħol minn Laval, it-tnedija ta’ l-azzjonijiet kollettivi kellu l-effett li jġiegħel lil Laval tirrinunċja għat-twettieq tal-kuntratt tax-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Vaxholm u għall-kollokament tal-ħaddiema Latvjani fuq dan ix-xogħol ta’ kostruzzjoni.

231. Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi jeżisti ness ta’ każwalita suffiċjenti bejn it-tnedija ta’ dawn l-azzjonijiet u l-attivitajiet ekonomiċi ta’ Laval fit-territorju Żvediż.

232.  Barra minn hekk, f’mod ġenerali, dan huwa wieħed mir-riżultati li jista’ jwassal għalihom l-eżerċizzju ta’ azzjoni kollettiva bl-iskop li fornitur ta’ servizzi jiġi mġiegħel jiffirma, volontarjament jew wara azzjoni kollettiva, ftehim kollettiv applikabbli fl-Iżvezja, peress li dan il-fornitur jew jiffirma l-ftehim kollettiv, li l-organizzazzjonijiet sindakali jkunu jridu jaraw applikat, jew inkella jkollu jirrinunċja milli jipprovdi s-servizz.

233. L-eżerċizzju ta’ tali azzjoni kollettiva, anke jekk dan isir fir-rigward ta’ impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ l-Istat Membru in kwistjoni, jista’ jġib miegħu spejjeż kunsiderevoli għall-fornitur ta’ servizzi barrani, ikun liema jkun ir-riżultat ta’ din l-azzjoni, f’tali mod li, fl-opinjoni tiegħi, dan l-eżerċizzju jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

234. Fil-fatt, fil-każ fejn, bħal fil-każ tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fornitur tas-servizz jiġi mġiegħel jabbanduna t-twettieq ta’ appalt pubbliku, minħabba li jkun jinsab f’pożizzjoni li ma jkunx jista’ jkompli l-attività jekk ma jaċċettax il-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv allegatament applikabbli għalih, dan il-fornitur ikollu jassumi, bħala prinċipju, l-ispejjeż kollha relatati man-nuqqas ta’ twettieq ta’ dan il-kuntratt. Il-karattru sistematiku ta’ tali mekkaniżmu, awtorizzat mid-dritt intern Żvediż, jista’ wkoll jiddiswadi lill-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra milli jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-Renju ta’l-Iżvezja.

235. Fil-każ fejn, wara l-azzjoni kollettiva mnedija mill-organizzazzjonijet sindakali tal-ħaddiema, il-fornitur ta’ servizzi barrani jiffirma l-ftehim kollettiva in kwistjoni, dan il-fornitur, kif kien jiġri fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali li kieku Laval aċċettat li tiffirma l-ftehim ta’ annessjoni għal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, isib ruħu obbligat, l-ewwel nett, li jaderixxi għal-kundizzjonijiet kollha previsti f’dan il-ftehim kollettiv, inklużi d-diversi kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt 216 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-istess bħal impriżi ta’ l-istess settur li huma stabbiliti fl-Iżvezja u li huma marbutin minn dan il-ftehim u, it-tieni nett, li jħallsu, minn ta’ l-inqas, ir-rata ta’ paga ffissata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmi ftehim.

236. Issa, għandu jiġi mfakkar, minn naħa, li skond il-ġurisprudenza, Stat Membru ma jistax jissuġġetta l-provvista ta’ servizz fit-territorju tiegħu għall-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha rikjesti għall-istabbiliment u f’dan il-mod iċaħħad minn kull effett utli d-dispożizzjonijiet tat-Trattat intiżi speċifikament li jassiguraw il-liberta li jiġu pprovduti servizzi(90).

237. Minn naħa, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li l-applikazzjoni mill-Istat Membru ospitanti tal-leġiżlazzjoni tiegħu dwar il-paga minima fuq il-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor tista’, bħala prinċipju, tiġi awtorizzata, hija madankollu tenfasizza li tali regoli għandhom ifittxu interess ġenerali u ma eskludietx li, f’ċerti ċirkustanzi, l-applikazzjoni ta’ l-imsemmija regoli tkun inkompatibbli ma’ l-Artikolu 49 KE(91).

238. Dak li huwa validu għall-Istati membri għandu wkoll ikun, fl-opinjoni tiegħi, validu għall-persuni privati li l-azzjoni tagħhom ikollha effett kollettiv fuq is-suq tax-xogħol u fuq il-fornitura ta’ servizzi transfruntaljieri, bħal dawk imwettqa mill-konvenuti fil-kawża prinċipali.

239. Il-fatt li, fit-tieni ipoteżi li qed tiġi analizzata, il-fornitur ta’ servizzi jista’ jkompli jeżerċita l-attività ekonomika tiegħu fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti, xorta waħda ma jeliminax il-karattru restrittiv tal-kundizzjonijiet li jiġu imposti fuqu.

240. F’dawn iċ-ċirkustanzi, nikkunsidra li l-azzjonijiet kollettivi mnedija mill-konvenuti fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens ta’ l-Artikolu 49 KE.

c)      Fuq l-eventwali ġustifikazzjonijiet tar-restrizzjoni

241. Mill-ġurisprudenza applikabbli għal-leġiżlazzjoni ta’ l-istati membri jirrizulta li, meta tali leġiżlazzjoni tapplika f’mod indistint għal kull persuna jew impriża li teżerċita attività fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti, din tista’ tiġi ġġustifikata safejn hija tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li ma tkunx diġà protetta mir-regoli li l-fornitur ikun suġġett għalihom fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, u safejn tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan persegwit u sakemm ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan(92).

242. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ewwel problema li għandha tiġi solvuta hija dik li jiġu identifikati l-għanijiet persegwiti.

243. L-ewwel nett, ma naħsibx li għandhom jiġu eżaminati l-għanijiet persegwiti mill-awtoritajiet Żvediżi peress li dawn awtorizzaw jew, minn ta’ l-anqas, baqgħu lura milli jipprojbixxu l-azzjonijiet kollettivi mnedija mill-konvenuti fil-kawża prinċipali, iżda li għandhom jiġu identifikati dawk persegwiti minn dawn ta’ l-aħħar meta huma bdew l-imsemmija azzjonijiet.

244. F’dan is-sens, din il-kawża tiddistingwi ruħha mis-sitwazzjoni li tat lok għas-sentenza Scmidberg imsemmija iktar ’il fuq, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat biss l-għanijiet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet marbutin mar-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ assemblea tal-manifestanti li kienu mblukkaw it-trieq ta’ Brenner, safejn, fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali, Schmidberg riedet tikkuntesta r-responsabbiltà tar-Repubblika ta’ l-Awstrija minħabba allegat ksur ta’ l-obbligi li hija għandha skond id-dritt Komunitarju, billi astjeniet ruħha milli twaqqaf il-ħolqien ta’ ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-għanijiet speċifiċi ta’ l-assemblea tal-manifestanti ma kinux, bħala tali, determinanti fil-kuntest ta’ azzjoni legali bħal dik mibdija minn Schmidberg(93).

245. Min-naħa l-oħra, l-għanijiet persegwiti mill-azzjonijiet kollettiv mnedija mill-konvenuti fil-kawża prinċipali huma, fl-opinjoni tiegħi, determinanti fil-kuntest ta’ kontenzjuż li huwa biss bejn persuni privati.

246. F’dan ir-rigward, għalkemm id-digriet tar-rinviju mhuwiex partikolarment espliċitu, il-qorti adita semmiet, fost l-għanijiet li fuqhom kienu bbażati l-azzjonijiet kollettivi in kwistjoni, il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-ġlieda kontra d-dumping soċjali.

247. Dawn iż-żewġ għanijiet jistgħu jidhru li jmorru lil hinn mis-suġġett ta’ l-attivita ta’ organizzazzjoni sindakali, li huwa, bħala prinċipju, dak tad-difiża ta’ l-interessi professjonali tal-membri tagħha.

248. Madankollu, din iċ-ċirkustanza ma tistax twarrab il-possibbiltà li t-tnedija ta’ azzjonijiet kollettivi minn organizzazjonijiet sindakali tal-ħaddiema, bħal dawk in kwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jkunu fil-verità intiżi li jintlaħqu ż-żewġ għanijiet imsemmijin iktar ’il fuq, safejn, kif rajna preċedentement fir-rigward ta’ l-implementazzjoni tad-Direttiva 96/71 fid-dritt Żvediż, din kienet preċiżament il-metodu adottat mir-Renju ta’ l-Iżvezja sabiex jassigura li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, li kienu jaqgħu taħt l-oqsma previsti mill-imsemmija Direttiva u li kienu stabbiliti fil-ftehim kollettivi applikabbli de facto fit-territorju tiegħu għall-impriżi nazzjonali fis-settur tal-kostruzzjoni, ikunu jistgħu jiġu estiżi għall-fornituri ta’ servizzi barranin li jikkoloka temporanjament ħaddiema fl-imsemmi settur. F’¯kull każ, xejn ma jipprekludi li għanijiet bħal dawn jistgħu jiġu invokati minn persuni privati (94).

249. Madankollu, huwa magħruf, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fost l-eżiġenzi ewlenin ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi hemm kemm il-protezzjoni tal-ħaddiema kif ukoll il-ġlieda kontra d-dumping soċjali(95), eżiġenzi li fuqhom hija bbażata wkoll id-Direttiva 96/71(96).

250. Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk l-eżerċizzju tad-dritt għall-azzjoni kollettiva bl-iskop li fornitur ta’ servizzi barrani, diġà marbut minn ftehim kollettiv fl-Istat membru ta’ oriġini, jiġi mġiegħel jaċċetta l-kundizzjonijiet kollha ta’ ftehim kollettiv Żvediż, applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali ta’ l-istess settur ta’ attivitajiet, jistax jilħaq l-għanijiet persegwiti mingħajr ma jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan,

251. F’mod ġenerali, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 49 KE ma jistax jimponi obbligi fi ħdan organizzazzjonijiet sindakali li jkunu ta’ ħsara għall-essenza stess tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kolletiva(97) Din l-evalwazjoni għandha, fl-opinjoni tiegħi, tiġi estiża għas-sitwazzjoni fejn, kif jidher f’dan il-każ, id-dritt ta’ tnedija ta’ azzjoni kollettiva huwa permess mhux biss sabiex jiġu difiżi l-interessi tal-ħaddiema ta’ sindakat, iżda wkoll sabiex dan ta’ l-aħħar ikun jista’ jippersegwi għanijiet leġittimi rikonoxxuti mid-dritt Komunitarju, bħal protezzjoni tal-ħaddiema f’mod ġenerali u l-ġlieda kontra d-dumping soċjali fl-Istat Membru kkonċernat.

252. Madankollu, peress li dan id-dritt mhuwiex assolut, l-eżerċizzju tiegħu għandu jiġi rikonċiljat mal-eżiġenza ta’ interess ġenerali Komunitarju rappreżentata mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-Komunità.

