Language of document : ECLI:EU:C:2013:578

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

MENGOZZI

ppreżentati fid-19 ta’ Settembru 2013 (1)

Kawżi magħquda C‑231/11 P, C‑232/11 P u C‑233/11 P

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Siemens Österreich et (C-231/11 P)


Siemens Transmission & Distribution Ltd (C-232/11 P)


Siemens Transmission & Distribution SA

u

Nuova Magrini Galileo SpA (C-233/11 P)

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-proġetti dwar is-switchgear insulat bil-gass — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas ta’ multa — Oqsma ta’ kompetenza tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali — Kunċett ta’ impriża — Prinċipji tar-responsabbilità personali u ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali — Regola tal-“ne ultra petita” — Prinċipju ta’ kontradittorju — Prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament”





1.        It-tliet appelli suġġett ta’ dawn il-kawżi magħquda huma kollha intiżi sabiex jitolbu l-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens AG Österreich et vs Il-Kummissjoni (2) (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”). Permezz ta’ din is-sentenza l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment u sussegwentement irriformat id-deċiżjoni C (2006) 6762 finali tal-Kummissjoni (3) (iktar ’il quddiem: id-“deċiżjoni kkontestata”), li permezz tagħha din l-istituzzjoni kienet ikkonstatat l-eżistenza ta’ akkordju antikompetittiv fis-settur tas-switchgear insulat bil-gass (“gas insulated switchgear”) (iktar ’il quddiem: is-“SIG”) (4), u kienet imponiet serje ta’ multi fuq l-impriżi li kienu pparteċipaw fl-akkordju.

2.        L-ewwel appell, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-Kawża C‑231/11 P, iqajjem kwistjoni importanti tad-dritt li s-soluzzjoni tagħha, minn naħa, jista’ jkollha effett fuq l-ekwilibru istituzzjonali bejn il-korpi tal-Unjoni u tal-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-oqsma ta’ kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali, u min-naħa l-oħra, jista’ jkollha effett rilevanti fuq l-applikazzjoni prattika mill-Kummissjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni. B’mod partikolari, bl-appell tagħha l-Kummissjoni tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din l-istituzzjoni filwaqt li tissanzjona iktar minn persuna waħda in solidum għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, hija tirrikonoxxi l-kompetenza tagħhom u tobbligahom jiddeterminaw ir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri tal-multa hekk imposta (jiġifieri ’l hekk imsejħa relazzjonijiet ta’ responsabbiltà in solidum interna) (5) u li jistabbilixxu għal kull wieħed minn dawk issanzjonati in solidum is-sehem rispettiv tal-ammont tal-multa li huwa għandu jbati (6).

3.        It-tieni (Kawża C‑232/11 P) u t-tielet (Kawża C‑233/11 P) appell huma għall-kuntrarju ppreżentati minn tliet kumpanniji ssanzjonati għall-parteċipazzjoni fl-akkordju dwar is-SIG u huma, essenzjalment, intiżi sabiex jikkontestaw il-multi li l-Qorti Ġenerali imponiet fuqhom fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.

I –    Fatti

A –    L-appellanti

4.        L-appellanti fit-tieni u t-tielet appell inkwistjoni huma tliet kumpanniji li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju ma hijiex ikkontestata u li matul il-perijodu li fih dan kien jopera, jiġifieri bejn l-1988 u l-2004, kienu suġġetti għal diversi avvenimenti korporattivi kumplessi li għandhom ikunu miġbura fil-qosor.

5.        B’mod partikolari, l-appellanti fil-Kawża C-232/11 P, Siemens Transmission & Distribution Ltd (li kienet Reyrolle Ltd u, sussegwentement, VA Tech Reyrolle Ltd, iktar ’il quddiem: “Reyrolle”), kienet bejn l-1988 u l-1998 ikkontrollota mill-grupp Rolls-Royce. Fl-20 ta’ Settembru 1998 hija ġiet akkwistata mill-VA Technologie AG (iktar ’il quddiem “VA Technologie”), li min-naħa tagħha fit-13 ta’ Marzu 2001 ikkontribwietha — permezz ta’ kumpannija 100 % sussidjarja, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG (iktar ’il quddiem “KEG”) — fil-kuntest ta’ tranżazzjoni intiża għall-ħolqien ta’ kumpannija ġdida, VA Tech Schneider High Voltage GmbH (iktar ’il quddiem: “VAS”). Fil-bidu VAS kienet 60 % sussidjarja ta’ VA Technologie u 40 % ta’ Schneider Electric SA (iktar ’il quddiem: “Schneider”) (7).

6.        Iż-żewġ appellanti fil-Kawża C-233/11 P, Siemens Transmission & Distribution SA (iktar ’il quddiem: “SEHV”) u Nuova Magrini Galileo SpA (iktar ’il quddiem: “Magrini”) kienu sa Marzu 2001 kumpanniji sussidjarji 100 % ta’ Schneider. F’dik id-data, fil-kuntest tal-ħolqien ta’ VAS, Schneider ikkontribwiet iż-żewġ kumpanniji inkwistjoni (8).

7.        F’Ottubru tal-2004 VA Technologie akkwistat mingħand Schneider, permezz ta’ KEG, l-ishma kollha fil-kapital ta’ VAS (9). Fl-aħħar nett, fl-2005 Siemens AG, permezz ta’ sussidjarja tagħha Siemens AG Österreich (iktar ’il quddiem: “Siemens Österreich”) akkwistat il-kontroll esklużiv tal-grupp li tiegħu VA Technologie kienet il-kumpannija parent (li kien jinkludi VAS, Reyrolle, SEHV, Magrini u KEG, iktar ’il quddiem flimkien: il-“grupp VA Tech”). Wara dan l-akkwist, VA Technologie u, sussegwentement, VAS ingħaqdu ma’ Siemens Österreich (10).

B –    Il-proċedura amministrattiva u d-deċiżjoni kkontestata

8.        Mill-punti 4 sa 11 tas-sentenza appellata jirriżulta li, wara talba għal immunità minn multi ppreżentata f’Marzu 2004 (11), li fiha ġiet indikata l-eżistenza ta’ prattiki antikompetittivi fil-qasam tas-SIG, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni li matulha wettqet spezzjonijiet b’mod speċjali fil-postijiet tal-kumpanniji li jifformaw il-grupp VA Tech, li minnu r-rikorrenti f’dawn il-kawżi kienu jifformaw parti, u sussegwentement, innotifikat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil 20 kumpannija, fosthom l-appellanti.

9.        Fis-24 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. F’din id-deċiżjoni l-Kummissjoni kkonstatat li fil-kuntest tal-akkordju dwar is-SIG l-impriżi li pparteċipaw kienu ftehmu, fost oħrajn, dwar it-tqassim tas-swieq fuq livell dinji (12), dwar l-iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva. Il-Kummissjoni kkonstatat ukoll li l-akkordju kellu tul bejn il-15 ta’ April 1988 u l-11 ta’ Mejju 2004, iżda li l-parteċipazzjoni tal-kumpannija tal-grupp VA Tech fl-akkordju kienet ġiet interrotta bejn Diċembru 2000 u April 2002 (13). Abbażi ta’ dawn il-konstatazzjonijiet il-Kummissjoni imponiet diversi multi fuq l-impriżi li pparteċipaw fl-akkordju.

10.      B’mod partikolari, fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li Reyrolle, SEHV u Magrini kienu pparteċipaw fil-ksur mill-15 ta’ April 1988 sat-13 ta’ Diċembru 2000 u mill-1 ta’ April 2002 sal-11 ta’ Mejju 2004. Fl-Artikolu (1)(p) u (t) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li Siemens Österreich u KEG kienu pparteċipaw fil-ksur mill-20 ta’ Settembru 1998 sat-13 ta’ Diċembru 2000 u mill-1 ta’ April 2002 sal-11 ta’ Mejju 2004. Fl-Artikolu 1(n) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li Schneider kienet ipparteċipat fil-ksur mill-15 ta’ April 1988 sat-13 ta’ Diċembru 2000.

11.      Skont l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, għall-ksur fuq imsemmi, il-Kummissjoni imponiet il-multi segwenti:

“[...]

(j)      [Schneider]: EUR 3 600 000;

(k)      [Schneider]: in solidum ma’ [SEHV] u [Magrini]: EUR 4 500 000;

(l)      [Reyrolle]: EUR 22 050 000, li minnhom

i)      in solidum ma’ [SEHV] u [Magrini]: EUR 17 500 000, u

ii)      in solidum ma’ [Siemens Österreich] u [KEG]: EUR 12 600 000”.

C –    Proċeduri ġudizzjarji tal-ewwel istanza

12.      Adita mir-rikorsi tal-kumpanniji li kienu jifformaw parti mill-grupp VA Tech kontra d-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali, kif ser naraw iktar ’il quddiem fid-dettall, qabelxejn annullat il-parti tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-multi imposti fuq ir-rikorrenti (14) u, sussegwentement irriformulata bl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, billi stabilixxiet fost oħrajn għad-diversi multi l-ishma tal-ammont li kull kumpannija għandha tbati fir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum (15).

13.      Il-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata jipprovdu għalhekk is-segwenti:

“2)      L-Artikolu 2(j), (k) u (l) tad-Deċiżjoni [ikkontestata] huwa annullat.

3)      Għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(m), (p), (q), (r) u (t) tad-Deċiżjoni [ikkontestata] huma imposti l-multi li ġejjin:

–        [SEHV] u [Magrini], in solidum ma’ [Schneider]: EUR 8 100 000;

–        [Reyrolle], in solidum ma’ [Siemens Österreich], [KEG], [SEHV] u [Magrini]: EUR 10 350 000;

–        [Reyrolle], in solidum ma’ [Siemens Österreich] u [KEG]: EUR 2 250 000.

–        [Reyrolle]: EUR 9 450 000.”

II – Proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

14.      Permezz ta’ att tat-13 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat appell fil-Kawża C‑231/11 P fejn talbet l-annullament parzjali tas-sentenza appellata. Permezz ta’ atti separati tas-17 ta’ Mejju 2011 Reyrolle, minn naħa u SEHV u Magrini, min-naħa l-oħra, ippreżentaw huma wkoll appell, rispettivament, fil-Kawżi C‑232/11 P u C‑233/11 P, fejn talbu l-annullament parzjali tas-sentenza appellata.

15.      B’digriet tal-1 ta’ Lulju 2011, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna li jingħaqdu t-tliet kawżi għall-iskopijiet tal-proċedura bil-miktub u dik orali, kif ukoll tas-sentenza.

16.      Fit-2 ta’ Mejju 2013, inżammet is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

III – Dwar l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni fil-Kawża C-231/11 P

17.      Insostenn tal-appell tagħha l-Kummissjoni tqajjem seba’ aggravji, li kollha huma intiżi sabiex jikkontestaw, għalkemm minn angoli diversi, is-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li hija esklużivament il-Kummissjoni li għandha tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri tal-multa imposta in solidum bejniethom fuq diversi persuni għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni, kif ukoll sa fejn il-Qorti Ġenerali, ikkunsidrat b’mod konkret il-konsegwenzi ta’ dik id-deċiżjoni ta’ prinċipju, iddeterminat l-ishma rispettivi tal-ammont tal-multa imposta fuq diversi kumpanniji kkundannati in solidum għall-ħlas tagħha.

18.      Qabel ma nanalizza fid-dettall id-diversi aggravji mressqa mill-Kummissjoni għandhom jitfakkru fil-qosor il-punti essenzjali tar-raġunament magħmul mill-Qorti Ġenerali fil-partijiet tas-sentenza li huma suġġetti għall-appell, kif ukoll sussegwentement, jiġu ttrattati xi kwistjonijiet ta’ natura preliminari li jirrigwardaw l-għan u l-portata tal-appell, kwistjonijiet li s-soluzzjoni tagħhom jista’ jkollha effett fuq l-ammissibbiltà u fuq in-natura operattiva tiegħu.

A –    Is-sentenza appellata

19.      Fis-sentenza appellata, fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 137 sa 167, tesponi r-raġunijiet li jwassluha sabiex tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti li din tirrigwarda l-multi imposti lir-rikorrenti. B’mod iktar speċifiku, wara li eżaminat u approvat l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-kumpanniji differenti li lihom jista’ jiġi imputat l-aġir tal-impriżi li pparteċipaw fl-akkordju (16), il-Qorti Ġenerali ttrattat il-kwistjoni tal-kalkolu tal-ammonti tal-multi li għandhom ikunu imposti fuq l-imsemmija kumpanniji (17). Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali, fil-punti 150 u 151, titlaq minn serje ta’ prinċipji meħuda mill-ġurisprudenza, sabiex imbagħad fil-punti 153 sa 159 tagħmel serje ta’ kunsiderazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà in solidum fir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri. Huwa proprju kontra dawn il-kunsiderazzjonijiet li huwa intiż l-appell tal-Kummissjoni.

20.      B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali tiddikjara li skont il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet kull kumpannija għandha tkun tista’ tiddeduċi, mid-deċiżjoni li timponi fuqha l-ħlas ta’ multa in solidum ma’ kumpannija oħra jew iktar, is-sehem li hija ser ikollha tbati fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri in solidum tagħha, ladarba l-Kummissjoni ma jkollhiex iktar interess fil-kwistjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreċiża l-perijodi li matulhom il-kumpanniji kkonċernati huma (ko)responsabbli għall-aġir illegali ta’ impriżi li pparteċipaw fl-akkordju u, fejn xieraq, il-livell ta’ responsabbiltà tal-imsemmija kumpanniji għal dan l-aġir. Il-Qorti Ġenerali tikkunsidra barra minn hekk li l-kunċett ta’ “ħlas in solidum ta’ multi” huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’riferiment għall-għanijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni (18).

21.      F’dan il-kuntest, skont il-Qorti Ġenerali, id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni timponi fuq diversi kumpanniji l-obbligu li jħallsu in solidum multa tipproduċi ipso iure l-effetti kollha li ġejjin mill-qafas ġuridiku tal-multi fid-dritt tal-kompetizzjoni, u dan kemm fir-relazzjonijiet (esterni) bejn il-kreditur u l-kodebituri in solidum, kif ukoll fir-relazzjonijiet (interni) bejn il-kodebituri in solidum. Għaldaqstant huwa l-obbligu esklużiv tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li timponi multi, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (19), li tiddetermina s-sehem rispettiv tal-kumpanniji differenti fl-ammonti li huma kkundannati jħallsu in solidum, sa fejn dawn kienu jifformaw parti mill-istess impriża, u dan il-kompitu ma jistax jitħalla f’idejn il-qrati nazzjonali (20).

22.      Fin-nuqqas ta’ indikazzjoni fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li xi kumpanniji huma iktar responsabbli minn oħrajn għall-parteċipazzjoni tal-impriża li minnha jifformaw jew kienu jifformaw parti fil-ksur ikkonstatat għall-perijodu ddeterminat, għandu jkun ikkunsidrat, skont il-Qorti Ġenerali, li dawn huma responsabbli indaqs u għalhekk, li s-sehem tal-ammonti imposti fuqhom għandu wkoll ikun ugwali (21).

23.      Wara li spjegat il-qafas ġuridiku tal-obbligu in solidum fil-qasam ta’ multi għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Qorti Ġenerali, f’din il-kawża, tindika, fil-punti 161 sa 165 tas-sentenza appellata, tliet aspetti ta’ illeġittimità fid-determinazzjoni tal-multi min-naħa tal-Kummissjoni (22). Wara li kkunsidrat li, għalhekk, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet, il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni kkontestata kif indikat fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza, riprodott iktar ʼil fuq fil-punt 13.

24.      Fit-tieni lok, fil-punti 236 sa 264 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, bl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, irriformulat id-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li f’dan il-kuntest ikun irrilevat li, minbarra li tistabilixxi l-ammonti tal-multi li r-rikorrenti fl-ewwel istanza għandhom iħallsu in solidum lill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 245, 247, 261 u 263, iddeterminat b’mod konkret l-ishma li kull kumpannija għandha tbati fir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum. Il-Qorti Ġenerali bbażat espressament din id-determinazzjoni fuq il-kunsiderazzjonijiet li hija għamlet fil-punti 158 u 159 tas-sentenza appellata (miġbura fil-qosor iktar ’il fuq fil-punt 22) u stabbilixxiet li, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata rigward il-livell ta’ responsabbiltà ta’ kull kumpannija, il-multa għandha titħallas f’partijiet indaqs mill-kumpanniji kkundannati għall-ħlas in solidum.

B –    Dwar is-suġġett tal-appell

25.      Fl-appell tagħha l-Kummissjoni tiddikjara espliċitament li l-appell minnha ppreżentat huwa intiż esklużivament kontra l-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata (miġbura fil-qosor iktar ’il fuq fil-punti 20 sa 22), kif ukoll kontra d-determinazzjoni segwenti tal-ishma tal-multa li kull kumpannija għandha tbati fir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 245, 247, 262 u 263 tas-sentenza appellata abbażi ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet. Il-limitazzjoni tal-għan tal-appell tal-Kummissjoni għal dawn iż-żewġ aspetti tas-sentenza appellata hija, wara kollox, ikkonfermata mill-formulazzjoni tat-talbiet tagħha (23).

26.      Madankollu għandu jkun ikkonstatat li, kif wara kollox tammetti l-Kummissjoni stess, la l-kunsiderazzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni tar-responsabbiltà in solidum interna esposti fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata, u lanqas il-konsegwenzi li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 245, 247, 262 u 263 tas-sentenza appellata, tagħmel minn dawk il-kunsiderazzjonijiet għad-determinazzjoni mill-ġdid tal-multi fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, ma huma riflessi b’mod formali fid-dispożittiv tas-sentenza appellata. Kif jirriżulta, fil-fatt, mil-punt 13 iktar ’il fuq, id-dispożittiv tas-sentenza appellata ma jinkludi ebda riferiment espliċitu għad-determinazzjoni tal-ishma li kull kumpannija kkundannata għall-ħlas in solidum tal-multa għandha tbati.

27.      Barra minn hekk, il-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata lanqas ma huma, fil-fehma tiegħi, il-bażi diretta tal-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata pprovdut fil-punt 2 tad-dispożittiv. Fil-fatt, it-tliet aspetti tal-illeġittimità identifikati mill-Qorti Ġenerali fil-punti 161 sa 165 tas-sentenza appellata (24), li ma humiex ikkontestati mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jirrigwardaw il-ksur tal-prinċipju tal-individwalità tal-pieni fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar l-aspett estern tar-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji kkundannati, jiġifieri r-responsabbiltà tagħhom għall-ħlas tal-multa lill-Kummissjoni, iktar milli kwistjonijiet dwar ir-relazzjonijiet interni bejniethom inkwantu kodebituri in solidum tal-multa (25). Għalkemm, kif ser naraw iktar fid-dettall iktar ’il quddiem, dawn jikkostitwixxu ċertament il-bażi tad-determinazzjoni min-naħa tal-Qorti Ġenerali b’mod konkret tal-ishma fil-punti 245, 247, 262 u 263 tas-sentenza appellata, il-kunsiderazzjonijiet espressi fil-punti 153 sa 159 tal-istess sentenza donnhom jikkostitwixxu bħal obiter dictum fl-analiżi tal-Qorti Ġenerali li twassal għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata pprovdut fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata. Ma naqbilx madankollu, mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li dawn il-kunsiderazzjonijiet jikkostitwixxu raġunijiet essenzjali li huma l-bażi ta’ dan l-annullament parzjali u dan irrispettivament mill-fatt li l-Qorti Ġenerali fil-punt 160 tas-sentenza appellata kkritikat lill-Kummissjoni li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-“prinċipji ddikjarati iktar ’il fuq”.

28.      Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jkun konkluż li, anki fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja, tilqa’ b’mod sħiħ l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni, u tannulla l-punti tas-sentenza li kontrihom huwa dirett, fi kwalunkwe każ id-dispożittiv tas-sentenza ma jiġix emendat b’mod formali. Sitwazzjoni bħal din tqajjem numru ta’ kwistjonijiet li jistħoqqilhom analiżi iktar profonda.

1.      Dwar in-necessità tal-eżistenza ta’ interess ġuridiku tal-Kummissjoni rigward l-appell

29.      Fl-ewwel lok, fil-każ fejn permezz tal-appell tiegħu appellant ma jistax effettivament jikseb l-annullament tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, tqum il-kwistjoni tal-interess ġuridiku tiegħu fl-istess appell. F’dan ir-rigward, ma nistax madankollu ma nirrilevax li l-ġurisprudenza ma hijiex konsistenti fuq il-kwistjoni tan-neċessità jew le għal istituzzjoni, jew, b’mod iktar ġenerali, għal rikorrent privileġġat bħall-Kummissjoni, li tipprova l-eżistenza ta’ interess ġuridiku fil-kuntest ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn sentenza tal-Qorti Ġenerali.

