Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Ítélőtábla – l-Ungerija) – Ilona Baradics et vs QBE Insurance (Europe) Ltd Magyarországi Fióktelepe, Magyar Állam

(Kawża C-430/13)1

(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż u tours kollox kompriż – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-perċentwali minimi għall-garanzija li għandu jkollu organizzatur ta’ vjaġġi bil-għan li jkun jista’ jirrimborsa l-fondi mħallsa mill-konsumaturi fil-każ ta’ insolvenza)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ilona Baradics, Adrienn Bóta, Éva Emberné Stál, Lászlóné György, Sándor Halász, Zita Harászi, Zsanett Hideg, Katalin Holtsuk, Gábor Jancsó, Mária Katona, Gergely Kézdi, László Korpás, Ferencné Kovács, Viola Kőrösi, Tamás Kuzsel, Attila Lajtai, Zsolt Lőrincz, Ákos Nagy, Attiláné Papp, Zsuzsanna Peller, Ágnes Petkovics, László Pongó, Zsolt Porpáczy, Zsuzsanna Rávai, László Román, Zsolt Schneck, Mihály Szabó, Péter Szabó, Zoltán Szalai, Erika Szemeréné Radó, Zsuzsanna Szigeti, Nikolett Szőke, Péter Tóth, Zsófia Várkonyi, Mónika Veress

Konvenuti: QBE Insurance (Europe) Ltd Magyarországi Fióktelepe, Magyar Állam

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Fővárosi Ítélőtábla - Interpretazzjoni tal-Artikoli 7 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) - Konsumaturi li jkunu kkonkludew, ma’ organizzatur ta’ vjaġġi, kuntratti ta’ vjaġġ li permezz tagħhom għamlu ħlasijiet minn qabel u, f’ċerti każijiet, ħallsu l-prezz sħiħ tal-vjaġġ - Organizzatur ta’ vjaġġ li sar insolventi qabel il-bidu tal-vjaġġi tal-imsemmija konsumaturi - Kompatibbiltà mal-imsemmija direttiva ta’ leġiżazzjoni nazzjonali li tiffissa perċentwali minimi għall-garanzija li organizzatur ta’ vjaġġi għandu jalloka sabiex jirrimborsa l-flus iddepożitati mill-konsumaturi fil-każ ta’ insolvenza

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li l-modalitajiet tagħha ma jwasslux għar-riżultat li jiġu effettivament iggarantiti fir-rigward tal-konsumatur kemm ir-rimbors tal-fondi kollha li huwa jkun ħallas kif ukoll ir-ripatrijazzjoni tiegħu fil-każ ta’ insolvenza tal-organizzatur tal-vjaġġi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża ppreżentata qudddiemha.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/314 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma għandu l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni dwar il-portata tar-riskji li għandhom ikunu koperti mill-garanzija dovuta mill-organizzatur jew mill-bejjiegħ bl-imnut tal-vjaġġi lill-konsumatur. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverfika jekk il-kriterji stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat għall-iffissar tal-ammont tal-imsemmija garanzija għandhomx l-għan jew l-effett li jillimitaw il-portata tar-riskji li din tal-aħħar għandha tkopri, u jekk ikun il-każ dawn il-kriterji jkunu manifestament inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-imsemmija direttiva u jkunu jikkostitwixxu ksur suffiċjentement ikkaratterizzat tad-dritt tal-Unjoni li, b’riżerva għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta, jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

____________

1  ĠU C 344, 23.11.2013