253. F’dak li jirrigwarda t-tliet punti elenkati fil-punt 218 ta’ dawn il-konklużjonijiet u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrigwarda l-Artikolu 49 KE, il-ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-interessi kkonċernati jwassluni sabiex nagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin,

i)      Fuq il-proporzjonalità ta’ l-azzjonijiet kollettivi safejn dawn huma intiżi li jimponu r-rata ta’ paga ffissata skond il-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet.

254. L-ewwel nett, nikkunsidra li l-Artikolu 49 KE ma jipprekludix, bħala prinċipju, it-tnedija ta’ azzjonijiet kollettivi bl-iskop li fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru jiġi mġiegħel jaċċetta l-ħlas iffissat skond ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali li jinsabu f’sitwazzjoni simili fis-settur tal-kostruzjoni fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-imsemmi fornitur temporanjament jikkolloka ħaddiema.

255. L-ewwel nett, tali metodu huwa, ġeneralment, adegwat sabiex jintlaħqu l-għanijiet persegwiti minnha, peress li s-sempliċi theddida ta’ azzjoni kollettiva normalment tħeġġeġ lill min iħaddem jikkonkludi l-ftehim kollettiv li l-iffirmar tiegħu jkun mixtieq. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-indikazzjonijiet tal-Gvern Żvediż u mill-elementi ta’ l-inkartament, l-użu ta’ azzjonijiet kollettivi minħabba nuqqas ta’ ffirmar ta’ ftehim kollettiv huwa rari fl-Iżvezja.

256. Ċertament, għandu jiġi mfakkar li, f’dan il-każ, it-tnedija ta’ l-azzjonijiet kollettivi indirettament wasslet sabiex il-ħaddiema Latvjani jitilfu x-xogħol temporanju tagħhom f’dan l-Istat Membru.

257. Madankollu, kif ser jiġi osservat iktar ’il quddiem, ma naħsibx li din is-sitwazzjoni kienet strettament ir-riżultat tat-talbiet salarjali tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, iżda pjuttost, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-ftehim kollettiva ta’ Byggnadsarbetareförbundet li huma kienu qegħdin jippruvaw iġiegħlu lil Laval tiffirma, fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet kollettivi mnedija minnhom, u li din l-impriża kienet tqis bħala sproporzjonati.

258. Barra minn dan, l-eżerċizzju tad-dritt għal azzjoni kollettiva bl-iskop li fornitur ta’ servizzi jiġi mġiegħel jaċċetta rata ta’ paga pprattikata fis-settur ta’ attivitajiet in kwistjoni ta’ l-Istat Membru ospitanti jikkostitwixxi, bħala prinċipju, miżura inqas restrittiva milli l-assuġġettament awtomatiku għal rata ta’ paga simili, li mingħajr ma tkun rata ta’ paga minima, tkun iffissata minn leġiżlazzjoni nazzjonali, peress li din tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ negozjati ma l-organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema kompetenti, jilħaq ħlas li jieħu in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ spejjeż tiegħu, minajr ma tippermettilu madankollu li japplika rata ta’ paga li tkun inqas minn dik iffissata skond il-klawżola ta’ ripjieg tal-ftehim kollettiv.

259. Ċertament, sistema bħal din tista’ twassal għal riżultat imprevedibbli, jew saħansitra tippermetti li f’ċerti każijiet isiru talbiet salarjali li jistgħu eventwalment ikunu eċċessivi.

260. Madankollu, dawn iċ-ċirkustanzi huma inerenti għal sistema ta’ relazzjonijiet kollettivi tax-xogħol li hija bbażata u tiffavorixxi n-negozjazzjoni bejn l-imsieħba soċjali, u konsegwentement il-libertà kuntrattwali iktar milli l-intervent tal-leġiżlatur nazzjonali. Jiena ma naħsibx li, fl-istat attwali ta’ l-iżvilupp tiegħu, id-dritt Komunitarju jista’ jikkuntesta, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ waħda mil-libertajiet fundamentali ta’ moviment tat-Trattat, tali għażla ta’ organizzazzjoni soċjali.

261. Huwa minnu li, fiċ-ċirkustanzi tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, Laval kienet imġielgħa jew taċċetta l-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet jew inkella, kif kien il-każ, tirrifjuta li tiffirma tali ftehim kollettiv u finalment twaqqaf it-twettieq tax-xogħlijiet fuq ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Vaxholm, mingħajr ma setgħet hija stess tuża, per eżempju, il-lock out tal-ħaddiema.

262. Madankollu, nikkunsidra li l-fatt li jiġi aċċettat li f’sitwazzjoni bħal dik in kwistjoni min iħaddem ikollu d-dritt għall-użu ta’ tali metodu ma jagħmilx l-azzjonijiet kollettivi inqas restrittivi, peress li, f’mod partikolari, it-tewttieq tax-xogħol li għandu jsir xorta waħda jibqa’ interrott.

263. Fid-dawl ta’ dan kollu, mill-ġurisprudenza li tirrigwarda l-Artikolu 49 KE u l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tar-restrizzjonijiet magħmula fuq il-libertajiet li huwa jistabbilixxi mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri minħabba l-protezzjoni tal-ħaddiema, jirriżulta li l-estensjoni tar-rata ta’ paga (minima) prevista minn din il-leġiżlazzjoni, jew minn ftehim kollettiv iddikjarat bħala ta’ applikazzjoni ġenerali fi Stat Membru, għal kull persuna li twettaq xogħol bi ħlas, anke temporanjament, fit-territorju tiegħu hija possibbli sakemm jinstab li l-protezzjoni konferita minnha mhijiex iggarantita permezz ta’ obbligi identiċi jew essenzjalment paragunabbli għal dawk li l-impriża tkun diġà suġġetta għalihom fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita(98).

264. Għalhekk din il-ġurisprudenza teżiġi li l-Istati Membri ospitanti, f’mod partikolari l-leġiżlazzjoni tagħhom, jevalwaw l-ekwivalenza jew il-karattru essenzjalment paragunabbli tal-protezzjoni diġà offruta lill-ħaddiema kkollokati mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-ftehim kollettivi fl-Istat fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ servizzi, f’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-paga li tingħatalhom.

265. Kif ukoll jirriżulta mill-ġurisprudenza, dan il-paragun għandu jieħu in kunsiderazzjoni l-ammont gross tal-paga(99).

266. Fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali, u indipendentement mill-kwistjoni marbuta ma’ l-obbligu ta’ Laval li taċċetta l-kundizzjonijiet kollha previsti mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim ta’ annessjoni qabel il ftugħ ta’ negozjati fuq il-livell ta’ paga, għandu jiġi mfakkar li l-konvenuti fil-kawża prinċipali l-ewwel nett insistew li din l-impriża tħallas lill-ħaddiema Latvjani kkollokati temporanjament fl-Iżvezja l-paga medja mħallsa mill-impriżi fis-settur tal-kostruzzjoni fir-reġjun ta’ Stokkolma ta’ SEK 145 fis-siegħa (li tikkorrispondi għal madwar EUR 16 fis-siegħa), talba li setgħet tiġi nnegozjata, iżda li f’kas ta’ nuqqas ta’ ftehim Laval kienet tkun intitolata li tapplika rata ta’ paga ta’ SEK 109 fis-siegħa (li tikkorrispondi għal madwar EUR 12 fis-siegħa), skond kif kienet tipprovdi, fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, il-klawżola ta’ ripjieg tal ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet.

267. Jistgħu jsiru żewġ osservazzjonijiet fuq dawn l-elementi fattwali.

268. Minn naħa, għandu jiġi osservat li r-rata ta’ paga mitluba mill-konvenuti fil-kawża prinċipali mhijiex dik applikabbli għal kulħadd (fis-settur ta’ attivitajiet in kwistjoni) fit-territorju Żvediż, skond it-terminoloġija użata mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 263 iktar ’il fuq. Madankollu, ma naħsibx li, f’dan il-każ, din iċ-ċirkustanza hija determinanti, peress li jidher li quddiem il-qorti tar-rinviju mhuwiex ikkuntestat li din il-paga kienet rikjesta mill-impriżi kollha tas-settur ta’ attivitajiet fir-reġjun ta’ fejn kienu kkollokati l-ħaddiema Latvjani fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, li għalhekk kienu jinsabu f’sitwazzjoni simili għal dik ta’ Laval. Barra minn hekk, din iċ-ċirkustanza tidher li hija superata mill-fatt li Laval kellha l-possibbiltà prevista mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet innifsu, li topponi din it-talba salarjali.

269. Fil-fatt, u min-naħa l-oħra, miċ-ċirkustanzi tas-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta li, kif wara kollox ammettew il-konvenuti fil-kawża prinċipali fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, li kieku l-azzjonijiet kollettivi mnedija minnhom kellhom iwasslu sabiex Laval tiffirma l-ftehim ta’ annessjoni għall-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, Laval setgħet tara li n-negozjati fuq ir-rata ta’ paga medja jfallu u tapplika r-rata ta’ paga ta’ SEK 109 fis-siegħa, iffissata skond l-imsemmi ftehim.

270. Minn dan isegwi li, sakemm tali ħlas jikkostitwixxi l-paga gross, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tqabbilha ma dik li Laval kienet tħallas lill-ħaddiema Latvjani.

271. F’dan ir-rigward, għandu wkoll jiġi mfakkar li, kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, Laval kienet tħallas lill-impjegati tagħha paga fix-xahar ta’ madwar SEK 13 650 (jiġifieri madwar EUR 1500), ma liema kienu jiżdiedu diversi benefiċċji in genere.

272. Għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi, jekk il-qorti tar-rinviju jkollha tagħmel il-paragun bejn l-ammonti gross ta’ ħlas, u safejn il-ħlasijiet esposti hawn fuq jikkorrispondu effettivament ma’ l-ammonti gross tal-pagi, il-qorti adita għandha tivverifika jekk il-ħlas mogħti minn Laval kienx identiku jew essenzjalment paragunabbli ma dak stabbilit skond il-klawżola ta’ ripjieg tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, li kien applikabbli fiż-żmien ta’ meta seħħu l-fatti fil-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju għandha wkoll tivverifika li d-diversi vantaġġi in genere mogħtija minn Laval ma jikkonsistux benefiċji mogħrija bħala ħlas ta’ l-ispejjeż magħmula in konnessjoni mal-kollokament.

273. Jekk il-paga gross imħallsa minn Laval ma kinitx identika jew essenzjalment paragunabbli ma dik stabbilita skond il-kwalżola ta’ ripjieg tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, kif jiena għandi l-konvinzjoni iżda mhux iċ-ċertezza, wieħed ikun jista’, fl-opinjoni tiegħi, jikkonkludi li l-azzjonijiet kollettivi, safejn kienu intiżi li jimponu r-rata ta’ paga prevista mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, mhumiex sproporzjonati fid-dawl ta’ l-għan ta’ protezzjoni tal-ħaddiema u tal-ġlieda kontra d-dumping soċjali.