30.      Fil-fatt, jirriżulta b’mod inekwivoku mill-ewwel linja ġurisprudenzjali, li oriġinarjament tmur lura għas-sentenza fil-każ Anic Partecipazioni (26), li rrispettivament jekk kinux parti fit-tilwima fl-ewwel istanza, “l-istituzzjonijiet tal-Komunità ma għandhom [...] jippruvaw l-ebda interess sabiex ikunu jistgħu jappellaw minn sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret “il-Qorti Ġenerali”] ” (27) Din id-dikjarazzjoni ta’ prinċipju, li l-bażi tagħha hija d-dispożizzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (28), kienet imbagħad riprodotta b’mod espliċitu f’sentenzi suċċessivi tal-Qorti tal-Ġustizzja (29), li waħda minnhom ingħatat mill-Awla Manja (30).

31.      Madankollu, f’diversi sentenzi oħra l-Qorti tal-Ġustizzja, adita minn appell minn sentenza tal-Qorti Ġenerali, analizzat l-eżistenza tar-rekwiżit tal-interess ġuridiku fl-appellanti pprivileġġati, u b’mod partikolari fil-Kummissjoni, u saħansitra waslet sabiex tiddikjara parzjalment inammissibbli xi appelli minħabba nuqqas ta’ interess ġuridiku ta’ din l-istituzzjoni (31).

32.      Issa, bejn iż-żewġ linji ġurisprudenzjali msemmija iktar ʼil fuq, jiena naqbel mal-ewwel waħda. Fil-fatt, minn naħa, is-sentenzi li wasslu għal din il-linja jidhirli li, għall-kuntrarju tas-sentenzi li wasslu għal-linja l-oħra, ikkostitwixxew għażla preċiża tal-Qorti tal-Ġustizzja, għażla li kienet imbagħad ikkonfermata f’sentenza mogħtija mill-Awla Manja. Min-naħa l-oħra, inqis li b’mod analogu għal dak previst fir-rigward tar-rikors għall-annullament, li, skont ġurisprudenza stabbilita, jista’ jkun ippreżentat mir-rikorrenti privileġġati mingħajr ma dawn jipprovaw ebda interess ġuridiku (32), it-trattament favorevoli ta’ dawn ir-rikorrenti privileġġati fir-rigward ta’ appell minn sentenza tal-Qorti Ġenerali tista’ tkun issib ir-ratio tagħha mill-pożizzjoni partikolari li dawn jokkupaw fl-ordinament tal-Unjoni li tista’ tiġġustifika r-rikonoxximent favur tagħhom ta’ leġittimazzjoni ta’ appell irrispettivament mill-prova tal-interess ġuridiku tagħhom (33).

33.      Dan ir-ratio huwa wara kollox rifless fid-dispożizzjonijiet tat-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 56 tal-Istatut li jipprovdu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għall-Istati Membri deroga mir-rekwiżiti tal-eżerċizzju ta’ appell bil-għan li jiffaċilitaw il-preżentata tiegħu. Dan madankollu ma jfissirx li, kif wara kollox ser naraw ukoll fil-punt segwenti, dawn ir-rikorrenti għandhom possibbiltà mingħajr limitu li jappellaw mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (34).

2.      Dwar l-effetti tal-eventwali appell fuq id-dispożittiv tas-sentenza appellata

34.      Fit-tieni lok, u irrispettivament mill-kwistjoni tal-interess ġuridiku, f’sitwazzjoni bħal dik indikata fil-punt 28 iktar ’il fuq, għandna nistaqsu sa fejn huwa possibbli li jiġi ppreżentat appell, anki fil-kwalità ta’ rikorrent privileġġat, li huwa intiż sabiex jikseb l-annullament ta’ parti mill-motivazzjoni tas-sentenza mingħajr mal-annullament ikollu effett b’mod formali fuq id-dispożittiv tagħha. Fil-fatt, minn naħa, skont il-ġurisprudenza, appell kontra punti ta’ motivazzjoni li ma għandhom ebda effett fuq id-dispożittiv tas-sentenza appellata għandu jkun miċħud bħala li ma huwiex effettiv (35). Huwa wara kollox bil-għan li tiġi evitata l-preżentata ta’ appelli li għandhom l-għan esklużiv li jikkontestaw il-motivazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali li kien promulgat l-Artikolu 169 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja l-ġodda (36). Min-naħa l-oħra, il-possibbiltà li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tissostitwixxi l-aggravji hija suġġetta mill-ġurisprudenza għal limiti stretti ħafna (37).

35.      Madankollu, inqis li f’dan il-każ ma jistax ikun ikkunsidrat li l-appell huwa dirett kontra xi motivazzjonijiet li ma għandhomx effett fuq id-dispożittiv tas-sentenza appellata. Fil-fatt, kif irrilevat fil-punt 25 iktar ’il fuq l-appell tal-Kummissjoni huwa dirett esklużivament kontra kunsiderazzjonijiet ta’ dritt magħmula fil-motivazzjoni tas-sentenza kif ukoll kontra l-konsegwenzi relattivi li għalihom wasslet il-Qorti Ġenerali minn dawn il-kunsiderazzjonijiet għall-każ konkret — kunsiderazzjonijiet u konsegwenzi li ma humiex riflessi b’mod espliċitu fid-dispożittiv tas-sentenza appellata b’tali mod li jekk l-appell jintlaqa’ ma jwassal neċessarjament għal tibdil formali fl-imsemmi dispożittiv — inqis madankollu li kemm l-imsemmija kunsiderazzjonijiet kif ukoll il-konsegwenzi relattivi, għalkemm ma humiex espressi b’mod espliċitu fid-dispożittiv, jikkostitwixxu parti integrali mis-soluzzjoni ta’ dritt mogħtija fis-sentenza appellata (38) u jikkostitwixxu għalhekk element neċessarju ta’ qari u interpretazzjoni ta’ dik is-sentenza u b’mod partikolari tad-dispożittiv tagħha.

36.      Fil-fatt, peress li d-dispożittiv tas-sentenza jipprovdi, fil-punt 3 tiegħu, li l-kumpanniji differenti huma kkundannati “in solidum” għall-ħlas tal-multi — kif iddeterminat mill-ġdid mill-Qorti Ġenerali — dan ma jistax jinqara b’mod separat minn dak stabbilit fil-punti 245, 247, 262 u 263 tas-sentenza appellata fejn il-Qorti Ġenerali ddeterminat il-parti li kull kumpannija debitriċi in solidum tal-multa għandha tbati fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri in solidum l-oħra. Fil-fatt, f’dan il-każ, għalkemm id-dispożittiv ma jinkludix riferimenti espliċiti għat-tqassim intern tal-multa bejn kodebituri in solidum, ir-responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji hemm iddikjarati mill-Qorti Ġenerali ma tistax tinftiehem jekk mhux fid-dawl ta’ dak stabbilit fil-punti fuq imsemmija tas-sentenza appellata li, wara kollox, huma bbażati b’mod espliċitu u neċessarjament fuq il-kunsiderazzjonijiet ta’ dritt magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata u huma għalhekk inseparabbli minnhom.

37.      F’dan ir-rigward għandu jitfakkar ukoll li mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-dispożittiv ta’ sentenza għandu jkun interpretat fid-dawl tal-motivazzjoni li minnha huwa jirriżulta u li tikkostitwixxi s-sostenn meħtieġ, fis-sens li hija indispensabbli għad-determinazzjoni tas-sens eżatt ta’ dak iddikjarat fid-dispożittiv (39).

38.      Barra minn hekk, dejjem skont il-ġurisprudenza, il-motivazzjoni tas-sentenza appellata li tikkostitwixxi l-bażi neċessarja tad-dispożittiv tagħha u għalhekk hija inseparabbli mid-dispożittiv takkwista awtorità ta’ res judicata (40) u l-Kummissjoni għandha tosservaha peress li hija indispensabbli sabiex jiġi ddeterminat is-sens eżatt tad-dispożittiv tas-sentenza (41). Għalhekk, kif argumentat mill-Kummissjoni, il-partijiet tas-sentenza appellata li huma suġġetti għall-appell tagħha u li jirrigwardaw il-kompetenza tagħha li tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum tal-multa jistgħu jsiru res judicata u jorbtu lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni prattika futura tagħha tas-sistema sanzjonarja fil-qasam tal-kompetizzjoni.

39.      Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li l-appell tal-Kummissjoni huwa ammissibbli, iżda huwa ineffettiv (42), fil-parti fejn huwa intiż sabiex jikseb l-annullament tal-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata. Fil-fatt, kif irrilevat iktar ’il fuq fil-punt 27 il-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata li kontra tagħhom huwa dirett l-appell b’mod espliċitu, ma humiex il-bażi tal-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li, anki fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell tal-Kummissjoni, l-annullament ta’ dawn il-punti tas-sentenza, ma huwa ser ikollu ebda effett fuq il-punt 2 tad-dispożittiv tagħha.

40.      Inqis però illi l-appell tal-Kummissjoni huwa ammissibbli u effettiv, fil-parti fejn huwa intiż li jikseb l-annullament tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet magħmula iktar ’il fuq fil-punti 35 sa 38, jekk din it-talba tiġi eventwalment milqugħa mill-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement tkun annullata d-determinazzjoni tal-ishma tal-multa magħmula mill-Qorti Ġenerali fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, jinħoloq effett fuq l-interpretazzjoni tas-sens eżatt ta’ dak iddikjarat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata. F’dan il-kuntest għandha tkun iddikjarata ammissibbli u effettiva wkoll it-talba tal-Kummissjoni ppreżentata sussidjarjament sabiex titlob l-annullament tas-sentenza appellata sa fejn hija, fil-punti 153 sa 159 tagħha, tiddikjara li hija din l-istituzzjoni li għandha tiddetermina l-ishma tal-kodebituri in solidum għall-ħlas ta’ multa, peress li din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi l-bażi neċessarja u inseparabbli tad-determinazzjoni tal-imsemmija ishma fil-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza li tagħha qed jintalab l-annullament.

41.      Għaldaqstant, iktar ’il quddiem, l-analiżi tal-appell tal-Kummissjoni ser tkun limitata għal dawn iż-żewġ aspetti jiġifieri, id-determinazzjoni tal-ishma tal-multa magħmula mill-Qorti Ġenerali fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u l-kunsiderazzjonijiet tad-dritt magħmula fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata, sa fejn dawn jikkostitwixxu l-bażi neċessarja u inseparabbli ta’ din id-determinazzjoni.

C –    Dwar il-mertu tal-appell

1.      Dwar l-ewwel aggravju dwar żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 dwar l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tal-Kummissjoni u tal-qrati nazzjonali

42.      Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn, hija stabbiliet fis-sentenza appellata li hija għandha tiddetermina l-ishma rispettivi tal-kodebituri in solidum għall-ħlas ta’ multa imposta għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u b’hekk attribwitilha kompetenzi u imponitlha obbligi li jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-prosekuzzjoni tal-ksur ta’ dawn ir-regoli u b’hekk ippreġudikat l-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri. Skont il-Kummissjoni, id-determinazzjoni tar-relazzjonijiet interni bejn kodebituri, inklużi drittijiet eventwali ta’ rkupru bejniethom, jaqa’ fil-qasam tal-applikazzjoni tad-dritt mill-Istati Membri, u s-soluzzjoni tat-tilwim relattiv hija għalhekk ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.

43.      L-ewwel aggravju ta’ dan l-appell jinvoka kwistjonijiet dwar it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-korpi tal-Unjoni, b’mod speċifiku l-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’mod partikolari l-qrati nazzjonali, kif ukoll kwistjonijiet dwar il-qasam rispettiv ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt tal-Istati Membri.

44.      F’dan ir-rigward huwa utli li jitfakkar kif diġà ġie rrilevat fil-punti 21 u 22 iktar ’il fuq, li l-Qorti Ġenerali, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 153 sa 156 tas-sentenza appellata, iddikjarat fil-punt 157 tal-istess li huwa l-obbligu esklużiv tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li timponi multi, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, li tiddetermina s-sehem rispettiv tal-kumpanniji differenti fl-ammonti li huma kkundannati jħallsu in solidum, sa fejn dawn kienu jifformaw parti mill-istess impriża, u li dan il-kompitu ma jistax jitħalla f’idejn il-qrati nazzjonali. Madankollu, mill-punti 158 u 159 tas-sentenza appellata jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċerti kumpanniji huma iktar responsabbli minn oħrajn għandu jkun ikkunsidrat li huma għandhom responsabbiltà indaqs u, għaldaqstant, li għandhom sehem indaqs fl-ammonti imposti fuqhom in solidum.

45.      Fid-dawl ta’ dan għandi nirrileva preliminarjament li, għalkemm il-Kummissjoni tiddikjara diversi drabi fl-appell tagħha li l-Qorti Ġenerali imponiet fuqha “obbligu” li tiddetermina r-relazzjonijiet ta’ responsabbiltà interna bejn il-kodebituri in solidum tal-multa (43), fir-realtà t-termini tas-sentenza ma humiex ċari għalkollox fir-rigward tal-impożizzjoni jew le ta’ obbligu veru u proprju f’dan ir-rigward. Fil-fatt, għalkemm it-termini użati fil-punt 153 (44) donnhom jippreżumu l-eżistenza ta’ dan l-obbligu, l-użu tat-terminu “huwa l-obbligu [...] tal-Kummissjoni” (45) fil-punt 157 jagħti lok għal dubji fuq l-intenzjoni tal-Qorti Ġenerali li timponi obbligu veru u proprju fuq din l-istituzzjoni, iktar u iktar meta, fi kwalunkwe każ, fis-sistema maħsuba mill-Qorti Ġenerali, in-nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ din il-kompetenza donnha ma twassalx għall-annullament tad-deċiżjoni, iżda twassal għall-applikazzjoni awtomatika tar-regola li r-responsabbiltà (u għalhekk l-ishma tal-multa) tkun ikkunsidrata li tinqasam indaqs bejn il-kodebituri.

46.      B’hekk, ma hemm l-ebda dubju li fis-sistema maħsuba mill-Qorti Ġenerali hija rikonoxxuta kompetenza esklużiva lill-Kummissjoni sabiex twettaq din id-determinazzjoni, bil-konsegwenza li teskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali. Barra minn hekk, fl-imsemmija sistema, din il-kompetenza tista’, fil-prinċipju, tkun eżerċitata fi kwalunkwe każ fejn il-Kummissjoni tikkundanna iktar minn persuna waħda in solidum għall-ħlas ta’ multa għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni, u n-nuqqas tal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza twassal fil-fatt għall-applikazzjoni tar-regola tat-tqassim indaqs tar-responsabbiltà u tal-multa.

47.      Huwa fid-dawl ta’ dawn il-premessi li għandu jkun analizzat l-ewwel aggravju tal-appell.

a)      Dwar il-kompetenza tal-Kummissjoni

48.      Għandu qabel kollox jitfakkar li, skont il-prinċipju ta’ attribuzzjoni, l-Unjoni taġixxi esklużivament fil-limiti tal-kompetenzi li huma attribwiti lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex twettaq l-għanijiet stabbiliti minnhom (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) TUE). Kwalunkwe kompetenza li ma hijiex attribwita lill-Unjoni fit-Trattati tappartjeni lill-Istati Membri (Artikolu 4(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) TUE]. B’mod partikolari, skont il-Artikolu 3(1)(b) TFUE l-Unjoni għandha l-kompetenza esklużiva sabiex tiddefinixxi r-regoli ta’ kompetizzjoni neċessarji għall-funzjonament tas-suq intern.

49.      L-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità li jipprovdi li l-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni għandhom ikunu limitati għal dak neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom japplikaw dan il-prinċipju (Artikolu 5(4) TUE). Barra minn hekk, kull istituzzjoni taġixxi fil-limiti ta’ dak attribwit lilha mit-Trattati (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(2) TUE).

50.      Il-bażi legali tal-poter attribwit lill-Kummissjoni sabiex tissanzjoni l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni tinsab fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, li ġie adottat abbażi tal-Artikolu 103 TFUE (qabel l-Artikolu 83 KE). Mill-paragrafu 2(1) tal-Artikolu 103 TFUE jiġi dedott li l-kompetenza attribwita lill-Unjoni li timponi multi hija intiża sabiex tiggarantixxi l-osservanza tal-projbizzjonijiet li hemm fid-dispożizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tat-TFUE. Barra minn hekk il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa, b’mod partikolari, li jiżgura kontroll effettiv tal-akkordji u tal-abbużi ta’ pożizzjoni dominanti (46).

51.      Is-setgħa li timponi multi fuq l-impriżi li, b’mod intenzjonat jew b’negliġenza, iwettqu ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE hija setgħa proprja tal-Kummissjoni li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat (47). Din tikkostitwixxi wieħed mill-mezzi mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ twettaq il-kompitu ta’ sorveljanza li d-dritt Komunitarju jikkonferixxilha (48) kif ukoll ir-rwol tagħha ta’ istituzzjoni responsabbli mit-twettiq u gwida tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni (49).

52.      B’mod partikolari, il-fakultà tal-Kummissjoni li tikkundanna in solidum għall-ħlas ta’ multa persuni li, fil-kuntest tal-unjoni ekonomika li tikkostitwixxi l-impriża, ipparteċipaw direttament jew indirettament fil-ksur ma hijiex prevista b’mod espress minn ebda regola tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni. Din il-fakultà kienet madankollu rrikonoxxuta lill-Kummissjoni mill-ġurisprudenza peress li l-mekkaniżmu tar-responsabbiltà in solidum jikkostitwixxi strument ġuridiku addizzjonali li jirriżulta min-neċessità li tkun żgurata l-effikaċja tal-azzjoni tagħha sabiex tiżgura l-effettività tal-implementazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni, kif ukoll tal-projbizzjoni tal-ksur tagħhom (50). Il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà in solidum, fil-fatt, billi jwessa’ l-għadd ta’ persuni li mingħandhom il-Kummissjoni tista’ titlob il-ħlas tal-multa kollha, jiffavorixxi l-eżekuzzjoni effettivi tas-sanzjonijiet billi jnaqqas ir-riskju ta’ insolvenza u ta’ tranżazzjonijiet frawdolenti magħmula għall-evażjoni tal-ħlas tagħha, u jipparteċipa għalhekk, kif wara kollox huwa rrilevat fil-punt 151 tas-sentenza appellata, fl-għan ta’ dissważjoni intiż sabiex tkun żgurata l-osservanza tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni min-naħa tal-impriżi (51).

53.      Is-setgħa li tissanzjona iktar minn kumpannija waħda li jipparteċipaw fl-istess impriża għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni permezz tal-impożizzjoni ta’ rabta (esterna) ta’ responsabbiltà in solidum bejniethom taqa’ għalhekk, fil-fehma tiegħi, mingħajr dubju taħt il-kuntest tas-setgħa li tissanzjona tal-Kummissjoni kif ikkontemplat fl-Artikolu 103(2)(a) TFUE u kkonkretizzat fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, li wara kollox ma huwiex ikkontestat f’din il-kawża.

54.      Għal dak li jirrigwarda b’mod speċifiku r-relazzjonijiet hekk imsejħa ta’ responsabbiltà in solidum interna, nosserva li, la mit-test, u lanqas mir-ratio tal-Artikolu 103(2)(a) TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, ma jirriżulta ebda element li jimpedixxi lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa tagħha li timponi multi lill-impriżi għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni, milli tiddetermina s-sehem li kull kodebitur ikkundannat in solidum għall-ħlas ta’ multa għandu jbati, sa fejn hija jidhrilha neċessarju, fil-każ partikolari, sabiex tiżgura li jintlaħaq l-għan marbut mal-eżerċizzju tas-setgħa li tissanzjona, jiġifieri li tiżgura l-osservanza tal-projbizzjonijiet li hemm fid-dispożizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, sa fejn dan huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan, ma tistax, fil-fehma tiegħi, tiġi mċaħħda lill-Kummissjoni b’mod astratt il-kompetenza, fil-kuntest tas-setgħa li tissanzjona tagħha, li tiddetermina t-tqassim intern tal-multa bejn kodebituri in solidum (52).

