Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - FIFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/07) 1

("Xandir bit-televiżjoni - Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE - Miżuri adottati mir-Renju tal-Belġju li jirrigwardaw l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà Belġjana - Tazza tad-dinja tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni - Artikoli 43 KE u 49 KE - Dritt ta' proprjetà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment R. Denton, E. Batchelor, F. Young, solicitors, u A. Barav, avukat, sussegwentement E. Batchelor, A. Barav, D. Reymond, avukat, u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u N. Yerrell, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u L. Maya, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, A. Berenboom u A. Joachimowicz, avukati); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti); u Ir-Renju tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, E. Jenkinson u L. Seeboruth, aġenti, assistiti inizjalment minn T. de la Mare, sussegwentement minn B. Kennelly, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/479/KE, tal-25 ta' Ġunju 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Belġju skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 180, p. 24)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 315, 22.12.2007