Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

(Kawża C-152/15)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

Konvenuti: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

Domandi preliminari

Garanzija bankarja, intiża għall-kisba ta’ ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni, tista’ tiġi implementata bin-nuqqas ta’ osservanza ta’ “rekwiżiti oħra”, li jkunu ġew ivverifikati biss permezz ta’ miżuri ta’ kontroll, imwettqa wara li seħħew l-esportazzjoni u l-iżdoganament tal-merkanzija rispettiva?Jew, bil-kontra, din il-garanzija tista’ tiġi implementata bin-nuqqas ta’ “rekwiżiti oħra” li ġew ivverifikati biss wara tali żdoganament?