Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Conseils et mise en relations (CMR) SARL vs Demeures terre et tradition SARL

(Kawża C-645/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Conseils et mise en relations (CMR) SARL

Konvenuta: Demeures terre et tradition SARL

Domanda preliminari

L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom 1 , japplika meta t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali sseħħ matul il-perijodu ta’ prova previst f’dan il-kuntratt?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.