Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-1 ta’ April 2015 – SIA “Private Equity Insurance Group” vs AS “Swedbank”

(Kawża C-156/15)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Private Equity Insurance Group”

Konvenuta: AS “Swedbank”

Domandi preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/47/KE 1 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, eżaminat fid-dawl tal-premessi 1 u 4 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss il-kontijiet li jintużaw għar-regolarizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli jew li japplika għal kwalunkwe kont miftuħ f’bank, inkluż kont kurrenti li ma jintużax għar-regolarizzazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli?

L-Artikoli 3 u 8 tad-Direttiva 2002/47/KE, eżaminati fid-dawl tal-premessi 3 u 5 ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din tal-aħħar għandha bħala għan li tiggarantixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu trattament prijoritarju partikolarment favorevoli fil-każ ta’ falliment tal-klijenti tagħhom, u b’mod iktar speċifiku, meta mqabbla ma’ kredituri oħra ta’ dawn il-klijenti, bħall-ħaddiema fir-rigward ta’ krediti ta’ salarju, bħall-Istat fir-rigward ta’ krediti fiskali u bħall-kredituri li għandhom privileġġ fuq il-bażi ta’ garanzija li tibbenefika minn awtentiċità li tirriżulta minn reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku?L-Artikolu 1(2)(e) tad-Direttiva 2002/47/KE għandu jitqies li huwa dispożizzjoni ta’ armonizzazzjoni minima jew sħiħa, jiġifieri, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lil Stat Membru jestendi din id-dispożizzjoni għal persuni li huma espliċitament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva?L-Artikolu 1(2)(e) tad-Direttiva 2002/47/KE huwa dispożizzjoni direttament applikabbli?Fil-każ li l-għan u l-portata tad-Direttiva 2002/47/KE ikunu iktar limitati mill-għan u mill-portata effettivi tal-liġi nazzjonali, li l-adozzjoni tagħha kienet formalment iġġustifikata mill-obbligu li tiġi trasposta d-direttiva, huwa possibbli li jsir użu mill-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva sabiex tiġi ddikjarata invalida klawżola finanzjarja kollaterali bbażata fuq id-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali?