Language of document : ECLI:EU:C:2012:662

Kawża C‑557/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Portugiża

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 5(3) — Impriżi ta’ trasport ferrovjarju — Indipendenza amministrattiva — Deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u x-xiri proprji — Artikolu 7(3) — Għoti ta’ finanzjament lill-amministratur tal-infrastruttura — Direttiva 2001/14/KE — Artikolu 6(1) — Bilanċ fil-kontijiet — Kundizzjonijiet xierqa — Traspożizzjoni inkompleta”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012

1.        Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata — Ċaħda tat-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri sakemm jiġu adottati miżuri li jistgħu jiżguraw il-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni

(Artikolu 258 TFUE)

2.        Trasport — Politika komuni — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Impriżi ta’ trasport ferrovjarju — Indipendenza amministrattiva — Obbligu li jiġu pprivatizzati l-ferroviji — Assenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta deċiżjonijiet individwali tal-imsemmija impriżi għall-approvazzjoni tal-gvern — Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 91/440, Artikoli 3, 4(1) u 5(3); Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/12, 2001/14 u 2007/58)

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 24, 25, 41, 49)

2.        Id-Direttivi 91/440, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2001/12, u 2001/14, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/58, ma jimponux il-privatizzazzjoni tal-ferroviji. Konsegwentement, l-operatur storiku tas-settur ferrovjarju jista’ jibqa’ pubbliku.

Madankollu, id-Direttivi 91/440 u 2001/12 jistabbilixxu l-ħtieġa li jiġi ggarantit, għall-impriżi ta’ trasport ferrovjarju, kemm jekk ikunu privati kemm jekk ikunu pubbliċi, status indipendenti mill-Istat u l-libertà li jamministraw l-attivitajiet tagħhom stess. Fil-fatt, għalkemm huwa veru li l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/440 jippermetti lill-Istati Membri li jistabbilixxu linji gwida ta’ politika ġenerali, xorta jibqa’ l-fatt li, bil-għan li jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni indipendenti tal-impriżi ta’ trasport ferrovjarju, l-Istat ma għandux jeżerċita influwenza fuq id-deċiżjonijiet individwali tagħhom li jikkonċernaw it-trasferiment jew l-akkwist ta’ assi.

Għaldaqstant, Stat Membru li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu tissuġġetta kull deċiżjoni individwali ta’ akkwist jew ta’ trasferiment ta’ ishma fil-kumpanniji għal approvazzjoni tal-gvern u b’hekk tissuġġetta tali impriża għal kontroll estern ta’ natura politika li b’ebda mod ma jikkorrispondi għall-modalitajiet u lanqas għall-mezzi ta’ azzjoni jew ta’ kontroll disponibbli għall-azzjonisti ta’ kumpannija b’ishma ta’ dritt privat, jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmi Artikolu 5(3).

(ara l-punti 33, 37‑39)