55.      Anzi jidhirli li f’ċerti każijiet, id-determinazzjoni tas-sehem tad-debituri kkundannati in solidum għall-ħlas tal-multa hija, fil-fehma tiegħi, neċessarja minħabba rekwiżiti relattivi għall-osservanza ta’ prinċipji bħal dawk taċ-ċertezza legali jew tal-individwalità tal-pieni, bħal pereżempju fil-każ — analizzat iktar fid-dettall fil-kuntest tat-tielet aggravju (53) — fejn, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni, l-entità ekonomika li wettqet il-ksur ma tkunx għadha teżisti fil-forma li kienet teżisti meta seħħ il-ksur u l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tissanzjona in solidum għal dan il-ksur persuni ġuridiċi li ma għadhomx marbuta b’rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u ġuridiċi tali sabiex tkun iġġustifikata l-parteċipazzjoni fl-istess impriżi fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni.

56.      F’dawn iċ-ċirkustanzi, madankollu inqis li ma jistax ikun ikkunsidrat li hija l-Kummissjoni li għandha tiddetermina b’mod sistematiku r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum tal-multa u inqas u inqas li hija tkun suġġetta għal obbligu f’dan ir-rigward. Normalment u b’eċċezzjoni ta’ każi speċifiċi, din id-determinazzjoni ma għandhiex, fil-fatt, ratio simili għal dak imsemmi fil-punt 52 iktar ’il fuq, li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ rabtiet ta’ responsabbiltà in solidum esterna. Fil-fatt, ladarba titħallas il-multa minn waħda mill-persuni li jikkostitwixxu l-impriża u li ġew ikkundannati in solidum, u ladarba għalhekk huwa żgurat il-ġbir effettiv tas-sanzjoni prevista għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni, il-għanijiet tal-garanzija tal-effettività tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli u ta’ dissważjoni ta’ ksur futur tas-setgħa li tissanzjona mogħtija lill-Kummissjoni huma normalment milħuqa, b’tali mod li d-determinazzjoni tar-relazzjonijiet ta’ responsabbiltà in solidum interna bejn il-kodebituri in solidum tal-multa ma tidhirx li ġeneralment hija neċessarja sabiex jintlaħqu dawn il-għanijiet.

57.      F’dan ir-rigward għandu jitfakkar ukoll li, kif irrilevat b’mod kostanti mill-ġurisprudenza, id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jirrigwarda l-attività tal-impriżi (54) li huma d-destinatarji tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni. Għalhekk dawn ir-regoli ma jirregolawx, bħala prinċipju, ir-relazzjonijiet bejn l-entitajiet li jikkostitwixxu l-impriża.

58.      Barra minn hekk, fil-prattika għandu jkun osservat li l-impożizzjoni ta’ obbligu ġenerali fuq il-Kummissjoni li tiddetermina f’kull każ is-sehem ta’ responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi li jagħmlu parti mill-unjoni ekonomika li wettqet il-ksur ikkundannati in solidum għall-ħlas tal-multa relattiva tirriskja li tnaqqas b’mod kunsiderevoli l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni u b’hekk tpoġġi f’riskju l-effettività tal-implementazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni (55) li madankollu, kif irrilevat fil-punt 52 iktar ’il fuq, huwa fir-realtà intiż l-istrument legali tar-responsabbiltà in solidum.

59.      Fl-aħħar nett inqis għalhekk li ma jistax ikun miċħud b’mod astratt li l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha li timponi sanzjonijiet, tista’ tiddetermina t-tqassim intern tal-multa bejn il-kodebituri in solidum (jiġifieri r-relazzjonijiet msejħa tar-responsabbiltà in solidum interna). Madankollu, sa fejn l-aġir tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa mogħtija lilha mit-Trattati huwa rregolat, skont il-prinċipju fuq imsemmi ta’ proporzjonalità, sa fejn huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan proprju ta’ din is-setgħa, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina r-relazzjonijiet ta’ responsabbiltà interna bejn il-kodebituri in solidum tal-multa esklużivament sa fejn dan huwa neċessarju sabiex tilħaq dan il-għan, jiġifieri li tiggarantixxi l-osservanza tal-projbizzjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni. Hija għandha tevalwa skont il-każi l-bżonn li ssir din id-determinazzjoni, ħlief fil-każijiet fejn, bħal dak imsemmi fil-punt 55 iktar ’il fuq u diskuss iktar fid-dettall fil-punti 83 et seq , dan l-eżerċizzju huwa neċessarju.

60.      Għaldaqstant jirriżulta li fil-fehma tiegħi, minn naħa, ma nistax naqbel mal-argument tal-Kummissjoni li tiċħad b’mod assolut l-eżistenza ta’ kompetenza ta’ din in-natura favur tagħha, u min-naħa l-oħra, lanqas ma jista’ jingħad, kif jirriżulta mill-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata, li hija l-Kummissjoni li għandha b’mod ġenerali tiddetermina l-ishma tal-kodebituri in solidum ikkundannati għall-ħlas tal-multa.

b)      Dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

61.      Għal dak li jirrigwarda, madankollu, il-qasam ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali, għandu jkun osservat li dawn jistgħu jintervjenu b’diversi modi fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni (56) u dan skont il-prerogattivi mogħtija lilhom mil-leġiżlazzjonijiet rispettivi nazzjonali. Dawn jistgħu, fil-fatt, jintalbu japplikaw dawn ir-regoli f’tilwim bejn individwi jew inkella jistgħu jintervjenu bħala awtoritajiet inkarigati mill-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli fl-interess pubbliku, jew, ukoll, bħala qrati, aditi b’rikorsi kontra deċiżjonijiet amministrattivi.

62.      Madankollu, il-funzjoni speċifika proprja tal-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni tikkonsisti fil-protezzjoni tad-drittijiet suġġettivi ggarantiti minn dawn ir-regoli f’tilwim bejn individwi (57). Il-qrati nazzjonali għandhom taħt dan l-aspett rwol kumplimentari u differenti meta mqabbel ma’ dak tal-applikazzjoni b’mod amministrattiv, fl-interess pubbliku, tar-regoli Komunitarji ta’ kompetizzjoni (58).

63.      Għalhekk, preliminarjament nosserva li kemm l-approċċ segwit mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata (59), kif ukoll dak segwit mill-Kummissjoni fl-appell tagħha, jitilqu mill-idea tal-eżistenza ta’ kompetenza esklużiva li tiddetermina s-sehem ta’ kull kodebitur in solidum tal-multa li skont il-Qorti Ġenerali tappartjeni lill-Kummissjoni u din min-naħa l-oħra ssostni li tappartjeni lill-qrati nazzjonali. Ma nara però ebda raġuni għalfejn huwa strettament neċessarju li jkun adottat approċċ intiż sabiex jagħti minn qabel lil xi korp kompetenza esklużiva li teskludi l-eżistenza tal-kompetenza fl-ieħor. F’dan ir-rigward, nosserva anzi li s-sistema ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni hija bbażata — iktar u iktar wara l-modernizzazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli permezz tar-Regolament Nru 1/2003 — fuq sistema ta’ kompetenzi kompetittivi u paralleli tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri (inklużi l-qrati nazzjonali) (60).

64.      F’tali perspettiva nqis għalhekk li, fejn f’kawża quddiem qorti nazzjonali jitqajmu kwistjonijiet dwar ir-relazzjonijiet ta’ responsabbiltà in solidum interna għall-ħlas ta’ multa għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni li jinkludu l-bżonn li jkunu protetti d-drittijiet suġġettivi tal-kodebitur, il-qorti nazzjonali tista’ tkun ikkunsidrata li għandha ġurisdizzjoni sabiex issolvi dawn il-kwistjonijiet, bil-kundizzjoni li dawn ma kinux diġà s-suġġett ta’ eżerċizzju min-naħa tal-Kummissjoni tal-kompetenza tagħha f’dan ir-rigward.

65.      Barra minn hekk f’dan l-istadju għandu jkun iċċarat ukoll jekk — u b’liema dritt — il-kodebitur in solidum li ħallas il-multa kollha lill-Kummissjoni għandux dritt suġġettiv kontra l-kodebituri l-oħra għall-irkupru tas-sehem tagħhom tal-multa li, fil-każ fejn il-kwistjoni tar-responsabbiltà in solidum interna ma kinitx ittrattata mill-Kummissjoni, tista’ tkun argumentata quddiem qorti nazzjonali.

66.      F’dan ir-rigward, nippremetti li naqbel mal-Qorti Ġenerali meta, fil-punt 155 tas-sentenza appellata, tiddikjara li “il-kunċett ta’ “ħlas in solidum ta’ multi” huwa kunċett awtonomu [tad-dritt tal-Unjoni] li għandu jiġi interpretat b’referenza għall-għanijiet u għas-sistema tad-dritt tal-kompetizzjoni li fiha hija tipparteċipa”. Mill-kunsiderazzjonijiet li għamilt iktar ’il fuq fil-punti 52 sa 59 jirriżulta b’mod inekwivoku li l-kunċett ta’ responsabbiltà in solidum għandu jkun interpretat fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet u din is-sistema (61).

67.      Irrispettivament minn dan, għandu madankollu jkun osservat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkundanna konġuntivament in solidum iktar minn persuna waħda għall-ħlas ta’ multa tipproduċi mingħajr dubju dawk l-effetti legali li jistgħu joħolqu relazzjonijiet ta’ debitu/kreditu bejn dawn il-persuni. Fil-fatt, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni toħloq obbligu konġunt u in solidum fuq dawk il-persuni kollha għall-ħlas tal-multa. Il-ħlas min-naħa ta’ waħda minn dawn il-persuni tal-ammont kollu tal-multa li għaliha hija kkundannata konġuntivament ma’ persuni oħra, u b’hekk jeħles lill-kodebituri l-oħra mill-ammont totali lejn il-Kummissjoni, iqajjem konsegwentement dritt ta’ irkupru favur il-kodebitur li jkun ħallas. Dan id-dritt jidhirli li huwa l-konsegwenza loġika tal-ħlas min-naħa ta’ persuna waħda ta’ debitu li għaliha hija suġġetta konġuntivament u in solidum ma’ persuni oħra, li kienu kkundannati għall-istess aġir unitarju illegali kommess bi ksur ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni (b’mod speċifiku dik dwar il-kompetizzjoni).

68.      Madankollu, dan id-dritt ta’ irkupru ma jistax, fil-fehma tiegħi, ikun meqjus bħala dritt mogħti lil dawk suġġetti għad-dritt tal-Unjoni li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati għandhom jiggarantulhom il-protezzjoni ġurisdizzjonali (62). Fil-fatt ma nara ebda element li jwassalni sabiex isostni li r-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni jagħtu direttament lill-kodebitur in solidum dritt għar-rimbors tal-ishma tagħhom mingħand il-kodebituri l-oħra tal-multa mħallsa minnu fl-intier tagħha. Jidhirli min-naħa l-oħra, li pjuttost jitratta minn sempliċi dritt ta’ kreditu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ obbligu, li jirriżulta minn att tal-Unjoni, impost konġuntivament fuq iktar minn persuna waħda. L-eżistenza u l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ta’ kreditu ma humiex għalhekk, fil-fehma tiegħi, regolati mid-dritt tal-Unjoni iżda jaqgħu fil-kuntest tad-dritt nazzjonali.

69.      Hija għalhekk il-qorti nazzjonali adita minn kawża ta’ irkupru, skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali, li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eventwali eżistenza tad-dritt ta’ irkupru favur il-kodebitur in solidum li ħallas il-multa kollha kemm hi, kif ukoll tapplika r-regoli relattivi kemm sostantivi kif ukoll proċedurali neċessarji għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt. Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġuridizzjoni l-qorti nazzjonali tista’ mingħajr dubju jekk neċessarju tagħmel użu mill-istrumenti ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni pprovduti mir-Regolament Nru 1/2003.

70.      Il-qorti nazzjonali tista’ b’mod evidenti tiddetermina d-dritt tal-kodebitur għall-irkupru, u għalhekk tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum għall-multa, biss sa fejn din id-determinazzjoni ma tkunx diġà saret mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha skont il-kriterju indikat fil-punt 59 iktar ’il fuq. F’dan l-aħħar każ, ir-rwol tal-qorti nazzjonali jkun limitat sabiex tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni.

c)      Konklużjoni fuq l-ewwel aggravju

71.      Bħala konklużjoni, għal dak li jirrigwarda din il-kawża, minn dak kollu kkunsidrat iktar ’il fuq jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, sa fejn il-Qorti Ġenerali stabiliet, fil-punt 157 tas-sentenza appellata, li hija esklużivament il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li timponi multi, li għandha tiddetermina l-ishma tal-multa rispettivi tal-kumpanniji differenti li ġew ikkundannati in solidum u li dan il-kompitu ma jistax jitħalla għall-qrati nazzjonali, hija għamlet żball ta’ liġi. Il-konsegwenzi konkreti ta’ dan l-iżball ser ikunu diskussi sussegwentement fil-punti 125 et seq.

2.      Fuq it-tielet u s-seba’ aggravju dwar, rispettivament, żbalji ta’ liġi fl-interpretezzjoni tal-prinċipji ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet u ta’ responsabbiltà tal-impriżi għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni bil-konsegwenza ta’ preġudizzju għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiddetermina l-persuni suġġetti għad-dritt li fuqhom ser timponi r-responsabbiltà għall-ksur, rispettivament

72.      Ladarba ġew iċċarati l-kwistjonijiet dwar il-kompetenza, li għandhom natura loġikament preliminari meta mqabbla mal-kwistjonijiet l-oħra, inqis li huwa opportun li jiġi eżaminat issa t-tielet aggravju ppreżentat mill-Kummissjoni, kif ukoll b’mod konġuntiv is-seba’ aggravju li jidhirli li jikkostitwixxi appendiċi tat-tielet aggravju. Dawn l-aggravji jqajmu, fil-fatt, xi kwistjonijiet fundamentali ta’ prinċipju li fil-fehma tiegħi għandhom ikunu analizzati qabel ma jiġu ttrattati l-aggravji l-oħra.

73.      Permezz tat-tielet aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li mill-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet jirriżulta li kull destinatarju ta’ deċiżjoni li tikkundannah għall-ħlas in solidum ta’ multa għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni għandu jkun jista’ jiddeduċi minn dik id-deċiżjoni s-sehem li huwa għandu jbati fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri in solidum ladarba jkun sar il-ħlas lill-Kummissjoni. Id-determinazzjoni tar-responsabbiltà individwali ta’ kull kumpannija abbażi tad-determinazzjoni tas-sehem ta’ kull kodebitur in solidum imposta mill-Qorti Ġenerali fuq il-Kummissjoni hija, skont din l-istituzzjoni, inkompatibbli mal-kunċett ta’ impriża bħala destinatarja tal-projbizzjonijiet tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u bħala dik responsabbli mill-ksur tal-projbizzjonijiet hemm previsti. Permezz tas-seba’ aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-obbligu impost mill-Qorti Ġenerali fuq il-Kummissjoni jippreġudika wkoll indebitament is-setgħa tagħha li tiddetermina dawk is-suġġetti għad-dritt li fuqhom tiġi imposta, fi ħdan l-impriża, ir-responsabbiltà tal-ksur.

74.      Qabelxejn għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet, li fuqu, kif jirriżulta mill-punt 20 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali bbażat fil-punt 153 tas-sentenza appellata r-rekwiżit tal-Kummissjoni li tiddetermina s-sehem ta’ kull kumpannija kodebitriċi għall-ħlas tal-multa, huwa l-korollarju tal-prinċipju tar-responsabbiltà personali, u, flimkien miegħu, jikkostitwixxi, garanzija fundamentali tad-dritt kriminali li jillimita l-eżerċizzju tal-jus puniendi tal-poteri pubbliċi (63). Dawn il-prinċipji huwa applikati fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, anki b’riferiment għall-persuni ġuridiċi (64), minħabba n-natura “kważi kriminali” tas-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni sabiex jippenalizzaw aġir antikompetittiv (65).

75.      B’mod partikolari, permezz tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, li huwa konsegwenza tal-prinċipju ta’ ħtija (66), kulħadd huwa responsabbli biss għall-aġir tiegħu stess (67). Skont il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet, b’mod iktar speċifiku, persuna tista’ tkun issanzjonata esklużivament għall-fatti li tkun akkużata bihom individwalment (68). Skont dan il-prinċipju, għalhekk, huwa biss l-awtur tal-ksur li jista’ jingħata sanzjoni għal dan il-ksur (69) u konsegwentement, din is-sanzjoni piena ma tistax tingħata lil persuna oħra li ma hijiex dik ħatja (70).

76.      Barra minn hekk, kif diġà rrilevajt iktar ’il fuq fil-punt 57, id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jirrigwarda l-attività tal-impriżi. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ impriża jinkludi kull entità li twettaq attività ekonomika, indipendentament mill-istatus legali tal-entità u l-mod li bih tiġi ffinanzjata (71). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja, ippreċiżat ukoll li l-kunċett ta’ impriża, li jinsab f’tali kuntest, għandu jinftiehem fis-sens li jindika unità ekonomika — mill-perspettiva tal-akkordju — anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika hija magħmula minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi (72).

77.      Dejjem skont ġurisprudenza stabbilita fejn tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, tali entità ekonomika għandha, skont il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, tirrispondi għal tali ksur (73). Minn dan jirriżulta li l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali japplika in primis għall-impriża, li peress li hija d-destinatarja tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni, jekk twettaq, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur ta’ dawn ir-regoli għandha, bħala entità ekonomika unitarja u għalkemm ma għandhiex neċessarjament suġġettività legali proprja, tirrispondi personalment (74).

78.      Madankollu, meta l-impriża li twettaq il-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni hija kkostitwita minn persuni ġuridiċi differenti, tqum il-kwistjoni tas-suġġett jew tas-suġġetti li jistgħu jintalbu jirrispondu b’mod konkret għal dan il-ksur, billi tiġi imposta lilhom multa. Fil-fatt, għalkemm ir-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni huma intiżi għall-impriżi u huma immedjatament applikabbli għalihom, irrispettivament mill-organizzazzjoni jew forma ġuridika tagħhom, madankollu min-neċessità tal-effettività tal-implementazzjoni ta’ dawn ir-regoli jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni intiża sabiex tipprevjeni u tissanzjona l-ksur għandha tkun indirizzata lil suġġetti-persuni konkreti li huwa possibbli li teżegwixxi fil-konfront tagħhom sabiex tikseb il-ħlas tal-multa relattiva (75).

79.      Hija proprju din id-duwalità bejn il-kunċett ta’ impriża għala unità ekonomika destinatarja tar-regoli ta’ kompetizzjoni, minn naħa, u l-persuni ġuridiċi li, peress li kkundannati għall-ħlas tal-multa, jirrispondu b’mod konkret għall-ksur, min-naħa l-oħra, li tiġġenera ċerta inċertezza rigward il-kamp ta’ applikazzjoni konkreta tal-prinċipji fuq imsemmija, li nonostante l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 77 iktar ’il fuq, jiġu applikati mhux lill-impriża fiha nnifisha, iżda lill-persuni ġuridiċi li jikkostitwixxuha (76).

80.      F’dan ir-rigward inqis madankollu li jista’ jkun ikkunsidrat li, fil-każ ta’ impriża kkostitwita minn persuni ġuridiċi differenti, is-suġġetti li pparteċipaw fl-akkordju, kif ukoll il-persuna li teżerċita influwenza deċiżiva fuqhom jistgħu jkunu kkunsidrati kollettivament bħala suġġetti ġuridiċi li huma komponenti ta’ impriża unitarja għall-finijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni li jistgħu jitqiesu responsabbli għall-aġir ta’ dik l-impriża (77). Għalhekk meta l-Kummissjoni taċċerta li l-impriża tkun wettqet, intenzjonalment jew b’negliġenza, ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, hija tista’ tikkonstata r-responsabbiltà personali komuni tas-suġġetti ġuridiċi kollha li jikkostitwixxu l-unità ekonomika (78) u li, permezz ta’ aġir unitarju, ipparteċipaw direttament jew indirettament (79) fit-twettiq tal-ksur.