274. Għal kompletazza, nixtieq inżid li, bil-kontra ta’ dak li sostnew uħud mill-partijiet li intervjenew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fosthom Laval, tali evalwazzjoni ma tikkawżax dannu għall-aspett negattiv tal-libertà ta’ assoċjazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi jew tal-ħaddiema li huwa kkolloka, jiġifieri li wieħed ma jsirx, jew ma jibqax, membru ta’ sindakat(100), dritt li r-rispett tiegħu għandu, fl-opinjoni tiegħi, ukoll jigi assigurat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

275. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq Gustafsson vs L-Iżvezja, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ddeċidiet li r-Renju ta’ l-Iżvezja ma kienx naqas mill-obbligu li huwa għandu li jassigura d-drittijiet tar-rikorrenti, stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ l-ECHR, fis-sitwazzjoni fejn din il-persuna li tħaddem Żvediża fis-settur tar-ristorazzjoni kienet ġiet imġiegħla, wara azzjonijiet kollettivi, li ħadu l-forma ta’ imblokk u ta’ azzjoni ta’ solidarjeta mnedijin minn diversi organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema bl-iskop li jwassluh li jiffirma ftehim kollettiv, sabiex finalment twaqqaf l-attività tagħha f’dan is-settur. Fil-kunsiderazzjonijiet tagħha, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem prinċipalment enfasizzat li, minkejja l-pressjoni eżerċitata fuq ir-rikorrenti, dan ta’ l-aħħar ma kienx obbligat li jsir membru ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem firmatarji, iżda seta’ jagħżel li jiffirma l-ftehim ta’ annessjoni għall-ftehim kollettàv in kwistjoni, li kien jippermettilu li jinkludi klawżoli adatti għan-natura partikolari ta’ l-attivitajiet tiegħu u li ma kienx jidher li, mill-perspettiva ekonomika, kienu ser jippreżentaw inkonvenjenti li kellhom iwassluh sabiex isir membru ta’ sindakat ta’ min iħaddem(101).

276. Fl-opinjoni tiegħi, din hija wkoll is-sitwazzjoni ta’ Laval, peress li din ta’ l-aħħar qatt ma sostniet li l-iffirmar tal-ftehim ta’ annessjoni għall-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet kien jippreżenta inkonvenjenti ekonomiċi tali li kellhom iwassluha sabiex issir membru tas-sindakat Żvediż ta’ min iħaddem fis-settur tal-kostruzzjoni (Sveriges Byggindustrier).

277. Barra minn dan, lanqas ma jista’ jiġi validament sostnut li l-aspett negattiv tal-libertà ta’ assoċjazzjoni tal-ħaddiema Latvjani ġiet injorata, safejn, skond il-prinċipji applikabbli għar-relazzjonijiet kollettiv tax-xogħol fl-Iżvezja, il-persuna li tħaddem li tkun firmatarja ta’ ftehim ta’ annessjoni għandha tara li l-ħaddiema kollha li hija timpjega, indipendentement minn jekk dawn humiex membri ta’ organizzazzjoni sindakali firmatarja jew le, jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti mill-ftehim kollettiv in kwistjoni.

278. Wara din il-preċiżazzjoni, madakollu jista’ jkun possibbli li l-paragun tal-pagi gross, imsemmi fil-punti 272 u 273 hawn fuq, fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx meħtieġ fil-kawża prinċipali, minħabba ċ-ċirkustanza partikolari tas-sitwazzjoni in kwistjoni(102) li Laval, saħansitra qabel ma tkun tista’ tapplika r-rata ta’ paga ffissata skond il-klawżola ta’ ripjieg tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, kellha l-ewwel taċċetta l-kundizzjonijiet kollha previsti mill-imsemmi ftehim.

ii)    Fuq il-proporzjonalitá ta’ l-azzjonijiet kollettivi sa fejn dawn kienu intiżi għall-impożizzjoni tal-kundizzjonijiet kollha previsti mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet

279. Fil-fatt, u t-tieni nett, huwa r-rifjut ta’ Laval li taċċetta l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, li din l-impriża tikkunsidra bħala sproporzjonati, li wassal lill-konvenuti fil-kawża prinċipali (u ppermettielhom) li jniedu l-azzjonijiet kollettivi in kwistjoni. F’mod iktar speċifiku, li kieku Laval iffirmat il-ftehim ta’ annessjoni għall-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, din l-adeżjoni kienet tagħtiha l-benefiċċju tal-paċi soċjali, skond l-MBL, paċi soċjali li setgħet iktar ’il quddiem tippermettilha li tibda negozjati fuq ir-rata ta’ paga, skond id-dispożizzjonijiet previsti mill-imsemmi ftehim.

280. Issa, f’dan ir-rigward, jidhirli li l-fatt li l-istess possibbiltá li tiġi pprattikata rata ta’ paga speċifika tiġi suġġetta għall-iffirmar preliminari tal-kundizzjonijiet kollha previsti minn ftehim kollettiv li japplika de facto għall-impriżi ta’ l-istess settur ta’ attivitá f’sitwazzjoni simili li huma stabbiliti fl-Iżvezja, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-ħaddiema u l-prevenzjoni tad-dumping soċjali.

281. Din l-evalwazzjoni testendi, a fortiori, għas-sitwazzjoni fejn, bħal fil-każ tal-kawża prinċipali, l-impriża li tikkolloka ħaddiema, anke f’mod temporanji, fl-Istat Membru ospitanti tkun marbuta minn ftehim kollettiv legalment stipulat fi Stat Membru ieħor. Fil-fatt, f’sitwazzjoni bħal din, fl-opinjoni tiegħi, ikun kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalitá li fornitur ta’ servizzi ta’ Stat membru ieħor jiġi suġġett, inkluż wara azzjonijiet kollettivi mnedija skond id-dritt intern, kemm għal kundizzjonijiet li mhumiex intiżi li jintlaħqu l-għanijiet li għalihom it-teħid ta’ azzjonijiet kollettivi huwa ġġustifikat, kif ukoll għal kundizjonijiet li jtennu dawk li għalihom l-imsemmi fornitur huwa suġġett fl-istat membru fejn huwa stabbilit, f’mod partikolari abbażi tal-ftehim kollettiv konkluż fl-imsemmi Stat Membru.

282. Din il-pożizzjoni hija, fl-opinjoni tiegħi, konformi mal-ġurisprudenza li teżiġi, minn naħa, li l-kundizzjonijiet li jissuġġettaw il-provvista tas-servizz fil-kuntest ta’ kollokament temporanju ta’ ħaddiema, previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ospitanti, jikkostitwixxux, għall-ħaddiema kkonċernati, vantaġġ reali li jikkontribwixxi f’mod sinjifikattiv għall-protezzjoni soċjali tagħhom(103) u, min-naħa l-oħra, kif intqal preċedentement, li l-protezzjoni li tali kundizzjonijiet toffri ma tkunux diġá ggarantita permezz ta’ obbligi identiċi jew essenzjalment paragunabbli li għalihom il-fornitur ta’ servizzi jkun diġá suġġet fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.

283. Xejn ma jipprekludi li din il-ġurisprudenza tiġi estiża għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, il-limiti li din il-ġurisprudenza timponi fuq l-azzjonijet kollettivi mnedija fit-territorju ta’ Stat Membru skond id-dritt intern, ma jikkostitwixxux dannu sproporzjonat u intollerabbli għall-eżerċizzju tad-dritt li jsir użu mill-imsemmija azjonijiet li jkunu ta’ dannu għall-essenza stess tad-dritt protett (104).

284. Sabiex tevalwa l-karattru proporzjonat ta’ l-azzjonijiet kollettivi mnedija mill-konvenuti fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju, meta tkun qed teżamina l-kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet li kienu qegħdin jiġu imposti fuq Laval permezz ta’ l-azzjonijiet kollettivi, saħansitra qabel ma jinbdew negozjati fuq ir-rata ta’ paga applikabbli jew qabel ma tiġi applikata r-rata ffissata skond il-klawżola ta’ ripjieg ta’ l-imsemmi ftehim, hija għandha:

–        minn naħa f’dak li jirrigwarda eventwali kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg previsti mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet – li kif diġà rajna fl-espożizzjoni li tirrigwarda d-Direttiva 96/71, jirrigwardaw oqsma distinti minn dawk elenkati fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tagħha – tivverifika jekk, safejn dawn il-kundizzjonijiet huma previsti minn dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku fir-Renju ta’ l-Iżvezja, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(10) ta’ l-imsemmija Direttiva, l-assuġġettament ta’ Laval għal dawn il-kundizzjonijiet marx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet intiżi mill-azzjonijiet kollettivi in kwistjoni;

–        min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet l-oħra previsti mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet jikkostitwixxux vantaġġ reali li jikkontribwixxi, f’mod sinjifikattiv, għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkollokati u li dawn ma jtennux eventwali protezzjoni identika jew essenzjalment paragunabbli offerta lilhom mil-leġiżlazzjoni u/jew minn ftehim kollettiv applikabbli għal Laval fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

285. F’dan ir-rigward jidhirli li huwa opportun li nagħmel xi osservazzjonijiet fuq uħud mill-kundizzjonijiet previsti mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, li l-partijiet iddibatew fit-tul quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri kontribuzzjonijiet li kienu jirrigwardaw premji ta’ assigurazzjoni li għandhom jitħallsu minn min iħaddem, ħlasijiet, imsejħa “ħlasijiet addizzjonali”, li għandhom isiru minn min iħaddem lil diversi korpi Żvediżi kif ukoll kummissjoni mħallsa minn min iħaddem lil Byggnadsarbetareförbundet intiża bħala ħlas ta’ l-attivita ta’ kontroll tal-pagi mwettqa mis-sezzjonijiet lokali ta’ dan is-sindakat.

286. L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda l-ewwel kontribuzzjonijiet, mill-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali kif ukoll mir-risposti tagħhom għal mistoqsijiet bil-miktub magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dawn il-kontribuzzjonijiet jinkludu ħames assigurazzjonijiet, li għandhom isiru ma kumpannija Żvediża, li kienu jammontaw għal total, fiż-żmien ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, ta’ 5,9 % tal-paga. F’mod iktar speċifiku, dawn kienu jikkonsistu rispettivament minn assigurazzjoni kollettiva ta’ grupp imsejħa “AGS”, li tiggarantixxi assistenza fil-każ ta’ mard, assigurazzjoni addizjonali għall-irtirar, imsejħa “SAF-LO”, li minna jista’ jibbenefika ħaddiem f’effett mill-eta ta’ 55 sena, assigurazzjoni msejħa “AGB” li tipprovvdi assistenza f’każ ta’ qagħad, assigurazzjoni ta’ grupp fuq il-ħajja msejħa “TGL”, li tiggarantixxi għajnuna finanzjarja lil eredi fil-każ ta’ mewt ta’ ħaddiem u assigurazzjoni li tkopri l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, imsejħa “TFA”. Il-premjijiet ta’ assigurazzjoni AGS u SAF-LO msemmija iktar ’il fuq kienu jirrappreżentaw rispettivament 1,2 % u 4,2 % tal-paga, jiġifieri 5,4 % ta’ din ta’ l-aħħar. Il-premjijiet tat-tliet assigurazzjonijiet l-oħra kienu jirrapprezentaw total ta’ 0,5 % tal-paga.

