Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta' Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) - ir-Renju Unit) - Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc. vs The secretary of State for Energy and Climate Change

(Kawża C-366/10)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjoni ta' gassijiet serra - Direttiva 2008/101/KE - Inklużjoni tal-attivitajiet bl-ajru f'din l-iskema - Validità - Konvenzjoni ta' Chicago - Protokoll ta' Kyoto - Ftehim ta' trasport bl-ajru UE-Stati Uniti - Prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju - Effetti legali - Invokabbiltà - Extraterritorjalità tad-dritt tal-Unjoni - Kunċetti ta' 'ħlas' u ta' 'taxxa')

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Air Transport Association of America, American Airlines, Inc., Continental Airlines, Inc., United Airlines, Inc.

Konvenut: The secretary of State for Energy and Climate Change

Fil-preżenza ta': International Air Transport Association (IATA), National Airlines Council of Canada (NACC), Aviation Environment Federation, WWF-UK, European Federation for Transport and Environment, Environmental Defense Fund, Earthjustice

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) - Validità tad-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta' Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, p. 3) - Invokabbiltà ta' ċerti regoli u/jew dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali

Dispożittiv

Fost il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali msemmija mill-qorti tar-rinviju, jistgħu jiġu invokati biss, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali u għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-validità tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE:

-    minn naħa, għal stħarriġ biss tal-iżball manifest ta' evalwazzjoni imputabbli lill-Unjoni fir-riward tal-kompetenza tagħha, fid-dawl ta' dawn il-prinċipji, sabiex tadotta din id-direttiva:

-    il-prinċipju li jgħid li kull Stat għandu sovranità sħiħa u esklużiva fuq l-ispazju tal-ajru tiegħu;

-    il-prinċipju li jgħid li l-ebda Stat ma jista' leġittimament jippretendi li jissottometti xi parti tal-ibħra internazzjonali għas-sovranità tiegħu, u

il-prinċipju li jiggarantixxi t-titjir liberu fuq l-ibħra internazzjonali,

min-naħa l-oħra ;

-    l-Artikoli 7 u 11(1) u (2)(c) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, konkluż fil-25 u fit-30 ta' April 2007, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tiegħu, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, emendat bil-Protokoll, kif ukoll

-    l-Artikolu 15(3) tal-imsemmi ftehim, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3(4) tiegħu.

2)    L-eżami tad-Direttiva 2008/101 ma wera l-ebda elementi tali li jaffettwaw il-validità tagħha.

____________

1 - ĠU C 260, 25.09.2010.