81.      Huwa proprju minħabba dan li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li huwa konformi mal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali — kif ukoll għall-għan tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni — li l-persuni ġuridiċi li pparteċipaw fil-ksur jintalbu jirrispondu in solidum u, flimkien magħhom, il-persuna li eżerċitat influwenza deċiża fuqhom, u dan proprju sa fejn dawn il-persuni jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika u, għalhekk, jifformaw impriża waħda fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fil-punt 76 (80). Dejjem minħabba l-fatt li huma jappartjenu lill-istess impriża, u dejjem sabiex tkun iggarantita l-effettività tal-eżekuzzjoni tas-sanzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali li tiddeċiedi jekk tissanzjonax biss lis-sussidjarja li pparteċipat fil-ksur, jew biss il-kumpannija parent li kellha l-kontroll tagħha matul il-perijodu ta’ parteċipazzjoni fil-ksur (81) jew inkella tissanzjonahomx it-tnejn in solidum (82).

82.      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, kif ukoll mir-ratio tal-mekkaniżmu tar-responsabbiltà in solidum indikat iktar ’il fuq fil-punt 52, jirriżulta li l-fakultà rrikonoxxuta mill-ġurisprudenza lill-Kummissjoni li tikkundanna iktar minn persuna waħda in solidum għall-ħlas ta’ multa għal ksur tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni toriġina mill-kunċett ta’ impriża stess u hija ġġustifikata biss meta s-suġġetti inkwistjoni jifformaw parti — jew kienu jifformaw parti — mill-entità ekonomika unitarja li għandha tirrispondi għal dan il-ksur. Fi kliem ieħor, rekwiżit sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkundanna in solidum għall-ħlas ta’ multa imposta għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huwa li s-suġġetti kkundannati in solidum jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika li wettqet dan il-ksur u għandha għalhekk tirrispondi personalment (83). Dawn is-suġġetti ġuridiċi li jikkostitwixxu impriża unitarja fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni jistgħu għalhekk ikunu kkunsidrati responsabbli personalment u eventwalment in solidum għall-aġir tal-istess impriża (84).

83.      Madankollu, x’jiġri jekk persuna ġuridika waħda (jew iktar) minn dawk li pparteċipaw fil-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bħala parti minn unità ekonomika, ma tibqax tagħmel parti minnha — bħal f’dan il-każ fir-rigward ta’ SEHV u Magrini — wara ċessjoni li sseħħ matul il-perijodu li fih l-akkordju kien fis-seħħ, b’tali mod li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija ma kinitx għadha parti mill-unità ekonomika li wettqet il-ksur? Il-Kummissjoni tista’ xorta tikkundanna lil dik il-persuna ġuridika għall-imsemmi ksur in solidum mas-suġġetti li magħhom kienet tifforma parti mill-entità ekonomika unitarja?

84.      Inqis l-ewwel nett li, f’każ bħal dan, bl-applikazzjoni ta’ dak stabbilit iktar ’il fuq fil-punt 80 is-suġġetti ġuridiċi li kienu jikkostitwixxu l-unità ekonomika jżommu r-responsabbiltà personali konġunta għall-atti mwettqa mill-entità ekonomika li minnha kienu jifformaw parti matul il-perijodu tal-eżistenza tagħha (85). Barra minn hekk, peress li hija l-unità tal-aġir tal-entità ekonomika fuq is-suq li tiġġustifika l-imputazzjoni in solidum tal-aġir illegali kollu lil kull waħda mill-persuni ġuridiċi li jifformaw parti minnha jew li kienu jifformaw parti minnha meta tali aġir kien fis-seħħ, dawn jibqgħu responsabbli esternament lejn il-Kummissjoni, għall-ħlas tal-multa kollha kemm hi (86).

85.      Madankollu, meta l-unità ekonomika fil-forma li fiha kienet teżisti meta twettaq il-ksur ma tkunx għadha teżisti fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fil-każ ta’ kundanna in solidum għall-ħlas tal-multa, il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni jimponi, fil-fehma tiegħi, rekwiżit ta’ ċertezza tad-dritt dwar id-determinazzjoni tas-sanzjoni għas-suġġetti li ma jikkostitwixxux iktar unità ekonomika. Dawn is-suġġetti, għalkemm jibqgħu responsabbli, esternament lejn il-Kummissjoni għall-ħlas tal-multa kollha għall-ksur imwettaq mill-impriża, peress li ma għadhomx jiffurmaw parti minnha fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, għandhom ikunu jafu s-sehem li għandhom ibatu internament fir-relazzjonijiet mal-kodebituri tagħhom in solidum li magħhom ma għandhomx iktar rabta, ekonomika, organizzattiva u ġuridika biżżejjed sabiex tiġġustifika l-inklużjoni magħhom f’unità ekonomika (87).

86.      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-każ fejn, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha fuq imsemmija li tiddeċiedi liema mis-suġġetti responsabbli f’impriża tissanzjona għall-aġir li l-impriża hija responsabbli tiegħu, il-Kummissjoni trid tistabilixxi responsabbiltà in solidum bejn is-suġġetti li kienu jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument tat-twettiq tal-ksur, iżda li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, ma kinux għandhom jifformaw parti mill-istess unità ekonomika, tali istituzzjoni ma tistax taħrab mill-obbligu li tistabbilixxi s-sehem tal-multa li s-suġġett li ma għadx għandu rabtiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fl-unità ekonomika għandu jbati fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri l-oħra. F’dan ir-rigward, għandu jkun irrilevat li l-fatt li tissanzjona in solidum dawn is-suġġetti jikkostitwixxi biss fakultà mħollija għall-evalwazzjoni diskrezzjonali tal-Kummissjoni (88).

87.      Fid-dawl ta’ dan, inqis li jekk il-Kummissjoni tagħżel li ssegwi din it-triq, ser tkun neċessarja li hija tagħmel analiżi każ b’każ sabiex ikun iddeterminat il-livell ta’ responsabbiltà ta’ ħtija li għandu dak is-suġġett fil-kuntest tal-aġir unitarju tal-impriża. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stess issemmi serje ta’ ċirkustanzi, li għalkemm kienu miċħuda mill-ġurisprudenza għall-analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ influwenza deċiżiva ta’ kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha, jistgħu madankollu jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tar-responsabbiltà ta’ ħtija relattiva bejn kumpannija parent u sussidjarja. Il-Kummissjoni ssemmi b’mod speċifiku l-fatt li l-kumpannija parent ma pparteċipatx direttament fil-ksur, il-fatt li hija ma għandhiex interessi fis-settur fejn jopera l-akkordju, il-fatt li ma kinitx taf bil-ksur jew il-fatt li l-kumpanniji sussidjarji, minkejja l-istruzzjonijiet sabiex ma jipparteċipax fl-aġir xorta waħda pparteċipaw (89). Naħseb b’hekk li, b’mod simili għal dak li jiġri għall-bqija tad-determinazzjoni tal-multi, għandha tiġi rrikonoxxuta ċerta marġni ta’ diskrezzjoni lill-Kummissjoni, skont il-karatteristiċi ta’ kull każ, fl-evalwazzjoni tar-rilevanza u tal-importanza ta’ dawn il-fatturi, li, fil-fehma tiegħi, ma jistgħux ikunu suġġetti ta’ lista eżawrjenti u vinkolanti.

88.      In-neċessità ta’ analiżi każ b’każ, li tirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ responsabbiltà personali u ta’ individwalità tal-pieni, jidhirli li teskludi l-possibbiltà li tkun prevista regola bħal dik stabbilita mill-Qorti Ġenerali fil-punti 158 u 159 tas-sentenza appellata li tipprovdi li, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-livell ta’ responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi differenti għall-parteċipazzjoni fl-impriża, għandu jkun ikkunsidrat li huma responsabbli indaqs. Din ir-regola, li donnha ġiet mislufa mill-Qorti Ġenerali mill-kuntest tal-obbligu in solidum tad-dritt ċivili previst fl-ordinament ta’ xi Stati Membri (90) mhux biss ma hijiex, fil-fehma tiegħi, kompatibbli mal-prinċipji fuq imsemmija ta’ responsabbiltà personali u ta’ individwalità tal-pieni (91) sa fejn tipprevedi xi tip ta’ preżunzjoni ta’ responsabbiltà ndaqs bejn il-kodebituri in solidum tal-multa għall-parteċipazzjoni f’aġir unitarju tal-impriża li ma huwiex neċessarjament l-istess għas-suġġetti kollha involuti, iżda għall-kuntrarju ma għandha ebda bażi legali, jew almenu bażi ta’ prinċipju, adegwat. Sabiex tistabilixxi regola bħal din, fil-fehma tiegħi, ma huwiex biżżejjed riferiment ġenerali għall-qafas ġuridiku tal-obbligu tad-dritt ċivili mingħajr kwalunkwe spjegazzjoni oħra rigward ir-raġunijiet li għalihom prinċipju li jirriżulta minn din is-sistema li japplikaw fil-qasam tal-kompetizzjoni meta, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali stess, in-natura tal-obbligu tal-ħlas imposta fuq il-kumpanniji li fuqhom il-Kummissjoni imponiet il-multa li għandha titħallas in solidum minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni hija differenti minn dik tal-kodebituri ta’ dritt privat.

89.      F’dan ir-rigward ikolli nammetti wkoll li għandi ċerta diffikultà sabiex nirrikonoxxi r-rilevanza tar-riferiment, ipprovdut fil-punt 158 tas-sentenza appellata u fil-punti 100 u 101 tas-sentenza Aristrain vs Il-Kummissjoni (92). Fil-fatt, f’dik is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja bl-ebda mod ma rrikonoxxiet il-prinċipju stabbilit mill-Qorti Ġenerali f’dak il-punt tas-sentenza appellata. Hija pjuttost ikkritikat lill-Qorti Ġenerali talli ssanzjonat id-difett ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet imponiet multa fuq kumpannija u ddikjaratha responsabbli għall-aġir ta’ kumpannija oħra marbuta magħha mingħajr li ma kinitx ipprovata l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejniethom (93). F’dan il-każ għaldaqstant lanqas ma hemm il-kundanna in solidum ta’ iktar minn suġġett wieħed.

90.      Il-bżonn ta’ ċertezza legali dwar id-determinazzjoni tas-sanzjoni bħal dawk imsemmija fil-punt 85 jidhirli li min-naħa l-oħra huwa iktar limitat fil-każ fejn, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni, is-suġġetti ssanzjonati in solidum ikomplu jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika, jiġifieri mill-istess impriża, li wettqet il-ksur. Fil-fatt, għalkemm li ma jistax jiġi eskluż b’mod assolut li jqum tilwim bejn is-suġġetti li kienu jifformaw l-istess entità ekonomika unitarja kkundannati in solidum fir-rigward tas-sehem tal-multa li kull waħda minnhom għandha tħallas, dawn il-kwistjonijiet jistgħu jidħlu ġeneralment f’perspettiva intragrupp. Sakemm l-unità ekonomika ma titkissirx hija qabel kollox l-impriża bħala tali li hija responsabbli personalment għat-twettiq tal-ksur u l-fakultà rrikonoxxuta lill-Kummissjoni sabiex tikkundanna in solidum għall-ħlas tal-multa relattiva ma hijiex suġġetta għar-rekwiżiti ta’ ċertezza legali simili għal dawk li jseħħu fil-każ ta’ tkissir tal-unità ekonomika. Wara kollox, kif diġà ġie rrilevat iktar ’il fuq fil-punti 57 u 76, ir-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni ma jirregolawx, fil-prinċipju, ir-relazzjonijiet bejn l-entitatjiet li jikkostitwixxu l-impriżi.

91.      Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha inqis li fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li jirriżulta mill-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet li kull destinatarju ta’ deċiżjoni li tikkundannah iħallas in solidum multa għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni għandu jkun jista’ dejjem jiddeduċi minn dik id-deċiżjoni s-sehem li huwa għandu jbati fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri in solidum ladarba jkun sar il-ħlas lill-Kummissjoni u billi stabbilixxiet sussegwentement b’mod konkret, abbażi ta’ din il-kunsiderazzjoni u tar-regola tat-tqassim indaqs, is-sehem tal-multa għal kull kumpannija differenti inkwistjoni (94). Madankollu, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriulta wkoll li, fil-każ ta’ kundanna in solidum ta’ suġġetti li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ma kinux għadhom jiffurmaw parti mill-unità ekonomika li wettqet il-ksur, issir neċessarja determinazzjoni tas-sehem tagħhom mill-multa. Il-konsegwenzi konkreti ta’ dan l-iżball ser ikunu diskussi sussegwentement fil-punti 125 et seq.

3.      Dwar it-tieni aggravju li jipprovdi li l-Qorti Ġenerali eċċediet is-setgħat mogħtija lilha mill-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha

92.      Il-Kummissjoni targumenta li, billi interpretat l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 fis-sens li dan jinkludi wkoll is-setgħa, jew saħansitra l-obbligu, li tirregola l-kwistjonijiet dwar ir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum tal-multa u billi abbażi ta’ dan iddeterminat b’mod konkret l-ishma tal-kumpanniji appellanti differenti, il-Qorti Ġenerali eċċediet is-setgħat mogħtija lilha mill-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha. Permezz ta’ dan l-aggravju l-Kummissjoni tikkontesta essenzjalment li d-determinazzjoni tas-sehem li kull kodebitur in solidum tal-multa għandu jbati fir-relazzjonijiet interni tiegħu mal-kodebituri oħra taqa’ fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lill-qrati tal-Unjoni mill-Artikoli 261 TFUE u 31 tar-Regolament Nru 1/2003.

93.      F’dan ir-rigward għandu qabel kollox jitfakkar li skont ġurisprudenza illum stabbilita, il-ġurisdizzjoni sħiħa tippermetti lill-Qorti Ġenerali, iktar milli s-sempliċi stħarriġ ta’ legalità, li jippermetti biss li r-rikors għal annullament jiġi miċħud, jew li l-att ikkontestat jiġi annullat, sabiex tirriforma l-att ikkontestat, jiġifieri sabiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni b’tagħha stess, anki jekk l-att ma jiġix annullat, billi tikkunsidra ċ-ċirkustanzi fattwali kollha, sabiex tneħħi, tnaqqas jew iżżid l-ammont tal-multa imposta (95). Il-ġurisdizzjoni sħiħa għandha funzjoni ta’ garanzija supplimentari għall-impriżi li l-ammont tal-multa li hija imposta fuqhom ikun suġġett għall-istħarriġ l-iktar rigoruż minn qorti indipendenti u imparzjali (96).

94.      Għalhekk mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali għandha setgħa sħiħa li trid tirrigwarda l-aspetti kollha relattivi għad-determinazzjoni tal-multa. Inqis madankollu li, sa fejn il-Qorti Ġenerali fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa hija għandha l-kapaċità li “[tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni b’tagħha stess]” (97), dan jista’ jsir biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lil din l-istituzzjoni mit-Trattati. Fi kliem ieħor, fir-riformulazzjoni tas-sanzjoni, il-Qorti Ġenerali ma tistax teżerċita kompetenzi li jeċċedu lil dawk attribwiti lill-Kummissjoni.

95.      Madankollu, fil-kuntest tal-analiżi tal-ewwel aggravju rrilevajt (98), li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tiddetermina t-tqassim intern tal-multa bejn il-kodebituri in solidum biss meta dan ikun neċessarju sabiex tkun iggarantita l-osservanza tal-projbizzjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u li, f’dawn il-każijiet speċifiċi, bħal fil-każ meta hija tissanzjoni in solidum kumpanniji li kienu jiffurmaw parti mill-istess unità ekonomika fil-mument tat-twettiq tal-ksur, iżda li ma kinux għadhom jiffurmaw parti minnha fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, hija għandha tagħmel din id-determinazzjoni. U għalhekk huwa biss f’dawn il-limiti li, fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali tista’ teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fir-rigward tad-determinazzjoni tar-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum.

96.      B’mod konkret, f’dan il-każ, fil-fehma tiegħi hemm bżonn issir distinzjoni bejn il-każ tal-kumpanniji li inizjalment kienu parti mill-grupp Schneider u li sussegwentement, fl-2001, kienu akkwistati mill-grupp VA Tech (jiġifieri SEHV u Magrini) għall-perijodu ta’ wara l-akkwist tagħhom, mill-kumpanniji l-oħra li jiffurmaw parti mill-grupp VA Tech (99).

97.      Fil-fatt, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata l-kumpanniji SEHV u Magrini ma kinux għadhom jiffurmaw parti mill-impriża li kienet tmexxi lil Schneider li l-Kummissjoni riedet tissanzjoni għall-ksur imwettaq fil-perijodu bejn April 1998 u Diċembru 2000. Mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-analiżi tal-ewwel u tat-tielet aggravju jirriżulta li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk il-Kummissjoni riedet tikkundanna lil dawn il-kumpanniji in solidum flimkien mal-kumpannija parent l-antika (jiġifieri Schneider), hija kellha tispeċifika s-sehem tal-multa li kull waħda minn dawn il-kumpanniji kellha tbati fir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum li ma kinux għadhom jiffurmaw parti mill-istess impriża.

98.      Il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tar-riformulazzjoni tal-multa fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha kkundannat in solidum lil Schneider, SEHV u Magrini għal multa totali ta’ EUR 8.1 miljun u ddeterminat l-ishma relattivi li għandhom ibatu fir-relazzjonijiet interni. Peress li fid-dawl ta’ dak irrilevat fil-punt preċedenti, il-Kummissjoni kellha f’każ bħal dan tiddetermina l-ishma, fil-fehma tiegħi ma jistax ikun ikkunsidrat li l-Qorti Ġenerali, billi stabbiliet ir-relazzjonijiet interni bejn tali kodebituri in solidum, eċċediet il-ġurisdizzjoni sħiħa proprja tagħha (100). Barra minn hekk, skont dak li rrilevajt fil-punti 87 u 88 iktar ’il fuq, inqis li, b’applikazzjoni tar-regola tat-tqassim tal-multa f’partijiet indaqs li hija stess kienet stabbiliet fil-punti 158 u 159 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet madankollu żball fid-determinazzjoni ta’ dawn l-ishma.

99.      Għal dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, il-kumpanniji li jifformaw parti mill-grupp VA Tech, ma tirriżulta ebda raġuni li twassal għal konklużjoni li d-determinazzjoni tal-ishma rispettivi tal-multa għal dawn il-kumpanniji hija marbuta man-neċessità li tkun iggarantita l-osservanza tal-projbizzjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni. Wara kollox il-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda indikazzjoni f’dan ir-rigward. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis għalhekk li, billi ddeterminat l-ishma rispettivi li dawn il-kumpanniji għandhom ibatu fir-relazzjonijiet interni tagħhom, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-limiti tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.

100. Fl-aħħar nett, għandha tiġi ttrattata wkoll kwistjoni dwar l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa min-naħa tal-Qorti Ġenerali f’dan il-każ. Fil-fatt il-Kummissjoni turi li, għalkemm irriformulat il-multa, fl-aħħar mill-aħħar il-Qorti Ġenerali ma bidlitx l-ammont totali tal-multa imposta fuq iż-żewġ impriżi ssanzjonati (l-impriża kkostitwita mill-kumpanniji tal-grupp VA Tech (101) u l-impriża kkostitwita minn Schneider, SEHV u Magrini qabel iċ-ċessjoni ta’ dawn (102)). Essenzjalment il-Qorti Ġenerali pproċediet biss għal “tqassim intern” differenti tal-multa bejn il-kumpanniji kodebituri in solidum (103). F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jiġi mistoqsi jekk dan jaqax fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni mogħtija lill-qorti tal-Unjoni mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 li jippermettilha “tħassar, tnaqqas jew jżid” l-ammont tal-multa imposta.

101. Inqis li għandha tingħata risposta pożittiva għal din il-mistoqsija. Fil-fatt, il-ġurisdizzjoni sħiħa tippermetti lill-Qorti Ġenerali li “temenda” l-ammont tal-multa imposta (104). Issa, għalkemm huwa minnu li skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, il-multi għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni huma imposti fuq l-impriżi, bħala destinatarji tar-regoli ta’ kompetizzjoni, huwa minnu wkoll li, kif irrilevat iktar ’il fuq fil-punt 78, meta l-impriża hija kkostitwita minn persuni ġuridiċi differenti, il-ksur jiġi imputat lil dawn tal-aħħar. Għalhekk, fil-każ ta’ annullament tal-multa wara konstatazzjoni ta’ żbalji min-naħa tal-Kummissjoni, huwa fil-fehma tiegħi fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, li kif muri hija sħiħa u tirrigwarda l-aspetti kollha tad-determinazzjoni tas-sanzjoni, li terġa’ tiddetermina l-multa li għalkemm iżżomm ferma l-entità tagħha kif stabbilita mill-Kummissjoni lill-impriża, temenda l-ammont għall-persuni ġuridiċi li fir-realtà għandhom iħallsuha.