287. Għandu jiġi osservat li, kemm quddiem il-qorti tar-rinviju kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Laval iddikjarat li hija fermament kontra l-obbligu li tidħol għall-ewwel żewġ assigurazzjonijiet. F’dak li jirrigwarda l-ewwel waħda, l-oppożizzjoni tagħha hija bbażata fuq il-fatt li l-ammissabbiltá tal-benefiċju ta’ l-AGS għal impjegat hija suġġetta għal kundizzjoni li jsir dħul li jagħti dritt għall-assigurazjoni tal-mard fis-sens tal-liġi Żvediża fuq l-assigurazzjonijiet soċjali [lagen (1962 :381 om allmän försäkring], filwaqt li mid-dritt Komunmitarju jirriżulta li l-ħaddiem temporanjament ikkollokat fit-territorju ta’ Stat Membru jżomm il-parteċipazzjoni tiegħu fis-sistema ta’ sigurtá soċjali ta’ l-Istat Membru ta’ fejn huwa residenti. F’dak li jirrigwarda t-tieni, Laval għandha dubji dwar l-utilitá tagħha għall-ħaddiema kkollokati peress li l-assistenza li tagħti dritt għaliha assigurazzjoni bħal din teħtieġ, minn naħa, li l-impjegat jilħaq l-eta ta’ 55 sena u għalhekk, ġeneralment, terminu ta’ skadenza remot ħafna u li timplika, min-naħa l-oħra, amministrazzjoni attiva fil-metodu ta’ amministrazzjoni tal-kapital li tista’ toħloq diversi problemi pratiċi u finanzjarji, inkluża l-amministrazzjoni kollettiva tal-fondi f’diversi Stati Membri. Barra minn dan, Laval enfasizzat li s-sistemi addizzjonali ta’ rtirar mix-xogħol huma espliċitament esklużi mir-rata ta’ paga minima prevista mill-ewwel paragrafu ta’l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 96/71.

288. Dawn l-argumenti jolqtuni, f’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-Assigurazzjoni AGS, safejn l-interpretazzjoni tal-liġi Żvediża fuq l-assigurazzjonijiet soċjali, kif proposta minn Laval, hija korretta, interpretazzjoni li ma ġietx ikkontestata mill-konvenuti fil-kawża prinċipali, iżda hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.

289. Fil-fatt, kif tfakkar il-wieħed u għoxrin premessa tad-Direttiva 96/71, ir-Regolament Nru 1408/71 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli f’dak li jirrigwarda benefiċċji u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ l-impjegati li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunitá, li fl-Artikolu 14(1)(a) tiegħu jipprovdi, skond il-prinċipju ta’ l-uniċitá tal-leġiżlazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, li impjegat ta’ Stat Membru li jiġi temporanjament ikkollokat mill-impriża tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perijodu prestabbilit li ma jaqbiżx tnax-il xahar jaqa’ taħt il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sigurtà soċjali ta’ l-ewwel Stat Membru(105).

290. Għaldaqstant, bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-liġi Żvediża fuq l-assigurazzjoni soċjali, jiena ta’ l-opinjoni li l-konvenuti fil-kawża prinċipali ma setgħux jeżiġu li Laval, fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet kollettivi li huma nedew, li din l-impriża taċċetta l-assigurazzjoni AGS prevista mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet.

291. Ma jidhirlix li din l-evalwazzjoni hija kkontestata mill-argument, espost mill-konvenuti fil-kawża prinċipali fir-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja, ibbażati fuq iċ-ċirkustanza li Laval setgħet titlob li tiġi eżentata mill-ħlas tal-premjijiet AGS. Fil-fatt, mhux biss talli jidher li tali possibbiltá kienet eskluża fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, iżda talli kienet, f’kull każ, tidher li hija bbażata fuq prinċipju li jmur kontra l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 li kien jipprovdi għall-applikazzjoni tal-liġi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem normalment iwettaq l-attività mħallsa tiegħu għall-ħaddiema kkollokati f’mod temporanju fi Stat Membru ieħor għal tul ta’ żmien ta’ mhux iktar minn tnax-il xahar.

292. F’dak li jirrigwarda t-tliet premji l-oħra ta’ assigurazzjoni, nixtieq sempliċement nosserva li huwa minn ta’ l-inqas kurjuż li jinġabru l-premijiet AGB sabiex ikopru r-riskju ta’ qgħad, peress li, per definizzjoni, il-ħaddiema kkollokati m’għandhomx l-intenzjoni li jidħlu fis-suq tax-xogħol ta’ l-Istat membru ospitanti.

293. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-assigurazzjonijiet li kienu rikjesti min-naħa ta’ Laval jikkorrispondux mal-kriterji esposti fil-punt 284 iktar ’il fuq.

294. It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-kontribuzzjonijiet imsejħa “ħlasijiet addizzjonali”, nixtieq nosserva li, skond l-ispjegazzjonijiet mhux ikkuntestati li ġew ipprovduti mill-konvenuti fil-kawża prinċipali fir-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-kontribuzzjonijiet jammontaw għal 0,8 tal-paga mħallsa minn min iħaddem. Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu mħallsa lill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni Żvediża favur diversi benefiċjarji, skond l-iskema ta’ tqassim li ġejja: madwar 0,4 % kienu jitħallsu lill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni Żvediża li tiggarantixxi assigurazzjoni fuq il-ħajja u li tipprovdi għall-eredi tal-ħaddiem u assigurazzjoni li tkopri l-inċidenti li jseħħu barra mill-ħin tax-xogħol; madwar 0.3 % kienu jmorru ġewwa fondi għar-riċerka ta’ l-impriżi Żvediżi tal-kostruzzjoni [Svenska Byggbranschens Utvecklingsfond (SBUF)] bħala għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp tas-settur tal-kostruzzjoni u ta’ processi ġodda fis-settur; madwar 0,03 kienu jmorru favur kumpannija Żvediża inkarigata mill-adattazzjoni tal-postijiet tax-xogħol għal persuni f’mobilità ridotta u r-riedukazzjoni ta’ dawn il-persuni; madwar 0,04 kienu jissusidjaw it-tħarriġ professjonali u l-promozzjoni ta’ l-iżvilupp tiegħu fis-settur tal-kostruzzjoni; fl-aħħar nett, 0,02 kienu jiffinanzjaw l-ispejjeż ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni magħmulin mill-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni Żvediża msemmija iktar ’il fuq inkarigata mill-ħlas, lill-benefiċjarji rispettivi, ta’ l-erba’ kontribuzzjonijiet imsemmija hawn fuq.

295. Issa, fl-opinjoni tiegħi, uħud mill-kontribuzzjonijiet rikjesti minn Laval fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet kollettivi mnedija mill-konvenuti fil-kawża prinċiplai, f’mod partikolari dawk li jissusidjaw is-SBUF, it-tħarriġ professjonali fis-settur tal-kostruzzjoni u l-adattazzjoni tal-post tax-xogħol għal persuni f’mobilità ridotta, ma jippreżentaw la l-ebda konnessjoni mal-protezzjoni tal-ħaddiema u lanqas l-ebda vantaġġ reali li jikkontribwixxi, f’mod sinjifikattiv, għal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkollokati.

296. It-tielet nett, f’dak li jirrigwarda l-kummissjoni għall-kontroll tal-pagi mħallsa lis-sezzjoni lokali ta’ Byggnadsarbetareförbundet, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mir-risposti tal-konvenuti fil-kawża prinċipali għal-mistoqsijiet bil-miktub magħmulin mill-Qorti tal-Ġustizzja, din il-kummissjoni, li kienet tirrappreżenta 1,5 % tal-paga tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni għal kull perijodu ta’ kontroll, tissodisfa diversi għanijiet li l-ewwel wieħed fosthom huwa li jiġi vverifikat jekk min iħaddem iħallasx il-paga mifthema bejn l-imsieħba soċjali, fid-dawl, f’mod partikolari, tal-karatteristiċi partikolari tas-settur tal-kostruzzjoni fejn kienet teżisti mobilità kbira ta’ ħaddiema u forom varji ta’ pagi. Il-kontroll tal-pagi jsir bejn kull erba’ u tmien ġimgħat abbażi ta’ listi ta’ ismijiet li min iħaddem jipprovdi lis-sezzjonijiet lokali ta’ Byggnadsarbetareförbundet. Skond il-konvenuti fil-kawżi prinċipali, dan il-kontroll perjodiku kien ippermetta li jiżdiedu l-pagi ta’ diversi mijiet ta’ ħaddiema, inklużi ta’ ħaddiema mhux membri ta’ sindakat, wara żidiet fis-sena tal-pagi miftehma iżda mhux imħallsa minn min iħaddem. Barra mill-verifikazzjoni konkreta tal-ħlasijiet tal-pagi, dan il-kontroll kien jippermetti wkoll li jiġu stabbiliti l-istatistiċi li jservu bħala bażi għan-negozjati kollettivi ma’ l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem. Il-konvenuti fil-kawża prinċipali enfasizzaw ukoll li l-attivitá ta’ kontroll għamlet telf kunsiderevoli fil-perijodu ta’ bejn l-2001 u l-2005 u li l-ammonti mħallsa minn min iħaddem kienu jikkostitwixxu l-ħlas ta’ xogħol reali li kien ta’ benefiċju għall-ħaddiema, indipendentement minn jekk humiex membri ta’ organizzazzjoni sindakali jew le.

297. F’mod ġenerali, fl-opinjoni tiegħi kontroll bħal dak previst mill-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet jikkostitwixxi kundizzjoni intrinsikament marbuta ma’ l-applikazzjoni tar-rata ta’ paga ffissata skond l-imsemmi ftehim. Għaldaqstant, jekk jiġi aċċettat il-prinċipju li jgħid li l-Artikolu 49 KE ma jipprekludix li organizzazzjonijiet sindakali jistgħu jimponu, permezz ta’ azzjonijiet kollettivi, fuq fornitur ta’ servizzi barrani l-applikazzjoni ta’ rata ta’ paga, iffissata skond ftehim kollettiv applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali ta’ l-istess settur ta’ attivitajiet li jinsabu f’sitwazzjoni simili, id-dritt Komunitarju għandu jiggarantixxi lill-dawn l-organizzazzjonijiet il-possibbiltá li jaraw li dawn ir-regoli jiġu rispettati permezz ta’ mezzi adegwati.

