Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fid-9 ta' Frar 2010 - Ugo Cifone vs Giudice delle indagini preliminari del Tribunale di Trani

(Kawża C-77/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ugo Cifone

Domanda preliminari

Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 KE dwar il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat iċċitati iktar 'il fuq jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju favur l-Istat u sistema ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta' numru determinat ta' liċenzji, tipprovdi: a) l-eżistenza ta' tendenza ġenerali li tipproteġi persuni li għandhom liċenzji li nħarġu preċedentement abbażi ta' proċedura li illegalment eskludiet operaturi oħra; b) il-preżenza ta' dispożizzjonijiet li fil-fatt jiggarantixxu ż-żamma ta' pożizzjonijiet kummerċjali li nkisbu permezz ta' proċedura li illegalment eskludiet ċerti operaturi (pereżempju, billi pprekludiet li persuni liċenzjati ġodda jinstallaw il-kjosk minn tal-inqas f'distanza speċifika minn dawk li diġà jeżistu); u ċ) l-iffissar ta' sitwazzjonijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta' depożiti ta' garanzija ta' ammonti kbar, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata direttament jew indirettament topera attivitajiet ta' logħob tal-ażżard transkonfinali simili għal dawk tal-liċenzja?

____________