102. Barra minn hekk, għal dak li jirrigwarda b’mod speċifiku dan il-każ, għandu wkoll jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali emendat, billi żiditu, l-ammont tal-multa dovut minn żewġ kumpanniji li ma għadhomx jiffurmaw parti mill-impriża li kienet wettqet il-ksur. Fil-fatt, billi żammet lil SEHV u lil Magrini responsabbli in solidum lejn il-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 8.1 miljun minflok EUR 4.5 miljun, il-Qorti Ġenerali emendat, billi żiditu, l-ammont tal-multa dovut minn dawn il-kumpanniji.

103. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, inqis li anki t-tieni aggravju għandu jintlaqa’ sa fejn, minn naħa għal dak li jirrigwarda l-kumpanniji tal-grupp VA Tech, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, u min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda Schneider u SEHV u Magrina qabel iċ-ċessjoni tagħhom fl-2001, hija wettqet żball fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni. Il-konsegwenzi konkreti ta’ dan ser ikunu diskussi sussegwentement fil-punti 125 et seq.

4.      Dwar ir-raba’ aggravju dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ “ne ultra petita

104. Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata kisret il-prinċipju ta’ “ne ultra petita”. Huwa, fil-fatt, fuq inizjattiva proprja tagħha u mingħajr ma kienet mitluba li l-Qorti Ġenerali, minn naħa, fil-punt 157 tas-sentenza appellata tagħha, għamlet konstatazzjoni li tipprovdi li hija l-Kummissjoni li għandha tiddetermina l-ishma ta’ kull debitur in solidum tal-multa, u min-naħa l-oħra, iddeterminat b’mod konkret l-ishma tal-appellanti fil-punti 245, 247, 262 u 263 tas-sentenza appellata fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.

105. F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-qorti tal-Unjoni li għandha tiddeċiedi fuq rikors ta’ annullament hija marbuta mill-prinċipju ta’ “ne ultra petita” li jipprovdi li l-annullament minnha deċiż ma jistax jeċċedi dak mitlub mir-rikorrenti (105).

106. Madankollu, kif irrilevat iktar ’il fuq fil-punt 41, l-analiżi tal-appell hija limitata għad-determinazzjoni tal-ishma tal-multa da parti tal-Qorti Ġenerali fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha. u tal-kunsiderazzjonijiet ta’ dritt magħmula fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata, biss sa fejn huma jikkostitwixxu l-bażi neċessarja u inseparabbli ta’ tali determinazzjoni

107. Issa, kif diġà kelli l-okkażjoni li nsostni wkoll reċentement, inqis li r-regola ta’ “ne ultra petita”, u l-limitazzjoni konsegwenti tas-setgħat tal-qorti għall-kwistjonijiet li jitressqu quddiemha mill-partijiet, għandha rwol limitat ħafna fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa mill-qorti tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 261 TFUE (106). Fil-fatt, ladarba tkun mitluba mill-partijiet evalwazzjoni ġdida tal-ammont tal-multa, il-Qorti Ġenerali għandha titqies awtorizzata, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha, li tagħmel analiżi sħiħa “tal-mertu” dwar l-ammont tal-multa li jestendi lil hinn mir-rabtiet intrinsiċi tal-istħarriġ tal-legalità (107).

108. F’dan il-każ, minbarra l-fatt li d-determinazzjoni tal-ammont ta’ kull sehem tista’, fil-fehma tiegħi, tiġu kkunsidrata bħala koperta f’talba għal emenda tal-multa, għandu jiġi rrilevat fi kwalunkwe każ li quddiem il-Qorti Ġenerali r-rikorrenti kollha kkontestaw l-ammont tal-multa imposta fuqhom u talbu li din titnaqqas għal raġunijiet relatati mal-impożizzjoni mill-Kummissjoni ta’ rabta in solidum, u dan b’hekk jimplika b’mod pjuttost espliċitu(108) l-kwistjoni tar-relazzjonijiet interni bejn is-suġġetti marbuta b’din il-konnnessjoni.

109. Isegwi, fil-fehma tiegħi, li, f’dan il-każ, il-prinċipju ta’ “ne ultra petita” ma setax jimpedixxi lill-Qorti Ġenerali milli tagħmel kunsiderazzjoni tad-dritt bħal dik magħmula fil-punt 157 tas-sentenza appellata u li tiġbed sussegwentement il-konsegwenzi relattivi fil-kuntest tar-riformulazzjoni tal-multa fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha. Dan ma jbiddel xejn mill-fatt li nqis li din il-kunsiderazzjoni, kif ukoll l-imsemmija determinazzjoni huma vvizzjati bi żball ta’ liġi u li l-Qorti Ġenerali eċċediet parzjalment il-limiti tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha (109).

110. Abbażi ta’ dan li ntqal, fil-fehma tiegħi, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud.

5.      Dwar il-ħames aggravju dwar ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju

111. Skont il-Kummissjoni l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju peress li ma tatx opportunità li tesprimi ruħha rigward l-interpretazzjoni li hija riedet tagħti lill-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 fis-sens li imponiet fuqha obbligu li tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum. B’dan il-mod il-Qorti Ġenerali imponiet obbligi totalment ġodda fuq il-Kummissjoni mingħajr ma din kellha l-possibbiltà suffiċjenti li tieħu pożizzjoni dwarhom.

112. Għandu qabelxejn jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ kontradittorju, li jagħmel parti mid-drittijiet tad-difiża u li l-qrati tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li jiġi osservat, jimplika, bħala regola ġenerali, id-dritt tal-partijiet f’kawża li jaraw il-provi u l-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-qorti u li jiddiskutuhom (110). Sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti marbuta mad-dritt ta’ smigħ xieraq, huwa importanti li l-partijiet ikollhom l-opportunità ta’ trattazzjoni kemm fuq punti ta’ fatt kif ukoll fuq punti ta’ liġi li huma deċiżivi għall‑eżitu tal-proċeduri (111). Huwa jimplika wkoll, bħala regola ġenerali, id‑dritt tal‑partijiet li jsiru jafu bil-motivi ta’ liġi mqajma ex officio mill‑qorti, li fuqhom din il‑qorti jkollha l-intenzjoni li tibbaża d‑deċiżjoni tagħha, u li jiddiskutuhom (112).

113. Il-prinċipju ta’ kontradittorju għandu jkun osservat anki fl-eżerċizzju min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha (113).

114. Il-prinċipju ta’ kontradittorju għandu jibbenefika lil kull parti fil-kawża li għandha quddiemha l-qorti Komunitarja, irrispettivament mill-kwalità ġuridika tagħha. Għalhekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jgawdu wkoll minn dan meta huma stess ikunu parti f’tali kawża (114).

115. F’dan il-każ, mill-punt 30 tas-sentenza appellata jirriżulta li, matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, SEHV u Magrini pproduċew sentenza tat-Tribunal de Commerce de Grenoble dwar kawża magħmula minn Schneider kontrihom sabiex tikseb rimbors tal-parti tal-multa li hija ħallset fl-intier tagħha u li għaliha dawn il-kumpanniji kienu responsabbli in solidum (115). Wara l-produzzjoni ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ppermettiet lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, sabiex tkun tista’ tippreżenta osservazzjonijiet f’dan ir-rigward. F’dawn l-osservazzjonijiet, ippreżentati fis-26 ta’ Marzu 2010, wara li esponiet ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li dik is-sentenza ma kinitx rilevanti għad-deċiżjoni tat-tilwima mressqa mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni għamlet serje sħiħa ta’ kunsiderazzjonijiet rigward ir-responsabbiltà in solidum b’mod ġenerali, li kienu jinkludu wkoll osservazzjonijiet dwar id-determinazzjoni tar-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum tal-multa. B’mod partikolari, f’dan il-kuntest ukoll, il-Kummissjoni ddikjarat l-inkompetenza tagħha sabiex tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn l-kodebituri u għamlet xi kunsiderazzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali. Fil-kuntest tal-ewwel parti tas-sitt aggravju l-Kummissjoni stess tiddikjara li qajmet f’dawn il-osservazzjonijiet serje sħiħa ta’ argumenti li jopponu d-determinazzjoni da parti tagħha tar-relazzjonijiet ġuridiċi bejn kodebituri tal-multa.

116. F’dawn iċ-ċirkustanzi ma jistax ma jkunx irrilevat li l-Kummissjoni kellha okkażżjoni li tieħu pożizzjoni dwar il-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-determinazzjoni tar-relazzjonijiet ta’ responsabbiltà in solidum interna bejn il-kodebituri tal-multa (116). Madankollu, huwa minnu li l-Qorti Ġenerali ma talbitix b’mod espliċitu sabiex tieħu pożizzjoni dwar l-interpretazzjoni li hija kienet ser tagħti lill-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 b’riferiment għar-rikonoxximent favur tagħha tal-ġurisdizzjoni li tiddetermina r-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri. Madankollu, din l-interpretazzjoni tikkostitwixxi fil-fehma tiegħi evalwazzjoni ġuridika tad-dritt ta’ rilevanza tal-Qorti Ġenerali li ma tinkludix ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju (117), b’mod partikolari f’kuntest li fih, bħal f’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha okkażżjoni li tieħu pożizzjoni b’mod espliċitu fuq l-imsemmija kwistjonijiet dwar id-determinazzjoni tar-relazzjonijiet interni bejn kodebituri in solidum (118).

117. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet inqis li l-ħames aggravju mqajjem mill-Kummissjoni għandu jiġi miċħud.

6.      Dwar is-sitt aggravju dwar il-ksur tal-obbligu tal-motivazzjoni

118. Permezz tas-sitt aggravju, li jinqasam f’żewġ partijiet, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni li hija għandha. Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx b’mod suffiċjenti l-argumenti li l-Kummissjoni ppreżentat fl-osservazzjonijiet fuq imsemmija tas-26 ta’ Marzu 2010 kontra d-determinazzjoni tar-relazzjonijiet ġuridiċi interni bejn il-kodebituri in solidum. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma esprimitx il-motivi li fuqhom ibbażat il-konklużjonijiet tagħha, u llimitat ruħha għal kunsiderazzjonijiet tant ġenerali li huwa impossibbli li jinftiehem kif jistgħu jkunu l-bażi ta’ dawn il-konklużjonijiet.

119. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha ma jistax ikun interpretat fis-sens li hija għandha tirrispondi fid-dettall għal kull argument magħmul minn parti (119). Pjuttost, għandu jkun ikkunsidrat suffiċjenti jekk mill-motivazzjoni ta’ sentenza, li f’ċerti punti tista’ issir anki b’mod impliċitu, jirriżulta b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, b’tali mod li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-motivi tad-deċiżjoni li ġiet adottata mill-Qorti Ġenerali, u l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħmel l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (120).

120. Issa, fir-rigward tal-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma kinitx obbligata tirrispondi b’mod espliċitu u ddettaljat għall-argumenti kollha mqajma mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha tas-26 ta’ Marzu 2010. Huwa dedott mill-bqija tar-raġunament magħmul fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-approċċ propost mill-Kummissjoni li madankollu, kif jirriżulta mis-sentenza finali tal-punt 157, kien meħud inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali fl-analiżi tagħha.

121. Rigward it-tieni parti ta’ dan l-aggravju, irrilevajt iktar ’il fuq fil-punt 45 li mit-termini użati mill-Qorti Ġenerali ma jirriżultax b’mod ċar jekk hija riditx timponi obbligu veru u proprju fuq il-Kummissjoni li tiddetermina l-ishma tal-kodebituri in solidum tal-multa. Fil-punt 153, fil-fatt, hija ddikjarat li l-Kummissjoni “għandha [...] fejn xieraq” tipproċedi b’din id-determinazzjoni mingħajr ma tispeċifika f’liema każijiet dan huwa neċessarju, filwaqt li fil-punt 157 hija ddikjarat li huwa “l-obbligu” tal-Kummissjoni li tagħmel dan (121). L-użu ta’ dawn it-termini jidhirli li joħloq ċerta ambigwità fid-determinazzjoni tal-Qorti Ġenerali u fil-portata tal-obbligi li hija riedet timponi fuq il-Kummissjoni.

122. Barra minn hekk, mill-punt 88 iktar ’il fuq jirriżulta li ma nqisx li huwa biżżejjed ir-riferiment ġenerali magħmul mill-Qorti Ġenerali fil-punt 155 tas-sentenza appellata, għall-qafas ġuridiku tal-obbligazzjoni tad-dritt ċivili bħala bażi tar-regola tat-tqassim f’partijiet indaqs tar-responsabbiltà, u għalhekk tal-multa, bejn il-kodebituri in solidum fil-każ ta’ nuqqas ta’ indikazzjoni fid-deċiżjoni tal-livell speċifiku ta’ responsabbiltà ta’ kull kumpannija kkundannata in solidum. Il-Qorti Ġenerali kellha fil-fehma tiegħi tispjega r-raġunijiet li għalihom prinċipji li jirriżultaw minn din is-sistema li għandhom japplikaw fil-qasam tal-kompetizzjoni, ladarba kif irrilevat hi stess, in-natura tal-obbligu ta’ ħlas tal-kumpanniji li fuqhom il-Kummissjoni imponiet il-multi għall-ħlas in solidum minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni hija differenti minn dak tal-kodebituri ta’ dritt privat.

123. Madankollu, kif ġià rrilevat fil-kuntest tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet aggravju, ir-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali huwa, fil-fehma tiegħi, ivvizzjat minn żbalji ta’ liġi, u minkejja l-punti kontradittorji jew b’lakuna fil-motivazzjoni fuq indikati, jidhirli li dan huwa, b’mod ġenerali, ċar biżżejjed sabiex il-partijiet ikkonċernati, inkluż il-Kummissjoni, tkun taf il-motivi tad-deċiżjoni adottata u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Dan jidhirli li huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-Kummissjoni setgħet tappella mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ appell wiesa’.

124. Minn dan kollu jirriżulta li s-sitt aggravju għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud.

D –    Konklużjoni

125. Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni kollha ta’ hawn fuq nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tannulla s-sentenza appellata fil-parti fejn il-Qorti Ġenerali ddikjarat li huwa l-obbligu esklużiv tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li timponi multi li tiddetermina l-ishma rispettivi tal-multa għall-kumpanniji differenti li kienu kkundannati in solidum u li dan il-kompitu ma jistax jitħalla f’idejn il-qrati nazzjonali, u fil-parti fejn, abbażi ta’ dan il-prinċipju, kif ukoll fuq ir-regola tat-tqassim f’partijiet indaqs tar-responsabbiltà fin-nuqqas ta’ indikazzjoni f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, iddeterminat l-ishma ta’ kull kumpannija rikorrenti fl-ewwel istanza.

126. Madankollu, mill-punti 55, 85 u 86 iktar ’il fuq jirriżulta meta tistabilixxi responsabbiltà in solidum bejn suġġetti li kienu jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument tat-twettiq tal-ksur, iżda li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, ma jkunux għadhom parti mill-istess unità ekonomika, il-Kummisjoni għandha tistabilixxi s-sehem tal-multa li s-suġġett li ma għadx għandu rabtiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fl-unità ekonomika għandu jħallas fir-relazzjonijiet interni mal-kodebituri l-oħra.

127. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata Schneider, SEHV u Magrini ma kinux għandhom parti mill-istess unità ekonomika u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni kkundannathom in solidum għal ħlas tal-multa mingħajr ma stabiliet is-sehem tal-multa imposta fuq SEHV u Magrini. Madankollu, il-konsegwenzi ta’ dawn il-konstatazzjonijiet jiddependu mill-eżitu tal-appell propost minn dawn iż-żewġ kumpanniji u ser ikun għalhekk diskuss sussegwentement fl-analiżi ta’ dan l-appell, jiġifieri fil-punti 169 et seq.

IV – Dwar l-appell ippreżentat minn Reyrolle fil-Kawża C‑232/11 P

128. Insostenn tal-appell tagħha Reyrolle ressqet żewġ aggravji.

A –    Dwar l-ewwel aggravju dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet

129. Permezz tal-ewwel aggravju tagħha Reyrolle ssostni li l-Qorti Ġenerali, billi rriformulat il-multa skont il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, kisret il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet. Skont Reyrolle, hija ma kellhiex tikkalkola ammont inizjali wieħed billi tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ u s-sehem tal-impriża parent fil-grupp VA Technologie, iżda kellha tiddetermina ammont inizjali differenti għal Reyrolle għall-perijodu li fih hija kienet sussidjarja ta’ Rolls-Royce, jiġifieri għall-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ April 1988 u l-20 ta’ Settembru 1998 (122). L-ammont inizjali għall-perijodu ta’ wara d-dħul ta’ Reyrolle fil-grupp VA Tech kellu jkun iddeterminat abbażi tas-sehem tas-suq tal-impriża Rolls-Royce/Reyrolle u fuq id-dħul mill-bejgħ ta’ Reyrolle biss. B’dan il-mod, il-multa totali imposta fuq Reyrolle kellha tkun massimu ta’ EUR 2.05 miljun.

130. L-aggravju mqajjem minn Reyrolle jitlaq mill-premessa li matul il-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju, li kien bejn il-15 ta’ April 1988 u t-13 ta’ Diċembru 2000 u mill-1 ta’ April 2002 sal-11 ta’ Mejju 2004 (123), hija kienet tiffforma parti minn żewġ impriżi differenti, jiġifieri, inizjalment mill-impriża parent ta’ Rolls-Royce fil-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ April 1988 u l-20 ta’ Settembru 1998, li hija d-data li fiha hija ġiet akkwistata minn VA Technologie, u sussegwentement mill-impriża parent ta’ din l-aħħar kumpannija għall-bqija tal-perijodu. Dan jiġġustifika, fl-opinjoni tagħha, id-determinazzjoni ta’ żewġ ammonti inizjali għaż-żewġ perijodi u għaż-żewġ impriżi inkwistjoni.

131. Din il-premessa madankollu ma hijiex ikkonfermata mis-sentenza appellata.

132. F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li sal-20 ta’ Settembru1998 Reyrolle kienet ipparteċipat fil-ksur b’mod awtonomu u li, sussegwentement, hija kompliet l-attività illegali tagħha bħala sussidjarja tal-grupp VA Tech (124).

133. Fil-fatt, peress li għal Roll-Royce, li kienet il-kumpannija parent tal-grupp li minnu kienet parti Reyrolle sal-20 ta’ Settembru 1998, il-ksur kien preskritt (125), la d-deċiżjoni kkontestata u lanqas s-sentenza appellata ma kkonstataw l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn Reyrolle u Rolls-Royce li tiġġustifika li l-ewwel waħda kienet parti minn impriża li l-kumpannija parent tagħha kienet din tal-aħħar. F’dan ir-rigward għandu wara kollox ikun rilevat li Rolls-Royce ma hijiex destinatarja la tad-deċiżjoni kkontestata u lanqas ta’ xi sanzjoni peress li, fil-konfront tagħha, qatt ma ġie kkonstatat xi ksur.

134.  F’dawn iċ-ċirkustanzi mis-sentenza appellata jirriżulta li l-ksur issanzjonat l-ewwel mill-Kummissjoni u mbagħad mill-Qorti Ġenerali kien imwettaq minn impriża waħda, li inizjalment, qabel l-20 ta’ Settembru 1998, kienet ikkostitwita esklużivament minn Reyrolle, u sussegwentement kibret wara l-akkwist tagħha mill-grupp VA Tech, u inkludiet għalhekk l-unità ekonomika parent tal-VA Technologie, u li magħhom żdiedu ulterjorment, wara li SEHV u Magrini ġew ikkontribwiti f’VAS (126).

135. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Qorti Ġenerali setgħet għalhekk ġustament tiddetermina ammont inizjali wieħed għall-impriża parent ta’ VA Tech abbażi tad-dħul mill-bejgħ tagħha fl-2003, l-aħħar sena sħiħa tal-ksur (127), billi qasmet sussegwentement ir-responsabbiltà għall-ksur bejn il-kumpanniji differenti għall-perijodi li fihom huma pparteċipaw fl-akkordju. B’dan il-mod hija ma kisritx il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni.