298. Għalhekk jibqa’ l-kwistjoni ta’ jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-assuġġettament ta’ Laval għal-ħlas tal-kummissjoni għall-kontroll tal-pagi lis-settur sindakali lokali tal-Byggnadsarbetareförbundet, imurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi assigurat li l-ħaddiema kkollokati jirċevu l-paga li kienet ġiet iffissata skond il-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet.

299. Għalkemm tali evalwazzjoni hija relattivament ipotetika u, fid-dawl ta’ l-osservazzjonijiet li jiena għamilt iktar ’il fuq, mhijiex strettament neċessarja sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni fil-kawża prinċipali, madankollu xorta waħda jistgħu jsiru xi kunsiderazzjonijiet ġenerali.

300. Fl-opinjoni tiegħi, tali kummissjoni tista’ tinġabar biss għal kontrolli realment imwettqa. Dan jimplika, fid-dawl tal-karattru temporanju tal-perijodu ta’ kollokament tal-ħaddiema u ta’ l-għan persegwit mill-attivitá ta’ kontroll tal-pagi, li l-kontrolli għandhom ikunu jistgħu jitwettqu matul l-imsemmi perijodu, u għalhekk jippermetti li r-riżultati tiegħu jikkontribwixxu, f’mod sinjifikattiv, għall-protezzjoni tal-ħaddiema kkollokati.

301. Kummissjoni bħal din għandha għalhekk tirrifletti wkoll l-ispejjeż reali ta’ l-attivitá ta’ kontroll tal-pagi u mhux isservi sabiex jiġu ffinanzjati attivitajiet sindakali li mhumiex relatati ma dan il-għan. Fil-fatt, jekk dan ma jkunx il-każ, ikun hemm ir-riskju, f’mod partikolari fl-ipoteżi fejn il-kummissjoni tiġi mnaqqsa mill-paga tal-ħaddiema kkollokati, skond id-dispożizzjonijiet previsti mill-ftehim kollettiv, ta’ interferenza kemm fl-aspett negattiv tal-libertá ta’ assoċjazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema, kif ukoll, minn ta’ l-anqas, fil-libertá li jiddisponu mill-paga tagħhom, u għalhekk jiġu mċaħħda mill-propjetá tagħhom, fis-sens ta’ l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 ta’ l-ECHR.

302. Issa, f’dan ir-rigward, nixtieq nosserva li tali interferenza ġiet reċentement ikkonstatata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sentenza Evaldsson et vs l-Iżvezja, fir-rigward ta’ tnaqqis magħmul minn persuna li timpjega Żvediża mill-paga ta’ ħaddiema li ma kinux membri tas-sindakat Byggnadsarbetareförbundet sabiex jiġi ffinanzjat il-kontroll tal-pagi miftihem skond il-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, f’kuntest fejn in-nuqqas ta’ trasparenza suffiċjenti fil-kontijiet tas-sezzjoni sindakali lokali ta’ Byggnadsarbetareförbundet kien jeskludi, fiż-żmien meta seħħew il-fatti in kwistjoni, li l-imsemmija ħaddiema jkunu informati bid-destinazzjoni tat-tnaqqis magħmul mill-paga tagħhom, u f’dan il-mod ma kellhomx il-possibbiltá li jivverifikaw jekk dan it-tnaqqis kienx qiegħed jiffinanzja attivitajiet sindakali distinti minn dawk li jirrigwardaw il-kontroll tal-pagi, li kien imur kontra l-konvinzjonijiet tagħhom(106).

303. Għalhekk il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li l-interferenza fit-tgawdija paċifika tal-propjetá ta’ l-imsemmija ħaddiema kienet sproporzjonata fir-rigward ta’ l-għan, rikonoxxut bħala ta’ interess ġenerali, tal-protezzjoni tal-ħaddiema tas-settur tal-kostruzzjoni f’sens wiesgħa, persegwit permezz tal-kontroll tal-pagi mwettaq mill-organizzazzjoni sindakali in kwistjoni, interferenza li r-Renju ta’ l-Iżvezja kellu jwaqqaf sabiex jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema kkonċernati, ibbażati fuq l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 ta’ l-ECHR(107).

304. F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju għandha, fl-opinjoni tiegħi, tieħu wkoll in kunsiderazzjoni din il-ġurisprudenza, safejn hija tikkunsidra li s-soluzzjoni tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali tiddependi wkoll fuq l-eżami tal-proporzjonalitá ta’ l-assuġġettament ta’ Laval għal ħlas ta’ kummissjoni għall-kontroll tal-pagi, obbligu li kellu jiġi impost fuq Laval abbażi tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, ftehim li l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu qegħdin jippruvaw iġiegħlu lil Laval tiffirma fil-kuntest ta’ l-azzjonijiet kollettivi li huma nedew.

305. Fl-aħħar nett, għall-kompletezza f’dak li jirrigwarda l-problema tal-proporzjonalitá tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-azzjonijiet kollettivi in kwistjoni f’din il-kawża, jiena ma naħsibx li, fil-kuntest ta’ l-eżami li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel f’dan ir-rigward – inkluż fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tal-karattru fondat ta’ l-azzjoni għal responsabbiltà mressqa minn Laval kontra organizzazzjonijiet sindakali tal-ħaddiema fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali – hija għandha titratta lill-konvenuti fil-kawża prinċipali f’mod differenti billi tiddistingwi bejn, minn naħa, Byggnadsarbetareförbundet u s-sezzjoni sindakali lokali, li nedew l-imblokk, u, min-naħa l-oħra, SEF, li għamlet l-azzjoni ta’ solidarjetá.

306. Fil-fatt, għalkemm kienet din l-aħħar azzjoni li wasslet għall-interruzjoni tax-xogħlijiet fuq ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Vaxholm u kkontribwiet prinċipalment sabiex Laval ittemm il-kollokament tal-ħaddiema Latvjani f’dan ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li, legalment, din l-azzjoni kienet neċessarjament subbordinata għat-tnedija ta’ l-imblokk.

307. Fid-dawl ta’ dawn ir-raġunijiet kollha, jiena nikkunsidra li, f’sitwazzjoni fejn Stat Membru ma jkollux sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, id-Direttiva 96/71 u l-Artikolu 49 KE ma jipprekludux li organizzazzjonijiet sindakali jippruvaw, permezz ta’ azzjonijiet kollettivi fil-forma ta’ imblokki u azzjonijiet ta’ solidarjetà, iġiegħlu fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru ieħor jaċċetta rata ta’ paga, iffissata skond ftehim ta’ annessjoni għal ftehim kollettiv, applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali ta’ l-istess settur ta’ attivitajiet li jinsabu f’sitwazzjoni simili, konkluż fl-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu temporanjament ikkollokati ħaddiema ta’¯ l-Istat Membru l-ieħor, sakemm l-azzjonijiet kollettivi jkunu motivati minn għanijiet ta’ interess ġenerali, bħal protezzjoni tal-ħaddiema u l-ġlieda kontra d-dumping soċjali, u ma jkunux eżerċitati f’mod sproporzjonat fid-dawl tat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet. Fil-kuntest ta’ l-eżami tal-proporzjonalitá ta’ l-azzjonijiet kollettivi, il-qorti tar-rinviju għandha f’mod partikolari tivverifika jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, previsti mill-ftehim kollettiv in kwistjoni fil-kawża prinċipali, u li fuqhom l-organizzazzjonijiet sindakali kienu jibbażaw l-applikazzjoni tar-rata ta’ paga msemmija iktar ’il fuq, kinux konformi ma l-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 u jekk il-kundizzjonijiet l-oħra, li fuqhom ukoll kienet tiddependi l-applikazzjoni tar-rata ta’ paga, jikkostitwixxux vantaġġ reali li jikkontribwixxi, f’mod sinjifikattiv, għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kollokati u ma jtennux eventwali protezzjoni identika jew essenzjalment paragunabbli mogħtija lil dawn il-ħaddiema mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-ftehim kollettiv applikabbli għall-fornitur ta’ servizzi fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.

VI – Konklużjonijiet

308. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha magħmulin iktar ’il fuq, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti r-risposta li ġejja għad-domandi preliminari magħmula mill-Arbetsdomstolen:

“F’sitwazzjoni fejn Stat Membru ma jkollux sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali tal-ftehim kollettivi, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ provvista ta’ servizzi u l-Artikolu 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li organizzazzjonijiet sindakali jippruvaw, permezz ta’ azzjonijiet kollettivi fil-forma ta’ imblokki u azzjonijiet ta’ solidarjetá, iġiegħlu fornitur ta’ servizzi ta’ Stat Membru ieħor jaċċetta rata ta’ paga, iffissata skond ftehim ta’ annessjoni għal ftehim kollettiv, applikabbli de facto għall-impriżi nazzjonali ta’ l-istess settur ta’ attivitajiet li jinsabu f’sitwazzjoni simili, konkluż fl-ewwel Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu temporanjament ikkollokati ħaddiema ta’¯ l-Istat Membru l-ieħor, sakemm l-azzjonijiet kollettivi jkunu motivati minn għanijiet ta’ interess ġenerali, bħal protezzjoni tal-ħaddiema u l-ġlieda kontra d-dumping soċjali, u ma jkunux eżerċitati f’mod sproporzjonat fid-dawl tat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet.

Fil-kuntest ta’ l-eżami tal-proporzjonalitá ta’ l-azzjonijiet kollettivi, il-qorti tar-rinviju għandha f’mod partikolari tivverifika jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-impjieg, previsti mill-ftehim kollettiv in kwistjoni fil-kwistjoni fil-kawża prinċipali, u li fuqhom l-organizzazzjonijiet sindakali kienu jibbażaw l-applikazzjoni tar-rata ta’ paga msemmija iktar ’il fuq, kinux konformi ma l-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 imsemmija iktar ’il fuq, u jekk il-kundizzjonijiet l-oħra, li fuqhom ukoll kienet tiddependi l-applikazzjoni tar-rata ta’ paga, jikkostitwixxux vantaġġ reali li jikkontribwixxi, f’mod sinjifikattiv, għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkollokati u ma jtennux eventwali protezzjoni identika jew essenzjalment paragunabbli mogħtija lil dawn il-ħaddiema mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-ftehim kollettiv applikabbli għall-fornitur ta’ servizzi fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit.”


1 – Lingwa oriġinali: il-Franċiż.


2 – ĠU L 18, 1997, p. 1.


3 – ĠU L 266, p. 1.


4 – ĠU L 149, p. 2.


5 – L-Artikolu 23 tal-MBL jiddefinixxi ftehim kollettiv bħala ftehim bil-miktub bejn organizzazzjoni ta’ min iħaddem jew min iħaddem u organizzazzjoni tal-ħaddiema, dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew dwar ir-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-ħaddiema.


