Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (qorti suprema) (il-Finlandja) fis-17 ta’ Frar 2017 – Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy vs Abnormal Load Services (International) Limited

(Kawża C-88/17)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus (qorti suprema)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy

Konvenuta: Abnormal Load Services (International) Limited

Domanda preliminari

Il-post(ijiet) tal-provvista ta’ servizzi fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 1 kif għandhom jiġu ddeterminati fil-każ ta’ kuntratt li jirrigwarda t-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri u t-trasport huwa kompost minn partijiet differenti li għalihom jintużaw modi differenti ta’ trasport?

____________

1  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4 p. 42).