136. Dawn il-kunsiderazzjonijiet iwasslu għall-konklużjoni li l-ewwel aggravju ta’ Reyrolle għandu jiġi miċħud.

B –    Dwar it-tieni aggravju dwar il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ proporzjonalità

137. Reyrolle ssostni li, bid-determinazzjoni tal-multa imposta fuqha fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ proporzjonalità. Fl-ewwel lok, hija sofriet diskriminazzjoni mqabbla mal-approċċ użat għall-kumpanniji li jagħmlu parti mill-grupp Schneider (Schneider, SEHV u Magrini), li għalihom il-Qorti Ġenerali ddeterminat ammonti inizjali differenti għal kull perijodu li fih kienu jagħmlu parti minn impriża differenti (128). Din id-differenza fit-trattament kellha l-konsegwenza tal-applikazzjoni ta’ multa sproporzjonata għal Reyrolle. Fit-tieni lok, Reyrolle sofriet diskriminazzjoni wkoll b’riferiment għall-metodu ta’ kalkolu użat għal xi impriżi Ġappuniżi li għalihom il-Kummissjoni stabbiliet ammonti inizjali differenti għall-perijodu ta’ qabel l-integrazzjoni tal-attività tagħhom fis-settur tas-SIG f’impriża waħda.

138. Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju huwa inammissibbli peress li huwa aggravju ġdid li ġie propost biss fl-appell. Hija ssostni li sabiex tiddetermina l-multa fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha l-Qorti Ġenerali użat l-istess metodu ta’ kalkolu użat mill-Kummissjoni. Id-determinazzjoni tal-multa min-naħa tal-Qorti Ġenerali ma tistax għalhekk tikkostitwixxi fiha nnifisha l-oriġini tal-allegata diskriminazzjoni, li, eventwalment, tirriżulta direttament mid-deċiżjoni kkontestata. L-allegata diskriminazzjoni ma kinitx però mqajma minn Reyrolle fl-ewwel istanza u għalhekk tikkostitwixxi aggravju ġdid.

139. F’dan ir-rigward, huwa minnu li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell hija limitata, fil-prinċipju, għall-eżami tal-evalwazzjoni li l-Qorti Ġenerali tkun għamlet tal-motivi li jkunu ġew diskussi quddiemha (129). Huwa minnu wkoll li Reyrolle ma argumentatx fl-ewwel istanza l-allegati diskriminazzjonijiet li tirreferi għalihom f’dan l-aggravju. Madankollu mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li appellant jista’ jintroduċi appell li fih jargumenta, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, aggravji li jirriżultaw mis-sentenza appellata u li huma diretti sabiex jikkontestaw, fid-dritt, jekk hijiex fondata (130).

140. Issa, għandu jiġi kkonstatat li f’dan il-motiv Reyrolle targumenta li hija kienet iddiskriminata fis-sentenza appellata mill-Qorti Ġenerali meta din iddeterminat il-multa fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha. Għalhekk, minkejja li l-Qorti Ġenerali sabiex tirriformula l-multa użat il-metodu ta’ kalkolu użat mill-Kummissjoni li hija ma kinitx ikkontestat, l-allegata diskriminazzjoni li tilmenta minnha Reyrolle tirriżulta direttament minn din ir-riformulazzjoni tal-multa magħmula mill-Qorti Ġenerali u għalhekk mis-sentenza appellata. F’dan il-kuntest inqis li dan l-aggravju jista’ jitqies ammissibbli.

141. Fir-rigward tal-mertu ta’ dan l-aggravvju, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax jinkludi, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fl-akkordju kuntrarju għall-Artikolu 101(1) TFUE (131). Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ trattament huwa miksur biss f’sitwazzjonijiet li huma simili iżda jiġu ttrattati b’mod differenti jew f’sitwazzjonijiet differenti li huma ttrattati b’mod identiku, sakemm dan it-trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (132).

142. Madankollu, rigward is-sitwazzjoni ta’ Reyrolle u dik tal-kumpanniji li jagħmlu parti mill-grupp Schneider, għandu jkun ikkonstatat li dawn ma humiex simili. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ Reyrolle li kif osservat fil-punti 134 sa 136 ipparteċipat fil-ksur billi kienet parti minn impriża waħda — dak li ġġustifika li l-Qorti Ġenerali ddeterminat il-multa billi telqet minn ammont inizjali wieħed għall-impriża VA Technologie abbażi tad-dħul mill-bejgħ tagħha — SEHV u Magrini pparteċipaw fl-akkordju billi kienu parti minn żewġ impriżi differenti. Fl-ewwel fażi, huma pparteċipaw fih bħala parti mill-impriża parent ta’ Schneider u, sussegwentement, wara l-akkwist tal-kontroll tagħhom minn VA Technologie pparteċipaw bħala kumpanniji li jifformaw parti mill-impriża li l-parent tagħha kienet din tal-aħħar. Inqis li billi s-sitwazzjonijiet inkwistjoni huma differenti, Reyrolle ma tistax targumenta ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza ta’ trattament.

143. Fl-istess sens inqis li ma humiex komparabbli s-sitwazzjoniet ta’ Reyrolle u dik tal-produtturi Ġappuniżi. Fil-fatt, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li kemm Fuji u Hitachi, minn naħa, kif ukoll Mitsubishi Electric u Toshiba, min-naħa l-oħra, ipparteċipaw inizjalment b’mod indipendenti fil-ksur u, sussegwentement, fl-1 ta’ Ottubru 2002, integraw l-attivitajiet rispettivi SIG f’żewġ impriżi komuni, Japan AE Power Systems Corporations u TMT&D Corporation rispettivament (133). Madankollu, wara l-ħolqien tal-impriżi komuni, huma komplew jeżistu għall-kuntrarju ta’ Reyrolle, bħala impriżi awtonomi u indipendenti. Għalhekk, għandu jkun ikkonstatat kif din is-sitwazzjoni hija manifestement differenti minn dik ta’ Reyrolle li, kif deskritt iktar ’il fuq fil-punt 134, kienet integrata fl-impriża VA Technologie. Dawn is-sitwazzjonijiet differenti jiġġustifikaw differenza fit-trattament.

144. Rigward l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu qabel kollox jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ liġi fil-kuntest ta’ appell hija ma tistax tissostitwixxi, għal raġunijiet ta’ ekwità, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali b’tagħha stess billi tiddeċiedi, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, fuq l-ammont tal-multi imposti fuq l-impriżi minħabba l-ksur, minnhom, tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, huwa biss sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-livell tas-sanzjoni mhux biss ma hijiex xierqa, iżda wkoll eċċessiva, sal-punt li tkun sproporzjonata, li jkun hemm lok li jiġi kkonstatat żball ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali, minħabba n-natura mhux xierqa tal-ammont ta’ multa (134). F’din il-kawża madankollu għandu jiġi kkonstatat li Reyrolle tibbaża l-kritika tagħha dwar in-natura disproporzjonata tal-multa fuq l-allegati diskriminazzjonijiet msemmija fil-punti preċedenti, li, madankollu, kif rajna, fil-fehma tagħna, ma jeżistux.

145. Fid-dawl ta’ dan kollu nqis li t-tieni aggravju għandu jkun miċħud u li għalhekk l-appell ta’ Reyrolle għandu jkun miċħud fl-intier tiegħu.

V –    Dwar l-appell ippreżentat minn SEHV u Magrini fil-Kawża C‑233/11 P

146. Fl-appell tagħhom SEHV u Magrini jqajmu tliet aggravji, l-ewwel dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ “ne ultra petita”, it-tieni dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata u t-tielet dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.

147. Preliminarjament għandha, madankollu, tiġi eżaminata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-appell fl-intier tiegħu mqajma mill-Kummissjoni. Din l-istituzzjoni ssostni, fil-fatt, li l-appell huwa inammissibbli għax it-talbiet ippreżentati minn SEHV u minn Magrini quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huma eżattament il-kuntrarju ta’ dawk magħmula fl-ewwel istanza.

148. Issa, fl-ewwel istanza SEHV u Magrini kienu talbu lill-Qorti Ġenerali li “tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni [ikkontestata] sa fejn dan jirrigwarda r-rikorrenti”, formulazzjoni li kienet tinkludi kemm l-ittra (k) kif ukoll l-ittra (l) ta’ dan l-artikolu li kienu jirrigwardaw dawn iż-żewġ kumpanniji.

149. Mill-banda l-oħra, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talbu, min-naħa l-oħra, l-annullament tas-sentenza appellata sa fejn din annullat l-Artikolu 2(j) u (k) tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra li tikkonferma l-Artikolu 2(j) u (k) ta’ din id-deċiżjoni u li tiddikjara, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 2(k) ta’ din id-deċiżjoni, li kull kodebitur in solidum għandu jbati terz tas-sanzjoni ta’ EUR 4.5 miljun.

150. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li t-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi sabiex jintlaqgħu, totalment jew parzjalment it-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe talba ġdida (135), b’tali mod li kap tat-talba li permezz tiegħu jintalab il-kuntrarju ta’ dak li ntalab fl-ewwel istanza ma jista’, bl-ebda mod, ikun ikkunsidrat ammissibbli. Għal din ir-raġuni nqis inammissibbli t-talba tal-appellanti sabiex ikun ikkonfermat l-Artikolu 2(k) li tiegħu hija kienet talbet l-annullament fl-ewwel istanza. Fir-rigward tal-Artikolu 2(j) dan jirrigwarda suġġett differenti minn SEHV u minn Magrini, jiġifieri Schneider b’tali mod li t-talba ppreżentata minn dawn il-kumpanniji sabiex tikkonferma din il-parti tad-dispożittiv tad-deċiżjoni lanqas ma tista’ tkun ikkunsidrata ammissibbli. Fil-fehma tiegħi, mill-bqija l-appell huwa ammissibbli.

A –    Dwar l-ewwel u t-tieni aggravju dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ “ne ultra petita” u tal-ksur tal-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata

151. Fil-kuntest tal-ewwel u t-tieni aggravju tagħhom, li fil-fehma tiegħi għandhom ikunu analizzati flimkien, SEHV u Magrini jsostnu li r-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali kien intiż esklużivament kontra l-multa ta’ EUR 4.5 miljun li huma kellhom iħallsu in solidum ma’ Schneider. Billi l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni kkontestata li timponi l-multa fuq Schneider u ddeterminat mill-ġdid il-multa imposta fuq SEHV u fuq Magrini hija ddeċidiet ultra petita.

152. Barra minn hekk, peress li Schneider ma appellatx mid-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwardaha, hija saret res judicata għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-multa fl-ammont ta’ EUR 3.6 miljun. Billi l-Qorti Ġenerali marret lil hinn minn dak mitlub minn SEHV u minn Magrini hija għaldaqstant kisret ukoll il-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata li kienet akkwistat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ Schneider.

153. Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma kisritx il-prinċipju ta’ “ne ultra petita” peress li hija ma ddeċidietx dwar ir-responsabbiltà ta’ Schneider, li, fil-fatt, l-ammont totali tal-multa tagħha baqa’ ma nbidilx (EUR 8.1 miljun, jiġifieri s-somma ta’ EUR 3.6 miljun u EUR 4.5 miljun). Is-sentenza appellata emendat biss l-aspetti tar-responsabbiltà in solidum interna bejn il-kodebituri, li kienet parti mis-suġġett tal-kawża fl-ewwel istanza kif iddeterminat minn SEHV u minn Magrini stess. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tiċħad ukoll li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ res judicata.

154. F’dan ir-rigward diġà fakkart iktar ’il fuq fil-punt 105 li l-qorti tal-Unjoni li għandha tiddeċiedi fuq rikors għal annullament hija marbuta bil-prinċipju ta’ “ne ultra petita” li jipprovdi li l-annullament minnha deċiż ma jistax jeċċedi dak mitlub mir-rikorrenti (136).

155. Barra minn dan, jekk id-destinatarju ta’ deċiżjoni jiddeċiedi li jippreżenta rikors għal annullament, il-qorti tal-Unjoni għandha tiddeċiedi biss fuq il-punti tad-deċiżjoni li jikkonċernawh. Mill-banda l-oħra, dawk li jirrigwardaw id-destinatarji l-oħra, li ma ġewx appellati, ma humiex suġġett tal-kwistjonijiet li l-qorti tal-Unjoni għandha ssolvi (137). Barra minn hekk deċiżjoni li ma ġietx appellata mid-destinatarju fit-termini stabbiliti fl-Artikolu 263 TFUE ssir definittiva fil-konfront tiegħu (138).

156. F’dan il-każ, għandu qabel kollox ikun osservat li mill-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali, fost affarijiet oħra, annullat l-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni kkontestata li kien jipprovdi li Schneider hija kkundannata waħedha għal multa ta’ ammont ta’ EUR 3.6 miljun, kif ukoll l-Artikolu 2(k) fl-intier tiegħu li kien jipprovdi li Schneider, SEHV u Magrini huma kkunsidrati responsabbli għall-ammont ta’ EUR 4.5 miljun.

157. Madankollu, kif irrilevat iktar ’il fuq fil-punt 148, fl-ewwel istanza SEHV u Magrini talbu lill-Qorti Ġenerali tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din kienet tirrigwardahom. Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li Schneider ma ppreżentat ebda rikors quddiem il-qrati tal-Unjoni rigward id-deċiżjoni kkontestata, b’tali mod li din saret definittiva fil-konfront tagħha.

158. Issa għandu jkun ikkonstatat li, sa fejn hija kienet tirrigwarda esklużivament lil Schneider is-sanzjoni imposta fl-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni kkontestata ma setgħetx tkun is-suġġett ta’ talba għal annullament magħmula minn SEHV u Magrini u għalhekk, fin-nuqqas ta’ appell min-naħa ta’ Schneider, ma setgħetx tkun is-suġġett tal-kwistjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx fil-fehma tiegħi tannulla l-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma tiddeċiedi ultra petita. Raġunament simili jgħodd għall-Artikolu 2(k) tad-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn hija tirrigwarda lil Schneider u mhux lil SEHV u lil Magrini.

159. Il-fatt, enfasizzat mill-Kummissjoni, li sussegwentement għal dan l-annullament, il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha rriformulat il-multa imposta fuq il-kumpannija tal-impriża Schneider mingħajr ma emendat l-ammont totali tal-multa imposta fuq Schneider ma jbiddel xejn mill-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tannulla l-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll l-Artikolu 2(k) fil-parti li tirrigwarda lil Schneider, peress li dawn ma setgħux ikunu suġġetti tal-kontestazzjoni. Fil-fatt, ir-riforma tal-multa, li fis-sentenza appellata hija eżerċizzju suċċessiv għall-annullament, ma tistax tissana vizzju bħall-ksur tal-prinċipju “ne ultra petita”.

160. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandhom jintlaqgħu l-ewwel u t-tieni aggravji.

B –    Dwar it-tielet aggravju dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju

161. SEHV u Magrini jargumentaw, fl-aħħar nett, li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju. Matul il-proċeduri kollha quddiem il-Qorti Ġenerali huma ma kellhom qatt il-possibbiltà li jieħdu pożizzjoni dwar il-konstatazzjonijiet tagħha dwar it-tqassim mill-ġdid tal-multa ta’ EUR 3.6 miljun li Schneider kellha tbati waħedha u li l-annullament tagħha kellha l-konsegwenza li żdied l-ammont tal-multa imposta fuqhom.

162. Diġà fakkart iktar ’il fuq fil-punti 112 sa 114 il-prinċipji ġurisprudenzjali dwar il-prinċipju ta’ kontradittorju.

163. F’dan il-każ għandhom qabel kollox jitneħħew id-dubji li tressqu mill-Kummissjoni dwar il-possibbiltà li SEHV u Magrini jużaw f’dan il-każ id-dritt tal-kontradittorju. Dawn id-dubji huma bbażati fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali, fir-realtà, naqqset l-ammont totali tal-multa li għaliha SEHV u Magrini nstabu responsabbli minn EUR 22.05 miljun għal EUR 18.45 miljun.

164. Jirriżulta madankollu ċar li l-ammont totali li għalih tirreferi l-Kummissjoni huwa s-somma ta’ żewġ multi differenti imposti fuq iż-żewġ kumpanniji inkwistjoni b’mod differenti, jiġifieri, minn naħa, dik imposta fuqhom bħala parti mill-impriża parent ta’ Schneider u, min-naħa l-oħra, dik imposta fuqhom bħala parti mill-impriża VA Technologie għall-perijodu suċċessiv għall-integrazzjoni tagħhom fil-grupp parent tal-impriża VA Technologie. Issa, għalkemm l-ammont ta’ din it-tieni multa ta’ SEHV u Magrini kien effettivament imnaqqas mill-Qorti Ġenerali (139), mill-banda l-oħra l-Qorti Ġenerali żiedet l-ewwel waħda għaż-żewġ kumpanniji inkwistjoni, li, wara r-riforma tas-sanzjoni min-naħa tal-Qorti Ġenerali, sabu ruħhom koresponsabbli ma’ Schneider mhux għal ammont ta’ EUR 4.5 miljun, kif ipprovdut fid-deċiżjoni, iżda għal ammont ta’ EUR 8.1 miljun. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-appellanti jistgħu fil-fehma tiegħi mingħajr dubju jsostnu ksur tad-dritt tal-kontradittorju fir-rigward ta’ din il-multa.

165. Dwar il-mertu tal-aggravju, mill-proċess jirriżulta li matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, kienet diskussa l-kwistjoni li tikkostitwixxi l-kundizzjoni għall-annullament tal-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni jiġifieri l-parti dwar l-impożizzjoni ta’ multa esklużivament fuq Schneider fin-nuqqas ta’ debitu speċifiku impost fuqha differenti mill-parteċipazzjoni fl-akkordju permezz tas-sussidjarji tagħha SEHV u Magrini.

166. B’mod partikolari, jirriżulta mill-proċess li, qabel is-seduta, il-Qorti Ġenerali għamlet serje ta’ mistoqsijiet lill-partijiet, fosthom waħda partikolari indirizzata lill-Kummissjoni, kienet tinkludi mistoqsija diretta, intiża sabiex tkun taf ir-raġunijiet li għalihom SEHV u Magrini ma kellhomx ikunu debituri in solidum, flimkien ma’ Schneider, għat-totalità tal-multa imposta fuqha (140). Fir-risposta tagħha l-Kummissjoni kienet spjegat li l-impożizzjoni ta’ multa ta’ EUR 3.6 miljun fuq Schneider biss kienet iġġustifikata minħabba l-bżonn li jkun evitat li jiġi impost darbtejn ammont inizjali fuq SEHV u Magrini, li kienu diġà responsabbli għall-ammont inizjali impost fuq l-impriża VA Technologie. Imbagħad il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod espliċitu dan ir-raġunament fil-punti 249 et seq tas-sentenza appellata.

167. Issa, għandu jiġi kkonstatat li SEHV u Magrini setgħu jieħdu pożizzjoni fis-seduta fuq dawn il-kwistjonijiet sabiex iressqu b’mob utili l-pożizzjoni tagħhom (141).

168. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-tielet aggravju dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju għandu, fil-fehma tiegħi jiġi miċħud.

C –    Konklużjoni dwar l-appell ippreżentat minn SEHV u minn Magrini fil-Kawża C-233/11 P

169. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, is-sentenza appellata għandha tkun annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali, peress li ddeċidiet ultra petita, annullat l-Artikolu 2(j) tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll l-Artikolu 2(k) fl-intier tiegħu, inkluż dak li jirrigwarda lil Schneider. Dawn il-partijiet tad-deċiżjoni kkontestata, fin-nuqqas ta’ rikors ippreżentat minn Schneider, saru definittivi fil-konfront tagħha.

170. Konsegwentement, anki r-riforma tal-multa għall-kumpanniji tal-impriża Schneider — jiġifieri Schneider, SEHV u Magrini — għall-perijodu bejn il-15 ta’ April 1988 u t-13 ta’ Diċembru 2000, magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 246 u 247 tas-sentenza appellata fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u riprodotta fl-ewwel sentenza tal-punt 3 tad-dispożittiv tal-istess sentenza, għandha tkun annullata, peress li l-annullament dispost fil-punt 2 tas-sentenza appellata msemmi fil-punt preċedenti, jikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali tar-riforma tal-multa kif saret mill-Qorti Ġenerali f’dan il-każ.

171. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell huwa fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, hija tista’ għaldaqstant jew taqta’ definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, inkella tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.

172. F’din il-kawża, nikkunsidra li l-istat tal-proċeduri huwa tali li jippermetti li l-Qorti Ġenerali tagħti sentenza finali dwar il-kwistjoni.

173. Kif osservajt iktar ’il fuq fil-punt 148, SEHV u Magrini fl-ewwel istanza talbu lill-Qorti Ġenerali sabiex “tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni [kkontestata] sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti”. B’mod partikolari, fir-rikors tagħhom huma argumentaw b’mod espliċitu l-fatt li r-responsabbiltà in solidum stabbilita fl-Artikolu 2(k) tad-Deċiżjoni kkontestata ma tinftiehemx.