6 – AD 1989 : 120. Il-kawża kienet tirrigwarda l-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-ekwipaġġ ta’ bastiment li jġorr il-containers irreġistrat taħt bandiera barranija u li kien jismu “Britannia”.


7 - Skond l-informazzjoni pprovduta minn Byggnadsarbetareförbundet, hija għandha 128 000 membru li minnhom 95 000 huma f’eta tajba għax-xogħol. Byggnadsarbetareförbundet tirrappreżenta iktar minn 87 % tal-ħaddiema tas-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja. Din hija magħmula minn 31 sezzjoni sindakali lokali. Byggnadsarbetareförbundet hija membru tal-konfederazzjoni nazzjonali ta’ l-organizzazzjonijiet sindakali Żvediżi (Landsorganisationen i Sverige, iktar ’il quddiem “LO”), li tiġbor fi ħdanha madwar 1 860 000 ħaddiem.


8 – Jiġifieri madwar EUR 16 fis-siegħa, abbażi tar-rata medja tal-kambju bejn l-Euro u l-Krona Żvediża li kienet tikkorrispondi, għall-2004, għal EUR 1 = SEK 9,10.


9 – Il-ftehim kollettiv in kwistjoni huwa strutturat f’tali mod li l-ħlas jikkorrispondi għal-livell medju tal-ħlas għall-kostruzzjoni, min iħaddem u s-sezzjoni lokali kkonċernati jistgħu madankollu jiftehmu fuq l-applikazzjoni ta’ ħlas fis-siegħa.


10 – Jiġifieri madwar EUR 12 fis-siegħa. Skond l-idikazzjonijiet tal-konvenuta fil-kawża prinċipali, il-klawżola ta’ ripjieg tinsab fil-punt 12 ta’ l-Artikolu 3(c) tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet, il-paga basi ta’ SEK 109 tinsab fil-protokoll addizzjonali ta’ din il-konvenzjoni, applikabbli fl-2004.


11 – Skond l-inkartament, din l-organizzazzjoni sindakali għandha 26 500 membru. L-istess bħal Byggnadsarbetareförbundet din hija membru tal-LO.


12 – Ara b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-sentenzi tat-28 ta’ April 1998, Kohll (C 158/96, Ġabra p. I-1931, punti 17 sa 21); tat-12 ta’ Lulju 2001, Smits u Peerbooms (C 157/99, Ġabra p. I-5473, punti 44 sa 46) u tat-23 ta’ Ottubru 2003, Inizan (C 56/01, Ġabra p. I-12403, punt 17). Din id-dikjarazzjoni hija relatata ma dik użata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda l-fiskalità diretta: ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ta’ l-14 ta’ Frar 1995, Schumacker (C 279/93, Ġabra p. I-225, punt 21), u ta’ l-14 ta’ Novembru 2006, Kerckhaert et Morres (C 513/04, Ġabra p. I‑10967, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata).


13 – Skond l-Artikolu 3(1)(j) tat-Trattat, l-azzjoni tal-Komunità tinkludi “politika fil-qasam soċjali […]”, filwaqt li t-Titolu XI tat-Trattat juża l-espressjoni “politika soċjali”.


14 – Ara wkoll f’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 117 KE, is-sentenza tas-17 ta’ Marzu 1993, Firma Sloman Neptun (C-72/91 u C-73/91, Ġabra p. I-887, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata), li tippreċiża li “dan l-Artikolu jirrigwarda biss oġġettivi soċjali li l-implementazzjoni tagħhom għandha tkun ir-riżultat ta’ l-azzjoni tal-Komunità, tal-kollabborazzjoni stretta bejn l-Istati Membri u tal-funzjonament tas-suq komuni”.


15 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2005, Alliance for Natural Health et (C-154/04 u C-155/04, Ġabra p. I-6451, punt 126), f’dak li jirrigwarda dritt ta’ propjetà. Ara wkoll il-punt 133 tal-konklużjonijiet konġunti ta’ l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawżi Albany (sentenza tal-21 ta’ Settembru 1999, C-67/96, Ġabra p. I-5751), Brentjens, (sentenza tal-21 ta’ Settembru 1999, C-115/97, C-116/97 u C-117/97, Ġabra p. I-6025) u Drijvende Bokken (sentenza tal-21 ta’ Settembru 1999, C-219/97, Ġabra p. I-6121).


16 – Ara, per eżempju, is-sentenzi tat-18 ta’ Ġunju 1991 ERT (C-260/89, Ġabra p. I-2925, punt 41); tas-6 ta’ Marzu 2001, Connolly vs Il-Kummissjoni (C-274/99 P, Ġabra p. I-1611, punt 37), u tat-18 ta’ Jannar 2007, PKK u KNK vs Il-Kunsill (C 229/05 P, Ġabra p. I‑439, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata).


17 – Sentenzi tal-15 ta’ Ġunju 1978, Defrenne (149/77, Ġabra p. 1365, punt 28), dwar il-kwalità tad-dritt fundamentali ta’ l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess; tat-2 ta’ Frar 1988, Blaizot et (24/86, Ġabra p. 379, punt 17). fir-rigward ta’ l-Artikolu 10 ta’ dik il-karta li tinkludi t-tagħlim universitarju fost id-diversi forom ta’ tagħlim professjonali; tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill (G-540/03, Ġabra p. I-5769, punt 107); fir-rigward tar-referenza li ssir għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, p. 12), li tghid li dan mhuwiex ta’ ħsara għad-dispożizzjonijiet iktar favorevoli previsti mill-Karta Socjali Ewropea.


18 – Sentenzi tas-26 ta’ Ġunju 2001, BECTU (C-173/99, Ġabra p. I-4881, punt 39); tad-9 ta’ Settembru 2003, Jaeger (C-151/02, Ġabra p. I-8389, punt 47), u tal-5 ta’ Ottubru 2004, Pfeiffer et (C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835, punt 91) fir-rigward tal-paragrafu 8 u l-ewwel inċiż tal-paragrafu 19 ta’ din il-Karta, imfakkra fl-erbatax-il premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar ċerti aspetti ta’ l-amministrazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 307, p. 18).


19 – ĠU C 364, p. 1.


20 – Sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, (punt 38).


21 – Ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Scmidt u Dahlström vs l-Iżvezja, tas-6 ta’ Frar 1976, Serje A Nru 21, punt 34).


22 – Ara Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi Sigurður A. Sigurjónsson vs L-Iżlanda, tat 30 ta’ Ġunju 1993, Serje A Nru 264, punt 35 ; Gustafsson vs L-Iżvezja, tal-25 ta’ April 1996, Ġabra tas-sentenzi u deċiżjonijiet 1996-II, p. 637, punt 45, u Sørensen u Rasmussen vs Id-Danimarka, tal-11 ta’ Jannar 2006, għadha ma ġietx ippubblikata, punt 54.


23 – Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Gustafsson vs L-Iżvezja, punt 45, u Sørensen u Rasmussen vs Id-Danimarka, punt 57.


24 – Ara Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenzi Sindakat nazzjonali tal-Puluzija Belġjana vs Il-Belġju, tas-27 ta’ Ottubru 1975, Serje A Nru 19, punt 39 ; Sindakat Żvediż tal-kondutturi tal-lokomottivi vs l-Iżvezja, tas-6 ta’ Frar 1976, Serje A Nru 20, punt 4 ; Scmidt u Dahlström vs l-Isvezja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36 ; Gustafsson vs L-Iżvezja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 45, u Wilson, National Union of Journalists et vs Ir-Renju Unit, tat-2 ta’ Lulju 2002, Ġabra tas-sentenzi u deċiżjonijiet 2002-V, punt 42.


25 – Ara s-sentenza Schmidt u Dahlström vs L-Iżvezja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36.


26 – Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Sindakat Żvediż tal-kondutturi tal-lokomottivi vs l-Iżvezja, punt 39, u Gustafsson vs L-Iżvezja, punt 45.


27 – Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Sindakat nazzjonali tal-Pulużija Belġjana vs Il-Belġju, punt 39, u Sindakat Żvediż tal-kondutturi tal-lokomottivi vs l-Iżvezja, punt 39.


28 – Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Sindakat nazzjonali tal-Puluzija Belġjana vs Il-Belġju, punt 39 ; Sindakat Żvediż tal-kondutturi tal-lokomottivi vs l-Iżvezja, punt 40, u Wilson, National Union of Journalists et vs Ir-Renju Unit, punt 42.


29 – Idem.


30 – Artikolu 38 tal-Karta Soċjali Ewropea.


31 – Ara l-Artikolu 10(3) tal-Liġi Fundamentali Ġermaniża; l-Artikolu 49(1) tal-Kostituzzjoni Bulgara ; l-Artikolu 21(2) tat-tieni parti ta’ l-Anness D tal-Kostituzzjoni Ċipriotta ; l-Artikolu 29 tal-Kostituzzjoni Estona ; l-Artikolu 13 tal-Kostituzzjoni Finlandiża ; il-preambolu tal-Kostituzzjoni Franċiża ; l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 40(6)(iii) tal-Kostituzzjoni Irlandiża ; l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni Taljana ; l-Artikolu 59(1) tal-Kostituzzjoni Pollaka ; l-Artikolu 55(1) tal-Kostituzzjoni Portugiża ; l-Artikolu 40(1) tal-Kostituzzjoni Rumena ; l-Artikolu 29 tal-Kostituzzjoni Slovakka, u l-Artikolu 76 tal-Kostituzzjoni Slovena.


32 – Ara l-Artikolu 9(3) tal-Liġi Fundamentali Ġermaniża; l-Artikolu 37(2) tal-Kostituzzjoni Spanjola ; il-preambolu tal-Kostituzzjoni Franċiża; l-Artikolu 59(3) tal-Kostituzzjoni Pollakka; l-Artikolu 56 tal-Kostituzzjoni Portugiża u l-Artikolu 17 tal-Kapitolu 2 tal-Liġi Fundamentali Żvediża.


33 – Ara l-Artikolu 50 tal-Kostituzzjoni Bulgara; l-Artikolu 27(1) tat-tieni parti ta’ l-Anness D tal-Kostituzzjoni Ċipriotta ; l-Artikolu 29 tal-Kostituzzjoni Estona ; il-preambolu tal-Kostituzzjoni Franċiża; l-Artikolu 23(2) tal-Kostituzzjoni Griega; l-Artikolu 70(2) tal-Kostituzzjoni Ungeriża; l-Artikolu 40 tal-Kostituzzjoni Taljana; l-Artikolu 108 tal-Kostituzzjoni Latvjana; l-Artikolu 51 tal-Kostituzzjoni Litwana; l-Artikolu 59(3) tal-Kostituzzjoni Pollakka; l-Artikolu 57(1) tal-Kostituzzjoni Portugiża; l-Artikolu 43(1) tal-Kostituzzjoni Rumena; l-Artikolu 30(4) tal-Kostituzzjoni Slovakka; l-Artikolu 77 tal-Kostituzzjoni Slovena.


34 – Ara wkoll u f’dan is-sens, il-punt 159 tal-konklużjonijiet konġunti ta’ l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawżi Albany, Brentjens’ u Drijvende Bokken, iċċitati iktar ’il fuq.


35 – Sentenzi tat-8 ta’ Ottubru 1974, Union Syndicale et vs Il-Kunsill (175/73, Ġabra p. 971, punt 14), u Syndicat général du personnel des organismes européens vs Il-Kummissjoni (18/74, Ġabra p. 933, punt 10), u ta’ l-10 ta’ Jannar 1990, Maurissen u Union Syndicale vs Il-Qorti ta’ l-Awdituri (C-193/87 u C-194/87, Ġabra p. I-95, punt 13).


36 – Kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 6(4) tal-Karta Soċjali Ewropea. Ara wkoll, f’dan ir-rigward, Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Schmidt u Dahlström vs l-Iżvezja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36.


37 – Ara ; b’mod partikolari, Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Gustafsson vs L-Iżvezja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 45. Il-Qorti tal-Ġustizzja tuża wkoll tali kriterju: ara, f’mod partikolari, is-sentenza tat-12 ta’ Ġunju 2003, Schmidberger (C-112/00, Ġabra p. I‑5659, punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata).


38 – Fil-fatt, f’mod partikolari, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara, f’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Gustafsson vs L-Iżvezja, punt 45, u Wilson, National Union of Journalists et vs Ir-Renju Unit, punt 41), l-Artikolu 11 ta’ l-ECHR jista’ jimplika l-obbligu pożittiv, min-naħa ta’ l-Istat, li tiġi assigurata t-tgawdija effettiva tad-dritt li huwa jistabbilixxi.


39 – Ara f’dan is-sens, il-punt 177 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fis-26 ta’ Ottubru 2006 fil-kawżi Gestoras Pro Amnistía et vs Il-Kunsill (sentenza tas-27 ta’ Frar 2007, C-354/04 P, Ġabra p. I‑1579).


40 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punti 76, 77 u 81).


41 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta’ Jannar 1998, Schöning- Kougebetopoulou (C‑15/96, Ġabra p. I-47, punt 12); ta’ l-24 ta’ Settembru 1998, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑35/97, Ġabra p. I-5325, punti 36 u 37), u tas-16 ta’ Settembru 2004, Merida (C-400/02, Ġabra p. I-8471, punti 19 u 21).


42 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-31 ta’ Mejju 1995, Royal Copenhagen (C-400/93, Ġabra p. I-1275, punt 45), u tas-26 ta’ Ġunju 2001, Brunnhofer (C-381/99, Ġabra p. I-4961, punti 28 sa 32).


43 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-12 ta’ April 2005, Keller (C-145/03, Ġabra p. I 2529, punt 33), u tal-11 ta’ Lulju 2006, Chacón Navas (C-13/05, Ġabra p. I-6467, punt 32).


44 – Ara s-sentenzi tas-7 ta’ Settembru 1999, Beck u Bergdorf (C-355/97, Ġabra p. I-4977, punt 22); tas-16 ta’ Ġunju 2005, Pupino (C-105/03, Ġabra p. I-5285, punt 30), u Chacón Navas, iċċitata iktar ’il fuq (punt 33).


45 – Att dwar l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja u dwar l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 2003, p. 33).


46 – Skond l-Artikolu 1 ta’ l-Att ta’ adeżjoni ta’ l-2003, il-kliem “Trattati oriġinali” għandu jfisser: a) it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-enerġija atomika (Euratom), kif miżjuda jew emendati permezz ta’ Trattati jew atti oħra li daħlu fis-seħħ qabel l-imsemmija adeżjoni, u b) it-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, kif miżjud jew emendat permezz ta’ Trattati jew atti oħra li daħlu fis-seħħ qabel l-imsemmija adeżjoni.


47 – ĠU L 257, p. 2.


48 – Għandu jiġi osservat li din l-ewwel fażi ta’ miżuri tranżitorji kienet applikabbli għal-tmienja mill-għaxar membri, barra Malta u Ċipru, li aderixxew ma’ l-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004.


49 – Ara, fir-rigward ta’ l-istat ta’ liberalizzazzjoni tas-swieq tax-xogħol fil-ħmistax-il pajjiżi l-qodma tal-Komunità matul u fit-tmiem ta’ l-ewwel fażi tal-miżuri tranżitorji, l-indikazzjonijiet li jidru fil-komunikat stampa tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2006 “Miżuri tranżitorji għall-moviment liberu tal-ħaddiema previsti fit-Trattat ta’ adeżjoni ta’ l-2003” (Memo/06/176), http://www.europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/06/176&format=HTML&aged=1&language=FR&guiLanguage=fr.


50 – Kif jiġi enfasizzat fil-punt 12 ta’ l-Anness VIII msemmi iktar ’il fuq.


51 – Sentenza tas-27 ta’ Marzu 1990, (C‑113/89, Ġabra p. I‑1417, punti 13 u 16).


52 – Fil-fatt, kif indikajt iktar ’il fuq, skond l-elementi ta’ l-inkartament, il-ħaddiema kollha kkollokati minn Laval marru lura l-Latvja wara l-azzjonijiet imnedija mill-konvenuti fil-kawża prinċipali.


53 – Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat-23 ta’ Novembru 1999, Arblade et (C-369/96 u C-376/96, Ġabra p. I-8453, punt 32).


54 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ta’ l-4 ta’ Mejju 1999, Sürül (C-262/96, Ġabra p. I-2685, punt 64); tat-28 ta’ Ottubru 1999, Vestergaard (C-55/98, Ġabra p. I-7641, punt 16); tas-26 ta’ Ġunju 2003, Skandia u Ramstedt (C-422/01, Ġabra p. I-6817, punt 61), u tas-16 ta’ Frar 2006, Öberg (C-185/04, Ġabra p. I-1453, punt 25).


55 – Sentenzi Vestergaard, iċċitata iktar ’il fuq (punt 17), u tal-11 ta’ Diċembru 2003, AMOK (C-289/02, Ġabra p. I-15059, punt 26); ara, ukoll, Skandia u Ramstedt, iċċitata iktar ’il fuq (punti 61 u 62).


56 – Dan japplika għal Laval, il-Gvernijiet Ġermaniż, Awstrijakk, Belġjan, Estonu, Franċiż, Iżlandiż, Latvjan, Litwan (li jipproponu risposta globali għaż-żewġ domandi) u Pollakk, kif ukoll il-Gvernijiet Spanjol u Irlandiż li madankollu l-osservazzjonijiet tagħhom huma limitati għall-ewwel domanda preliminari.


57 – Dan japplika, b’mod (partikolarment) sussidjarju, għall-konvenuti fil-kawża prinċipali (li jipproponu risposta globali għaż-żewġ domandi), għal-Gvernijiet Daniż (li jeżamina biss l-ewwel domanda preliminari), Finlandiż (li ma jesponix ir-risposta li għandha tingħata għaż-żewġ domandi), Żvediż, Ċek u għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, li madankollu rrispondiet biss l-ewwel domanda preliminari.


58 – Sentenzi tas-26 ta’ Frar 1986, Marshall (152/84, Ġabra p. 723, punt 48); ta’ l-14 ta’ Lulju 1994, Faccini Dori (C-91/92, Ġabra p. I-3325, punt 20); tas-7 ta’ Jannar 2004, Wells (C 201/02, Ġabra p. I-723, punt 56); Pfeiffer et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 108); tal-25 ta’ Ottubru 2005, Schulte (C 350/03, Ġabra p. I-9215, punt 70). Dan ir-rifjut huwa, f’kull każ, għad-Direttivi msejħa “klassiċi”, min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat, eċċezzjonalment, li persuna li tibbaża ruħha fuq regola teknika ta’ Stat Membru li ma ġiex innotifilkat lill-Kummissjoni, fl-istadju ta’ abbozz, skond il-proċeduri previsti mill-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi (ĠU L 109, p. 8), modifikata u abrogata permezz tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU L 204, p. 37), li l-għan tagħha huwa li tipprevjeni eventwali restrizzjonijiet futuri għall-moviment liberu tal-merkanzija, tista’ tiġi affaċjata, fil-kuntest ta’ kawża kontra persuna privata oħra, mill-motiv ta’ nuqqas ta’ notifika minn dan l-Istat Membru ta’ l-imsemmija regola teknika: ara s-sentenzi tat-30 ta’ April 1996, CIA Security International (C-194/94, Ġabra p. I-2201, punti 48, 54 u 55); tas-26 ta’ Settembru 2000, Unilever (C-443/98, Ġabra p. I-7535, punti 49 u 50), u tas-6 ta’ Ġunju 2002, Sapod Audic (C-159/00, Ġabra p. I-5031, punti 49 u 50).


59 – Kuntrarjament għas-sitwazzjoni ta’ l-awtoritajiet territorjali deċentralizzati ta’ l-Istati Membri, li fil-konfront tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li direttiva tista’ tiġi direttament ikkontestata minn individwu: ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-22 ta’ Ġunju 1989, Fratelli Costanzo (103/88, Ġabra p. 1839, punt 31), u ta’ l-4 ta’ Diċembru 1997, Kampelmann (C‑253/96, C‑254/96, C‑255/96, C‑256/96, C‑257/96 u C‑258/96, Ġabra p. I‑6907 punt 46).


60 – Għalhekk, kuntrarjament għas-sitwazzjoni li kien hemm fil-kwistjoni li tat lok għas-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1990, Foster et (C-188/89, Ġabra p. I-3313, punti 20 u 22). Ara wkoll, is-sentenzi ta’ l-14 ta’ Settembru 2000, Collino u Chiappero (C-343/98, Ġabra p. I-6659, punt 23); ta’ l-20 ta’ Marzu 2003, Kutz-Bauer (C-187/00, Ġabra p. I-2741, punt 69), u ta’ l-10 ta’ Marzu 2005, Nikoloudi (C-196/02, Ġabra p. I-1789, punt 70).


61 – Ara, f’mod partikolari, is-sentenzi Pfeiffer et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 113), u ta’ l-4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et (C-212/04, Ġabra p. I-6057, punt 108).


62 – Ara f’dan is-sens is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Pfeiffer et (punti 114, 115, 116, 118 u 119) u Adeneler et (punti 108, 109 u 111)


63 – Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Pupino (punti 44 u 47) u Adeneler et (punt 110)


64 – In-natura sussidjarja ta’ din il-premesa fil-fatt tirriżulta miċ-ċirkustanza li d-dritt Komunitarju, inkluż, għalhekk, id-dritt prinċipali, ma jistax jaffettwa l-essenza stess tad-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva. Dan il-limitu għalhek neċessarjament jestendi għad-dritt derivat.