174. Madankollu, kif jirriżulta iktar ’il fuq mill-punti 126 u 127, fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata Schneider, SEHV u Magrini ma kinux għadhom parti mill-istess entità ekonomika unitarja ta’ Schneider. F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta hija trid tistabilixxi responsabbiltà in solidum bejn is-suġġetti li kienu jikkostitwixxu unità ekonomika fil-mument tat-twettiq tal-ksur, iżda li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, ma kinux għadhom jifformaw parti minnha, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi s-sehem tal-multa li s-suġġett li ma għadx għandu rabtiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tiegħu fl-unità ekonomika għandu jħallas fir-relazzjonijiet interi mal-kodebituri l-oħra.

175. Madankollu, għandu jkun ikkonstatat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni, għalkemm ikkundannat in solidum lil Schneider flimkien ma’ Magrini u SEHV ma stabilietx dawn l-ishma. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-appell ta’ Magrini u ta’ SEHV għandu jintlaqa’ u għandu jiġi annullat l-Artikolu 2(k) tad-deċiżjoni kkontestata.

VI – Dwar l-ispejjeż

176. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-evalwazzjonijiet tiegħi dwar it-tliet appelli magħquda, skont dak ipprovdut b’mod konġunt mill-Artikoli 137, 138 u 184 tar-Regoli tal-Proċedura, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi kif ġej dwar l-ispejjeż. Fil-Kawża C‑231/11 P, ladarba l-appell tal-Kummissjoni għandu jkun milqugħ parzjalment biss, nikkunsidra li huwa opportun li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha. Fil-Kawża C-232/11 P, peress li Reyrolle tilfet l-appell, hija għandha, fil-fehma tiegħi, tkun ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċeduri. Fil-Kawża C-233/11 P peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tkun ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċeduri.

VII – Konklużjonijiet

177. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

178. Fil-Kawża C-231/11 P:

“1)      Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (minn T‑122/07 sa T124/07) hija annullata fil-parti fejn, abbażi tal-prinċipju li huwa l-obbligu esklużiv tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha li timponi multi li tiddetermina l-ishma rispettivi tal-multa għall-kumpanniji differenti li għaliha ġew ikkundannati in solidum u li dan il-kompitu ma jistax jitħalla f’idejn il-qrati nazzjonali, kif ukoll fuq ir-regola tat-tqassim f’partijiet indaqs tar-responsabbiltà fin-nuqqas ta’ indikazzjoni f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali ddeterminat is-sehem ta’ kull kumpannija rikorrenti fl-ewwel istanza.

2)      Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)      Il-Kummissjoni Ewropea, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA u Nuova Magrini Galileo S.p.A. għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom.”.

179. Fil-Kawża C‑232/11 P:

“1)      L-appell ippreżentat mis-Siemens Transmission & Distribution Ltd huwa miċħud.

2)      Siemens Transmission & Distribution Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.”

180. Fil-Kawża C-233/11 P:

“1)      Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (minn T‑122/07 sa T‑124/07) fil-parti fejn jannulla l-Artikolu 2(j) u (k) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass), kif ukoll l-ewwel inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tal-istess sentenza huma annullati.

2)      L-Artikolu 2(k) tad-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali huwa annullat fil-parti li tirrigwarda Siemens Transmission & Distribution SA u Nuova Magrini Galileo SpA.

3)      Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.”


1 – Lingwa oriġinali: it-Taljan.


2 –      Kawżi T‑122/07 sa T‑124/07, Ġabra p. II‑793.


3 – Deċiżjoni C (2006) 6762 finali tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont il-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass).


4 – Is-SIG huma tagħmir tal-elettriku li jintużaw sabiex jiġi kkontrollat il-fluss ta’ enerġija fis-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. Huma jintużaw bħala komponent ewlieni għal substations għall-ġenerazzjoni tal-elettriku “turnkey”. Ara l-punt 4 tas-sentenza appellata.


5 – Ir-relazzjonijiet ta’ “responsabbiltà in solidum interna” li tirrigwarda r-relazzjoni bejn il-kodebituri in solidum ta’ debitu jikkontrastaw ma’ dawk ta’ “responsabbiltà in solidum esterna” li jirrigwardaw ir-relazzjoni bejn il-kodebituri in solidum u l-kreditur (f’dan il-każ il-Kummissjoni, kreditriċi tal-ħlas tal-multa).


6 –            Nirrileva f’dan ir-rigward li l-istess kwistjoni hija s-suġġett ta’ serje ta’ domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja reċentement (ippreżentatati fit-12 ta’ Awwissu 2013) mill-Bundesgerichtshof fil-Kawża C‑451/13.


7 –      Ara l-punt 1 tas-sentenza appellata u l-punt 73 tad-deċiżjoni kkontestata.


8 – Ara l-punt 1 tas-sentenza appellata u l-punt 74 tad-deċiżjoni kkontestata.


9 – Ara l-punt 2 tas-sentenza appellata.


10 – Ara l-punt 3 tas-sentenza appellata.


11 – It-talba ġiet ippreżentata skont l-avviż tal-Kummisjoni tad-19 ta’ Frar 2002, dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155).


12 –      B’mod partikolari mill-punti 14 sa 17 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-impriżi li pparteċipaw fl-akkordju kienu, fost oħrajn, ikkoordinaw fuq livell dinji, billi mmanipulaw il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, l-allokazzjoni tal-proġetti dwar is-SIG skont regoli miftiehma, bil-għan b’mod partikolari li jżommu kwoti li jirriflettu l-ishma tas-suq storiċi.


13 –      Mill-punti 188 u 189 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li f’Diċembru 2000 il-membri l-oħra tal-kartell kienu organizzaw serata sabiex jiċċelebraw b’mod fittizzju t-tmiem tal-akkordju, madankollu bl-intenzjoni reali li jeskludu l-grupp VA Tech mill-akkordju. Madankollu dan il-grupp reġa’ beda jipparteċipa fl-attività tal-akkordju fl-2002. Dwar id-data li fiha l-grupp VA Tech reġa’ beda jipparteċipa fil-ksur ara l-punti 63 sa 72 tas-sentenza appellata.


14 –      Ara l-punti 137 sa 167 tas-sentenza appellata. Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali annullat ukoll id-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni kienet ikkonstatat ksur min-naħa tal-kumpanniji tal-grupp VA Tech għall-perijodu bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju 2002 (ara l-punti 63 sa 72 tas-sentenza appellata u l-punt 1 tad-dispożittiv tagħha). Dan l-annullament ma huwiex barra minn hekk is-suġġett ta’ ebda wieħed mill-appelli ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


15 – Ara l-punti 236 sa 264 tas-sentenza appellata.


16 –      Ara l-punti 138 sa 147 tas-sentenza appellata.


17 – Ara l-punti 148 sa 167 tas-sentenza appellata.


18 – Ara b’mod speċifiku l-punti 153 sa 155 tas-sentenza appellata.


19 – Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


20 – Ara b’mod speċifiku l-punti 156 u 157 tas-sentenza appellata.


21 –      Ara b’mod speċifiku l-punti 158 u 159 tas-sentenza appellata.


22 – B’mod iktar speċifiku, il-Qorti Ġenerali kkritikat lill-Kummissjoni: i) talli sabet responsabbli in solidum lil Reyrolle, lil SEHV u lil Magrini għall-ħlas ta’ multa ta’ ammont – EUR 17 550 000 – li huwa manifestement superjuri għall-ammont xieraq sabiex tissanzjona l-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju bħala kumpanniji li jifformaw parti mill-istess impriża; ii) talli ddeterminat somma totali tal-ammonti li Reyrolle għandha tħallas in solidum ma’ kumpanniji oħra li teċċedi b’mod evidenti l-ammont totali tal-multa tagħha u talli ma imponietx fuq Reyrolle stess parti mill-multa tagħha bħala l-unika responsabbli għall-perijodu bejn l-1988 u l-1998, li fih hija pparteċipat fil-ksur waħedha; u (iii) talli ma kkunsidratx Siemens Österreich u KEG responsabbli in solidum għall-parti mill-multa imposta fuq SEHV u fuq Magrini sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu li fih dawn il-kumpanniji kienu jifformaw parti mill-istess impriżi.


23 – Prinċipalment, il-Kummissjoni titlob, fil-fatt, lill-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla, minn naħa, il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza, sa fejn dan huwa bbażat fuq il-konstatazzjoni fil-punt 157 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni għandha tiddetermina s-sehem rispettiv tal-kumpanniji tal-ammont tal-multa differenti li huma kkundannati jħallsu in solidum u, min-naħa l-oħra, il-punt 3 tad-dispożittiv sa fejn, skont il-konstatazzjonijiet magħmula fil-punt 158 flimkien mal-punti 245, 247, 262 u 263 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tirrevedi l-ammonti ġodda tal-multi kif ukoll id-determinazzjoni tas-sehem tal-ammont tal-multa li għandu jitħallas minn kull kumpannija. Sussidjarjament, il-Kummissjoni titlob l-annullament tas-sentenza għall-istess raġunijiet.


24 – Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 21 iktar ’il fuq.


25 –      Huwa biss l-ewwel wieħed miż-żewġ aspetti identifikati mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tat-tieni motiv ta’ illeġittimità li minħabba fih il-Qorti Ġenerali kkritikat l-analiżi tal-Kummissjoni (ara l-punt 164 tas-sentenza appellata u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 22 iktar ’il fuq) donnha tirrigwarda (ukoll) r-relazzjonijiet interni bejn kodebituri in solidum. Fil-fatt, fl-ewwel parti tal-punt 164 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkritika lill-Kummissjoni talli kisret l-obbligu, li fil-fehma tagħha hija għandha, li tispeċifika s-sehem tal-ammont ta’ kull kumpannija kkundannata. Madankollu għandu jkun ikkonstatat, minn naħa, li dan l-ewwel aspett ta’ illeġittimità jirrigwarda wkoll ir-responsabbiltà in solidum esterna, u min-naħa l-oħra, li, fi kwalunkwe każ, it-tieni aspett ta’ illeġittimità tad-deċiżjoni identifikat f’dan il-punt, jiġifieri dak li jipprovdi li l-Kummissjoni ma imponietx fuq Reyrolle parti mill-multa tagħha bħala unika responsabbli għall-perijodu li fih hija kienet ipparteċipat fil-ksur, ma huwiex ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum u huwa biżżejjed sabiex waħdu jiġġustifika l-annullament tas-sanzjoni imposta fuq Reyrolle.


26 – Sentenza tat-8 ta’ Lulju 1999, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni (C‑49/92 P, Ġabra p. I‑4125).


27Ibidem, punt 171.


28 – Skont din id-dispożizzjoni “[ħ]lief fil-każ ta’ kawżi bejn l-Unjoni u l-impjegati tagħhom, appell jista’ wkoll jitressaq minn Stati Membri u istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni li ma kinux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali [...]”.


29 – Sentenzi tat-22 ta’ Frar 2005, Il-Kummissjoni vs max.mobil (C‑141/02 P, Ġabra p. I‑1283, punt 48), kif ukoll tal-21 ta’ Diċembru 2011, Franza vs People’s Mojahedin Organization of Iran (C‑27/09 P, Ġabra p. I‑13427, punt 45). Fl-istess sens ara wkoll il-punt 35 tal-konklużjonijiet ippreżentati fid-19 ta’ Jannar 2012 mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Il-Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial (sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, C‑337/09 P) u l-punt 88 tal-konklużjonijiet tagħha ppreżentati fit-13 ta’ Diċembru 2007 fil-kawża Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala (sentenza tal-10 ta’ Lulju 2008, C‑413/06 P, Ġabra p. I‑4951).


30 – Is-sentenza fil-kawża Il-Kummissjoni vs max.mobil, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti, ingħatat mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dwar il-valur li għandu jingħata lil fatt li sentenza tingħata mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja ara l-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-punt 89 tal-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-15 ta’ Ottubru 2009 fil-kawża Lancôme vs UASI (sentenza tal-25 ta’ Frar 2010, C‑408/08 P, Ġabra p. I‑1347).


31 – Ara pereżempju, dan l-aħħar, is-sentenza reċenti tal-21 ta’ Marzu 2013, Il-Kummissjoni vs Buczek Automotive u Il-Polonja (C-405/11 P, punti 14 sa 20). Fil-kawża GlaxoSmithKline vs Il-Kummissjoni (ara s-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2009, C‑501/06 P, C‑513/06 P, C‑515/06 P u C‑519/06 P, Ġabra p. I‑9291, punti 23 sa 26), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat parzjalment inammissibbli l-appell awtonomu tal-Kummissjoni sa fejn l-aggravji mressqa mill-Kummissjoni ma setgħu jagħtuha ebda benefiċċju peress li ma setgħux ikollhom effett fuq il-punt rilevanti tad-dispożittiv tas-sentenza appellata f’dik il-kawża. Fil-kawża Iride vs Il-Kummissjoni (sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2011, C‑329/09 P, punti 48 sa 51), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat inammissibbli t-talba tal-Kummissjoni għas-sostituzzjoni tal-motivazzjoni tas-sentenza appellata f’dik il-kawża peress li l-aggravji mressqa mill-istituzzjoni ma kienu “jagħtuha ebda benefiċċju li jista’ jkun il-bażi ta’ interess ġuridiku”. Fis-sens tan-neċessità tal-eżistenza ta’ interess ġuridiku fl-appellanti pprivileġġati ara wkoll il-punti 17 sa 19 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak ippreżentati fis-17 ta’ Novembru 2011 fil-kawża Il-Kummissjoni vs l-Estonja (sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, C-505/09 P).


32 – Ara f’dan ir-rigward, id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Novembru 2001, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (C‑208/99, Ġabra p. I‑9183, punti 22 sa 24), u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C‑463/10 P u C‑475/10 P, Ġabra p. I‑9639, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).


33 – B’mod partikolari, it-trattament favorevoli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni huwa bbażat fuq ir-rwol tagħhom ta’ tħaris tal-ordinament tal-Unjoni li jiżgura li huma ma jkollhomx fihom infushom interessi distinti minn dawk tal-Unjoni stess. It-trattament favorevoli lill-Istati Membri huwa ġġustifikat mill-fatt li, peress li huma s-suġġetti ta’ dritt internazzjonali li ħolqot l-Unjoni, permezz tal-protezzjoni ġurisprudenzjali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huma jiżguraw l-osservanza tal-legalità tal-korpi li huma ħolqu, inkluż għalhekk anki l-Qorti Ġenerali.


34 – F’dan ir-rigward ara l-kunsiderazzjonijiet fil-punti 21 sa 24 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Il-Kummissjoni vs max.mobil, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29.


35 – Ara s-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2001, Il-Kummissjoni u Franza vs TF1 (C‑302/99 P u C‑308/99 P, Ġabra p. I‑5603, punti 27 u 29) u d-digriet tat-28 ta’ Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs CMA CGM et (C‑236/03 P, punti 25 et seq). Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, kritika tar-rikorrent magħmula f’punt ta’ motivazzjoni tas-sentenza tal-ewwel istanza żviluppata ad abundantiam ma tistax twassal għall-annullament tagħha u għandha għalhekk tkun miċħuda bħala li ma għandhiex effett. Ara, ex multis, is-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni (C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P, Ġabra p. I‑5425, punt 148).


36 – Skont dan l-artikolu, “it-talbiet tal-appell għandhom ikunu intiżi għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif din tkun tinsab fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni” (korsiv miżjud minni).


37 – Ara fir-rigward il-punti 20 sa 26 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fit-13 ta’ Diċembru 2012 dwar il-kawża Ziegler vs Il-Kummissjoni (C‑439/11 P, sentenza tal-11 ta’ Lulju 2013).


38 – Ara f’dan is-sens ukoll il-punt 24 tal-konlużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Il-Kummissjoni vs max.mobil, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29.


39 – Sentenza tas-26 ta’ April 1988, Asteris vs Il-Kummissjoni (97/86, 193/86, 99/86 u 215/96, Ġabra p. 2181, punt 27), kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 1995, CB vs Il-Kummissjoni (T‑275/94, Ġabra p. II‑2169, punt 62).


40 – Sentenzi tal-14 ta’ Settembru 1999, Il-Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et (C‑310/97 P, Ġabra p. I‑5363, punt 54) u tal-1 ta’ Ġunju 2006, P&O European Ferries (Vizcaya) u Diputación Foral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni (C‑442/03 P u C‑471/03 P, Ġabra p. I‑4845, punt 44).


41 – Ara f’dan is-sens, is-sentenzi Asteris, iċċitata iktar’il fuq in-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 27, kif ukoll tat-3 ta’ Ottubru 2000, Industrie des poudres sphériques vs Il-Kunsill (C‑458/98 P, Ġabra p. I­-8147, punt 81).


42 – Fil-fatt, in-natura ineffettiva ta’ aggravju invokat tirreferi għall-kapaċità tiegħu li jkun ta’ bażi għall-appell u ma taffettwax l-ammissibbiltà tiegħu. Ara s-sentenzi tat-30 ta’ Settembru 2003, Eurocoton et vs Il‑Kunsill (C‑76/01 P, Ġabra p. I‑10091, punt 52), tas-6 ta’ Novembru 2008, Il-Greċja vs Il‑Kummissjoni (C‑203/07 P, Ġabra p. I‑8161, punti 42 u 43), u tad-29 ta’ Settembru 2011, Arkema vs Il‑Kummissjoni (C‑520/09 P, p. I‑8901, punt 31).


43 – Dan jirriżulta b’mod espliċitu mill-punti 6, 21, 21, 30, 37, 40, 50, 56, 67, 69 u 70 tal-appell tal-Kummissjoni kif ukoll mit-talbiet tal-istess (ara f’dan ir-rigward in-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 iktar ’il fuq).


44 – “Il-Kummissjoni għandha [...] tippreċiża [...] fejn xieraq, il-livell ta’ responsabbiltà tal-imsemmija kumpanniji għal dan l-aġir” (korsiv miżjud minni).


45 – “Es obliegt der Kommission” bil-Ġermaniż, il-lingwa tal-kawża li hija l-verżjoni awtentika u “Il appartient à la Commission” bil-Franċiż, lingwa li fiha ngħatat is-sentenza.


46 – Ara s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009, X (C‑429/07, Ġabra p. I-4833, punt 34). Ara wkoll il-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħi f’dik il-kawża ppreżentati fil-5 ta’ Marzu 2009.


47 – F’dan ir-rigward ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2006, Degussa vs Il-Kummissjoni (T‑279/02, Ġabra p. II-897, punti 86 u 87).


48 –      Ara l-punt 35 tas-sentenza X (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46) u l-ġurisprudenza hemm iċċitata. Fir-rigward ara wkoll il-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħi f’dik il-kawża ppreżentati fil-5 ta’ Marzu 2009.


49 – Ara s-sentenzi tas-7 ta’ Ġunju 1983, Musique Diffusion française et vs Il-Kummissjoni (100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825, punt 105), tat-28 ta’ Frar 1991, Delimitis vs Henninger Bräu (C‑234/89, p. I‑935, punt 44) u tal-14 ta’ Diċembru 2000, Masterfoods (C‑344/98, Ġabra p. I‑11369, punt 46).


50 – Fir-rigward tal-għan proprju tal-mekkaniżmu tar-responsabbiltà in solidum li jsaħħaħ l-effikaċja tal-azzjoni amministrattivi għall-irkupu ta’ dejn, ara l-punt 48 tas-sentenza tas-17 ta’ Frar 2011, Berel et (C‑78/10, Ġabra p. I‑717) dwar ir-responsabbiltà in solidum ta’ iktar minn debitur wieħed tal-istess dejn doganali.


51 – L-għan dissważiv kien irrikonoxxut diversi drabi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, ex multis, is-sentenzi Musique Diffusion française et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 49, punt 106), tad-9 ta’ Ġunju 2006, Showa Denko vs Il-Kummissjoni (C‑289/04 P, Ġabra p. I‑5859, punt 61), tat-8 ta’ Frar 2007, Groupe Danone vs Il-Kummissjoni (C‑3/06 P, Ġabra p. I‑1331, punti 37 u 47), tad-19 ta’ Marzu 2009, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (C‑510/06 P, Ġabra p. I‑1843, punti 63, 72 u 149).