65 – Sentenzi Rush Portuguesa, iċċitata iktar ’il fuq (punt 18) ; tas-27 ta’ Marzu 1990, Rush Portuguesa (C‑113/89, Ġabra p. I‑1417, punt 18); tal-21 ta’ Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-445/03, Ġabra p. I‑10191, punt 29); tad-19 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-244/04, Ġabra p. I‑885, punti 44 u 61), u tal-21 ta’ Settembru 2006, Il-Kummissjoni vs l-Awstrija (C-168/04, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 47). Għandu jiġi osservat li dawn is-sentenzi, kif ukoll it-tnax-il premessa tad-Direttiva 96/71, jippermettu l-prinċipju ta’ l-estensjoni tal-ftehim kollettivi in ġenerali għas-sitwazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi, filwaqt li l-motivi ta’ sentenzi preċedenti u kontemporanji jirrigwardaw biss l-estensjoni tar-rata ta’ paga minima prevista mill-Istat Membru ospitanti. Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-3 ta’ Frar 1982, Seco (62 u 63/81, Ġabra p. 223, punt 14); u tad-9 ta’ Awwissu 1994, Vander Elst (C‑43/93, Ġabra p. I‑3803, punt 23); Arblade et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 41), u ta’ l-14 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-341/02, Ġabra p. I‑2733, punt 24).


66 – Ara, wkoll f’dan is-sens, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 tal-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Léger fil-kwistjoni li tat lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, iċċitata iktar ’il fuq, kif ukoll il-punt 27 tal-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer ippreżentati fl-14 ta’ Diċembru 2006 fil-kawża C‑490/04, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-490/04, attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustixxja).


67 – Ara, f’dan ir-rigward is-sentenza ta’ l-14 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punti 41u 42).


68 – Ara, b’analoġija, mal-moviment liberu tal-merkanzija: is-sentenza tal-25 ta’ Marzu 2004, Karner (C‑71/02, Ġabra p. I‑3025, punti 33 u 34).


69 – Sentenza tat-12 ta’ Ottubru 2004, Wolff & Müller (C‑60/03, Ġabra p. I‑9553, punti 28 sa 30).


70 – Ara sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 1974, Walrave u Koch (36/74, Ġabra p. 1405, punti 17, 18, 23 u 24); ta’ l-14 ta’ Lulju 1976, Donà (13/76, Ġabra p. 1333, punti 17 u 18); tal-11 ta’ April 2000, Deliège (C‑51/96 u C‑191/97, Ġabra p. I‑2549, punt 47), tat-13 ta’ April 2000, Lehtonen u Castors Braine (C‑176/96, Ġabra p. I‑2681, punt 35), tad-19 ta’ Frar 2002, Wouters et (C‑309/99, Ġabra p. I‑1577, punt 120), u tat-18 ta’ Lulju 2006, Meca-Medina u Majcen vs Il-Kummissjoni (C‑519/04 P, Ġabra p. I‑6991, punt 24).


71 – Ara sentenza Walrave u Koch, iċċitata iktar ’il fuq (punt 19).


72 – Idem.


73 – Ara, b’mod partikolari, R. Fahlbeck, Labour and Employment Law in Sweden, Acta Societatis Juridicae Lundensis nº 125, Juristförlaget i Lund, Lund, 1997, p. 27; M. Rönnmar, “Mechanisms for establishing and changing terms and conditions of employment in Sweden”, f’ JILPT Comparative Labour Law Seminar, JILPT Report, nº 1, 2004, p. 96; N, Bruun, u J. Malmberg, “Ten Years within the EU – Labour Law in Sweden and Finland following EU accession”, N. Wahl, u P. Cramér, Swedish Studies in European Law, Hart, Oxford, 2006, p. 79 sa 81, u J.E.Dølvik, u L. Eldring, The Nordic Labour Market two years after the EU enlargement, TemaNord 2006:558, Norden, Copenhague, 2006, p. 24.


74 – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-implementazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE fl-Istati Membri [COM (2003) 458 finali].


75 – Korsiv miżjud


76 – Ara b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Rush Portuguesa (punt 18) u Vander Elst (punt 23).


77 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-30 ta’ Jannar 1985, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (143/83, Ġabra p. 427, punti 8 u 9); ta’ l-10 ta’ Lulju 1986, Il-Kummissjoni vs L-Italja (235/84, Ġabra p. 2291, punt 20), u tat-8 ta’ Lulju 1999, Fernández de Bobadilla (C‑234/97, Ġabra p. I‑4773, punt 19).


78 – Sentenza Fernández de Bobadilla, iċċitata iktar ’il fuq (punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).


79 – Ara wkoll l-artikli ta’ M. Röonmar, iċċitati iktar ’il fuq, p. 98 u ta’ J. Malberg, “The Collective Agreement as an Istrument for Regulation of Wages and Employment Conditions”, Scandinavian Studies in Law, vol. 43, 2002, Stockholm, p. 208.


80 – Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza ta’ l-14 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 26), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jirregolaw ir-rata ta’ paga minima fit-territorju nazzjonali hija fakultattiva. Ara wkoll id-dikjarazzjoni Nru 5 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, annessa mall-minuti tal-Kunsill fl-okkażjoni ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 96/71 (dokument 1004/96 add. 1, 20 ta’ Settembru 1996).


81 – Ara, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-17 ta’ Diċembru 1981, Webb (279/80, Ġabra p. 3305, punt 16); ta’ l-10 Lulju 1991, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑294/89, Ġabra p. I‑3591, punt 26), u tal-5 ta’ Marzu 2001, Mazzoleni u ISA (C‑165/98, Ġabra p. I‑2189, punt 23).


82 – Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Arblade et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 31). F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddefiniet il-kunċett ta’ liġi ta’ ordni pubbliku bħala li tapplika għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-osservanza tagħhom ġiet iddikjarata kruċjali għas-salvagwardja ta’ l-organizzazzjoni politika, soċjali u ekonomika ta’ l-Istat Membru kkonċernat, sal-punt li r-rispett tagħhom għandu jiġi impost fuq kull persuna li tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fuq kull relazzjoni ġuridika f’dak l-Istat (punt 30).


83 – Fuq il-klawżola ta’ ripjieg, ara l-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


84 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Vander Elst, iċċitata iktar ’il fuq (punt 14); Arblade et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 33); ta’ l-24 ta’ Jannar 2002, Portugaia Construções (C‑164/99, Ġabra p. I‑787, punt 16), u Wolff & Muller, iċċitata iktar ’il fuq (punt 31).


85 – Sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Portugaia Construções (punt 18) u Wolff & Muller (punt 32).


86 – Ara, f’dan ir-rigward, il-pożizzjoni mhux ċara tas-sentenza Walrave u Koch, iċċitata iktar ’il fuq (punt 34).


87 – Sentenza iċċitata iktar ’il fuq (punti 60 sa 69).


88 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punt 122).


89 – Sentenza Meca-Medina u Majcen vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 29).


90 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-25 ta’ Lulju 1991, Säger (C-76/90, Ġabra p. I-4221, punt 13); tal-25 ta’ Ottubru 2001, Finalarte et (C‑49/98, C‑50/98, C‑52/98 sa C‑54/98 u C‑68/98 sa C‑71/98, Ġabra p. I‑7831, punt 29), u Portugaia Construções, iċċitata iktar ’il fuq (punt 17).


91 – Ara s-sentenza Portugaia Construções, iċċitata iktar ’il fuq (punti 21 sa 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).


92 – Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Arblade et (punti 34 u 35), Portugaia Construções (punt 19), Wolff & Muller (punt 34), u L-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (punt 21).


93 – Sentenza Schmidberger, iċċitata iktar ’il fuq (punti 66 sa 68).


94 – Ara, f’dan is-sens, fir-rigward ta’ l-invokazzjoni ta’ ġustifikazzjonijiet ibbażati duq l-ordni pubbliku, is-sigurta pubblika u s-saħħa pubblika, is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 1995, Bosman (C‑415/93, Ġabra p. I‑4921, punt 86).


95 – Ara, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-ħaddiema, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Arblade et (punt 36), Finalarte et (punt 33), Portugaia Construções (punt 20), u Wolff & Muller (punt 35). F’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra d-dumping soċjali, ara s-sentenza tad-19 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 61).


96 – Ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 u s-sentenza tad-19 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 61).


97 – Ara l-kunsiderazzjonijiet tiegħi fl-osservazzjonijiet preliminari iktar ’il fuq kif ukoll, b’mod partikolari, is-sentenza Schmidberger, iċċitata iktar ’il fuq (punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata).


98 – Sentenzi tat-28 ta’ Marzu 1996, Guiot (C-272/94, Ġabra p. I-1905, punti 16 u 17); Arblade et, iċċitata iktar ’il fuq (punt 51); Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq (punt 29), u tad-19 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 44).


99 – Ara s-sentenza ta’ l-14 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 29). Għandu jiġi osservat li fis-sentenza Mazzoleni u ISA, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet sabiex il-qorti tar-rinviju tieħu in kunsiderazzjoni l-paga netta fil-paragun tagħha tal-kundizzjonijiet salarjali, iżda din il-pożizzjoni tispjega ruħha, fl-opinjoni tiegħi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ħafna tal-kwistjoni mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, peress li din kienet tirrigwarda impriża stabbilita f’reġjun fruntaljier fejn uħud mill-impjegati setgħu jiġu mħeġġa, għal finijiet ta’ servizzi pprovduti mill-impriża, sabiex jagħmlu, fuq bażi part time u għal perijodi qosra, parti mix-xogħol tagħhom fit-territorju limitrofu ta’ Stat Membru ieħor li ma kienx dak ta’ fejn kienet stabbilita l-impriża.


100 – Fuq dan l-aspett ta’ libertà ta’ assoċjazzjoni, ara l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 70 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


101 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq (punt 52).


102 – Fil-fatt, mir-risposti tal-konvenuti fil-kawża prinċipali għall-mistoqsijiet bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-prattika li tikkonsisti f’li l-applikazzjoni tar-rata tal-paga, prevista jew iffissata skond ftehim kollettiv, tiġi suġġetta għall-adeżjoni ta’ min iħaddem għall-kundizzjonijiet kollha previsti mill-imsemmi ftehim kollettiv, ma tikkostitwixxix karatterisitika tal-mudell Żvediż tar-relazzjonijiet kollettivi tax-xogħol, iżda hija aspett speċifiku tal-ftehim kollettiv ta’ Byggnadsarbetareförbundet.


103 – Ara s-sentenza Wolff & Muller, iċċitata iktar ’il fuq (punt 38).


104 – Ara s sentenza Schmidberger, iċċitata iktar ’il fuq (punt 80).


105 – Ara, f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1408/71, is-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2006, Herbosch Kiere (C‑2/05, Ġabra p. I‑1079).


106 – Sentenza tat-13 ta’ Frar, li għadha mhux ippubblikata, punti 8, 61 u 62.


107 – Idem (punti 54, 55 u 63).