52 –      Wara kollox, il-kwistjonijiet dwar ir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri in solidum tal-multa ma jidhirlix li jistgħu jkunu kkunsidrati, kif jidher li hija l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, bħala totalment barranin għas-setgħa li tissanzjona mogħti lil din l-istituzzjoni. Fil-fatt, dawn il-kwistjonijiet jistgħu jkunu kkunsidrati, ingħidu aħna bħala “il-wiċċ l-ieħor tal-medalja” tal-multa, li minn naħa tiġi imposta fuq l-impriża bħala entità ekonomika responsabbli mill-ksur, iżda, min-naħa l-oħra, tiġi fir-realtà imposta, f’ċerti każi in solidum, fuq suġġetti-persuni li jistgħu jħallsuha. F’dan ir-rigward ara l-kunsiderazzjonijiet magħmula iktar ’l isfel fil-punti 78 u 79 fil-kuntest tat-tielet aggravju.


53 –      Ara iktar ’l isfel il-punti 83 et seq.


54 – Ara s-sentenzi tal-11 ta’ Diċembru 2007, ETI et (C‑280/06, Ġabra p. I‑10893, punt 38, u l-ġurisprudenza ċċitata), tal-10 ta’ Settembru 2009, Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (C-97/08 P, Ġabra p.I‑8237, punt 54) kif ukoll iktar reċenti, ex multis, is-sentenzi tad-19 ta’ Lulju 2012, Alliance One International et vs Il-Kummissjoni (C‑628/10 P u C‑14/11 P, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata) u tat-8 ta’ Mejju 2013 ENI vs Il-Kummissjoni (C‑508/11 P, punt 82).


55 – Ir-rilevanza tar-rekwiżiti li ma titnaqqasx indebitament l-investigazzjoni tal-Kummissjoni sabiex ma tkunx imxekkla l-effettività tal-implementazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni min-naħa ta’ din l-istituzzjoni jistgħu skont il-ġurisprudenza jkunu rilevanti; ara f’dan ir-rigward is-sentenza tal-24 ta’ Settembru 2009, Erste Group Bank et vs Il-Kummissjoni (C‑125/07 P, C‑133/07 P, C‑135/07 P u C‑137/07 P, Ġabra p. I‑8681, fl-aħħar tal-punt 82).


56 – Ara l-punt 2 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE (ĠU 2004, C 101, p. 54).


57 – Ara l-premessa 7 tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll is-sentenza Masterfoods (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 49 (punt 47). Din il-funzjoni taqa’ fil-funzjoni l-iktar wiesgħa rrikonoxxuta mill-ġurisprudenza lill-qrati nazzjonali, skont il-prinċipju ta’ kollaborazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE li jiżgura l-protezzjoni ġurisdizzjonali tad-drittijiet spettanti lill-individwi skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ara s-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2007, Unibet (C‑432/05, Ġabra p. I‑2271, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).


58 – Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 1992, Automec vs Il-Kummissjoni (T‑24/90, Ġabra p. II-2223, punt 85), kif ukoll il-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.


59 – Ara l-punt 157 tas-sentenza appellata.


60 – Ara l-premessi 22 u 31 tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll it-Titolu II tal-istess. Ara wkoll il-punt 56 tas-sentenza Masterfoods, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48.


61 – Fil-fatt, b’mod partikolari minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li, għal dak li jirrigwarda l-aspetti “interni” tar-responsabbiltà in solidum, il-kunċett ta’ responsabbiltà in solidum jaqa’ fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-kompetenzi tal-Kummissjoni biss sa fejn hija sservi sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi indikati fit-Trattati fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħa li tissanzjona mogħti lill-Kummissjoni.


62 – Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 57 iktar ’il fuq.


63 – Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer ippreżentati fil-11 ta’ Frar 2003 fil-kawża Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (sentenza tas-7 ta’ Jannar 2004, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P, C-219/00 P, Ġabra p. I‑123, punt 63), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot, ippreżentati fis-26 ta’ Ottubru 2010 rispettivament fil-kawżi ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg et (sentenza tad-29 ta’ Marzu 2011, C‑201/09 P u 216/09 P, Ġabra p. I‑2239, punt 181) u ThyssenKrupp Nirosta et vs Il-Kummissjoni (sentenza tad-29 ta’ Marzu 2011, C‑352/09 P, Ġabra I‑2359, punt 162).


64 – Ara f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Aalborg Portland (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti).


65 – Dwar in-natura “kważi kriminali” tas-sanzjonijiet, ara, fl-aħħar nett, il-punt 40 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fit-28 ta’ Frar 2013 fil-kawża Schenker und Co AG et (sentenza tat-18 ta’ Ġunju 2013, C-681/11, u riferimenti iktar wiesa’ anki dwar l-applikazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ ġurisprudenza stabbilita, ta’ prinċipji tad-dritt kriminali fil-kuntest tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni). Għandu jkun irrilevat ukoll li l-Qorti QEDB, fis-sentenza tas-27 ta’ Settembru 2011, Menarini Diagnostics vs L-Italja (rikors Nru 43509/08, punti 38 sa 45), irrikonoxxiet in-natura kriminali fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB ta’ multa imposta abbażi tal-leġiżlazzjoni Taljana għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni minn awtorità li tiggarantixxi l-kompetizzjoni u tas-suq.


66 – Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fit-3 ta’ Lulju 2007, fil-kawża ETI, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (punt 71) u b’riferiment għall-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet, il-punt 63 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer dwar il-kawża Aalborg Portland, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar ukoll li l-prinċipju ta’ ħtija huwa kkunsidrat, b’mod speċifiku fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, li jippreżumi l-intenzjonalità jew in-negliġenza sabiex jiġu imposti multi għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni.


67 – Ara l-punt 162 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża ThyssenKrupp Nirosta, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63. F’dan ir-rigward ara wkoll il-punt 74 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cosmas ippreżentati fil-15 ta’ Lulju 1997 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26.


68 – Il-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet huwa hekk iddefinit f’diversi sentenzi tal-Qorti Ġenerali fosthom fis-sentenza appellata (ara l-punt 122 u r-riferimenti oħra ġurisprudenzjali). Fis-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2005, ThyssenKrupp Stain      less et vs Il-Kummisssjoni (C‑65/02 P u C‑73/02 P, Ġabra I-6773, punt 82) il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet b’dan il-mod l-imsemmi prinċipju, għalkemm ma kkwalifikatux b’mod espress bħala l-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet.


69 – Ara l-punt 63 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Aalborg Portland, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63.


70 – Ara l-punt 181 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża ArcelorMittal Luxembourg, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63, u l-punt 162 tal-konklużjonijiet tal-istess Avukat Ġenerali fil-kawża ThyssenKrupp Nirosta, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63.


71 – Ara f’dan ir-rigward il-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54.


72 – Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tat-12 ta’ Lulju 1984, Hydroterm (170/83, Ġabra p. 2999, punt 11) u tal-14 ta’ Diċembru 2006, Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (C‑217/05, Ġabra p. I‑11987, punt 40). Ara wkoll, iktar reċenti, ex multis, is-sentenzi Alliance One International vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 ( punt 42) u ENI vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punt 82).


73 – Sentenza Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll, ex multis, is-sentenzi, tal-20 ta’ Jannar 2011, General Química et vs Il-Kummissjoni (C‑90/09 P, Ġabra p. I‑1, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata), u ArcelorMittal Luxembourg, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63 (punt 95), u tad-29 ta’ Settembru 2011, Arkema vs Il-Kummissjoni (C-520/09 P, Ġabra p. I‑8901, punt 37).


74 – F’dan ir-rigward ara l-kunsiderazzjoni magħmula reċentement fil-punti 101 et seq kif ukoll fil-punt 129 tas-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2013, Schindler Holding et vs Il-Kummissjoni (C‑501/11). Dan huwa kkonfermat wara kollox indirettament fit-test tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 li jipprovdi li l-multa għandha tiġi imposta lill-impriża li, intenzjonalment jew b’negliġenza, twettaq il-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni. Fid-dawl ta’ dan il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-obbligu tal-Kummissjoni, meta ksur jitwettaq minn iktar minn impriża waħda, li tiddetermina l-gravità tal-parteċipazzjoni ta’ kull waħda fiha (ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, (punt 150) u tat-8 ta’ Lulju 1999, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni (C‑51/92 P, Ġabra p. I‑4235, punt 110) ) u li għaldaqstant tindividwalizza l-penali fir-rigward tal-aġir u l-karatteristiċi partikolari tal-impriżi kkonċernati (ara s-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2007, Britannia Alloys & Chemicals vs Il-Kummissjoni (C‑76/06 P, Ġabra p. I‑4405, punt 44)) .


75 – Ara s-sentenza Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (punt 57). Ara f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-konklużjoni tagħha fil-kawżi ETI, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (b’mod speċifiku punti 68 u 69) u Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (b’mod speċifiku punti 36 u 37). F’dan ir-rigward ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Imħallef Vesterdorf, bħala Avukat Ġenerali, ippreżentati fl-10 ta’ Lulju 1991 fil-Kawża T‑1/89, deċiża permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 1991(Ġabra p. II‑867, b’mod partikolari p. II‑916). Il-prattika li jiġu imposti multi fuq persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, għall-ksur imwettaq mill-impriżi tista’ tkun spjegata b’riferiment għall-Artikolu 299 TFUE li jistabilixxi li l-atti tal-Kummissjoni li jimponu fuq persuni li ma humiex Stati obbligu pekunarju jikkostitwixxu titolu eżekuttiv u li l-eżekuzzjoni forzata hija rregolata mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li fit-territorju tiegħu tkun imwettqa. Dan l-artikolu jirreferi għalhekk għall-persuni (fiżiċi jew ġuridiċi) li għandhom suġġettività ġuridika u mhux għal suġġetti, kif f’ċerti każi tista’ tkun impriża, li ma għandhiex suġġettività legali (f’dan ir-rigward, ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 24 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54).


76 – Bħala eżempju barra s-sentenza appellata jistgħu jiġi ċċitata s-sentenza reċenti tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2013, Parker et vs Il-Kummissjoni (T-146/09, punti 83 et seq) li minnha jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti Ġenerali applikat il-prinċipju tar-responsabbilità personali lill-kumpanniji individwali li jikkostitwixxu l-impriża u mhux (esklużivament) lill-impriża fiha nnifisha (ara b’mod partikolari l-punt 101). Barra minn hekk, f’dan ir-rigward ma nistax ma nirrilevax kif jidher li teżisti ċerta kontradizzjoni fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li meta tiċħad argumenti mqajma mir-rikorrenti stess tiddikjara li l-prinċipju tar-responsabbilità personali “japplika għall-impriżi u mhux għall-kumpanniji” (ara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012, Koninklijke Volker Wessels Stevin vs Il-Kummissjoni, T-356/06, fl-aħħar tal-punt 38 u Nynäs Petroleum et vs Il-Kummissjoni (T-347/06, fl-aħħar tal-punt 40).


77 – Ara l-punt 97 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54). F’dan ir-rigward ara wkoll is-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2011, General Química et vs Il-Kummissjoni (C‑90/09 P, Ġabra p. I‑1, punt 38).


78 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (punt 77), kif ukoll il-punt 97 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fl-istess kawża. Ara wkoll is-sentenza tas-16 ta’ Novembru 2000, Metsä-Serla et vs Il-Kummissjoni (C‑294/98 P, Ġabra p. I‑10065, punt 34).


79 – Minħabba mezzi organizzattivi, ekonomiċi u ġuridiċi li jippermettu lil dawn is-suġġetti jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq il-persuni li wettqu l-ksur direttament (ara l-punt 34 tas-sentenza Metsä-Serla iċċitata iktar’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti).


80 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-6 ta’ Marzu 1974, Istituto Chemioterapico Italiano u Commercial Solvents vs Il-Kummissjoni (6/73 u 7/73, Ġabra p. 223, punt 41) u Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (punt 59 moqri flimkien mal-punt 61), kif ukoll il-punt 97 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54).


81 – Ara l-punti 81 sa 84 tas-sentenza Erste Group Bank, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, li kkonfermat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2006, Raiffeisen Zentralbank Österreich et vs Il-Kummissjoni (T‑259/02 sa T‑264/02 u T‑271/02, Ġabra p. II‑5169, punt 331).


82 – Ara, ex multis, is-sentenzi Akzo Nobel, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 (punti 59 u 61) u General Química, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73 (punti 38 u 40). Ara anki l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fit-12 ta’ Ġunju 2012 fil-kawża Allliance One International vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54)


83 –      Ara, fl-istess sens, il-punt 167 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010, Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni (T‑40/06, Ġabra p. II‑4893).


84 – Fis-sentenza tagħha tal-31 ta’ Marzu 2009, ArcelorMittal Luxembourg SA et vs Il-Kummissjoni (T‑405/06, Ġabra p. II-789, punt 117), il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-kundanna in solidum hija konsegwenza normali għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà tal-aġir ta’ kumpannija lill-oħra, b’mod partikolari meta dawn iż-żewġ kumpanniji jikkostitwixxu impriża waħda.


85 – Ara f’dan ir-rigward il-punti 139 sa 141 tas-sentenza appellata u l-ġurisprudenza ċċitata.


86 – F’dan ir-rigward inqis li r-raġunijiet dwar l-effettività tal-eżekuzzjoni tas-sanzjoni msemmija fil-punt 52 jistgħu jkomplu jiġġustifikaw ukoll f’każ bħal dan il-kundanna in solidum għall-ħlas tas-sanzjoni.


87 – Ir-rekwiżit ta’ differenza fit-trattament bejn persuni ġuridiċi li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-multa, ma jkunux għadhom jiffurmaw parti mill-impriża li wettqet il-ksur, imqabbla mal-kumpannija parent huwa rifless pereżempju fin-neċessità li jkun applikat il-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 għad-dħul mill-bejgħ ta’ dik il-persuna ġuridika u mhux għal dak tal-kumpannija parent. Fir-rigward ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston ippreżentati fit-30 ta’ Mejju 2013, fil-kawża Kendrion vs Il-Kummissjoni (C‑50/12 P, sentenza għadha ma ngħatatx, punti 84 sa 87 u l-ġurisprudenza ċċitata).


88 – Ara fl-aħħar tal-punt 81 iktar ’il fuq.


89 – Analiżi ta’ dan it-tip tista’ forsi tkun iffaċilitata mill-fatt li eventwalment jista’ jeżisti interess fil-kumpanniji individwali, li ma għadhomx jagħmlu parti mill-istess grupp, li jipprovdu lill-Kummissjoni provi utili li għandhom fil-pussess tagħhom, li jistgħu juru n-nuqqas ta’ responsabbiltà tagħhom, sabiex tkun tista’ tiġi ddeterminata preċiżament il-livell relattiv ta’ responsabbiltà tagħhom.


90 – Ara l-punt 155 tas-sentenza appellata.


91 – Dawn il-prinċipji ma japplikawx neċessarjament fid-dritt ċivili, iżda japplikaw, kif jidher iktar ’il fuq fil-punt 74, fid-dritt ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni.


92 – Sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2003 (C‑196/99 P, Ġabra p. I‑11005).


93 – B’mod partikolari, il-punt 100 ta’ din is-sentenza jirrigwarda l-eżistenza ta’ kontradizzjoni interna fid-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża u ma jistax tkun il-bażi tar-rikonoxximent ta’ prinċipju ġenerali li jipprovdi li, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni għall-kuntrarju fid-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni timponi in solidum il-multa, din id-deċiżjoni timputa l-aġir illegali b’mod indaqs fuq il-kodebituri in solidum.


94 – Fir-rigward tad-determinazzjoni b’mod konkret tal-ammont tal-ishma tal-multa ara wkoll iktar ’l isfel il-punt 96 et seq.


95 – Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-5 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni (C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, Ġabra p. I‑8375, punt 692); Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 51 (punt 61), tat-8 ta’ Diċembru 2011, KME et vs Il-Kummissjoni (C‑272/09 P, Ġabra p. I‑12789, punt 103), kif ukoll il-punt 38 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs Tomkins (sentenza tat-22 ta’ Jannar 2013, C‑286/11 P).


96 – Ara l-punti 40 u 41 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.


97 – Barra mill-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95, ara wkoll il-punt 175 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fis-6 ta’ Novembru 2008, fil-kawża Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni (sentenza tad-9 ta’ Lulju 2009, C‑511/06 P, Ġabra p. I‑5843).


98 – Ara b’mod speċifiku l-punt 59 iktar ’il fuq.


99 –      Ara iktar ’il fuq il-punti 5 sa 7.


100 –      Din il-kunsiderazzjoni ma tbiddel xejn mill-konklużjonijiet li nipproponi fir-rigward tal-Kawża C‑233/11 P rigward l-argument li l-Qorti Ġenerali billi annullat l-ittra (j) tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni kkontestata ddeċidiet ultra petita. Ara iktar ’l isfel il-punti 150 et seq.


101 – L-ammont totali tal-multa imposta mill-Kummissjoni fuq il-kumpanniji tal-grupp VA Tech (mingħajr ma jitqiesu SEHV u Magrini meta kienu jiffurmaw parti mill-impriża Schneider), jiġifieri EUR 22.05 miljun, baqa’ fil-fatt ma nbidilx. Ara l-punti 11 u 13 iktar ’il fuq.


102 – Għal dak li jirrigwarda min-naħa l-oħra l-multa imposta fuq Schneider, flimkien ma’ SEHV u Magrina, għall-ksur imwettaq matul il-perijodu li fih dawn l-aħħar żewġ kumpanniji, qabel ma ġew akkwistati mill-grupp VA Tech, kienu 100 % sussidjarji ta’ Schneider, il-Qorti Ġenerali imponiet multa waħda ta’ ammont totali ta’ EUR 8.1 miljun, minflok iż-żewġ multi differenti imposti mill-Kummissjoni fuq Schneider waħehda (EUR 3.6 miljun) u fuq Schneider in solidum ma’ SEHV u Magrini (EUR 4.5 miljun). Dan l-ammont finali ta’ EUR 8.1 miljuni madankollu ma huwa xejn ħlief is-somma taż-żewġ multi differenti imposti mill-Kummissjoni.


103 – Ara l-punt 11 u l-punt 13 iktar ’il fuq, u l-punti 258 et seq tas-sentenza appellata.


104 – Ara s-sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95 (punt 692).


105 – Ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40 (punt 52), tal-15 ta’ Frar 2001, Nachi Europe (C‑239/99, Ġabra p. I‑1197, punt 24), kif ukoll tad-19 ta’ Jannar 2006, Comunità montana della Valnerina vs Il-Kummissjoni (C‑240/03 P, Ġabra p. I‑731, punt 43). Ara wkoll is-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 1962, Meroni vs Awtorità Għolja (46/59 u 47/59, Ġabra p. 763, b’mod partikolari p. 780), kif ukoll il-punti 146 sa 148 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott ippreżentati fis-17 ta’ Settembru 2009 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Alrosa (sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, C‑441/07 P, Ġabra p. I‑5949).


106 – Ara l-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95. Ara f’dan is-sens ukoll il-punt 49 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 51.


107 – Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha ma huwiex ekwivalenti għal stħarriġ ex officio (ara b’mod partikolari l-punt 104 tas-sentenza KME et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95) u li għaldaqstant huma l-partijiet li għandhom jiggwidaw lill-qorti fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni.


108 –      F’dan ir-rigward għandu b’mod partikolari jiġi osservat li, fl-atti tagħhom, SEHV u Magrini, fil-kuntest tal-aggravju tagħhom fejn sostnew “in-nuqqas li tinftiehem” tad-determinazzjoni tar-responsabbiltà in solidum mill-Kummissjoni, espliċitament urew kif fil-fehma tagħhom kien indispensabbli li jiġi ċċarat “min għandu jħallas għal liema ammont” fil-każ ta’ kundanna in solidum ta’ kumpanniji li ma jifformawx parti mill-istess grupp.


109 – Il-fatt li għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali eċċediet il-limiti tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fil-fehma tiegħi ma jwassalx neċessarjament li hija ddeċidiet ultra petita. Ladarba l-Qorti Ġenerali ngħatat permezz ta’ talba mill-partijiet is-setgħa li tirriformula l-ammont tal-multa, il-fatt li hija eċċediet il-limiti ta’ din is-setgħa jidhirli li jikkostitwixxi ħaġa differenti mill-fatt li eċċediet dak mitlub mir-rikorrenti.


110 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda et (C‑89/08 P, Ġabra p. I‑11245, punti 50 sa 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).


111 – Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti (punt 56), kif ukoll id-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009, Riesame M vs EMEA (C‑197/09 RX II, Ġabra p. I‑12033, punt 41).


112 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 110, punt 55).


113 – Ara l-punt 104 tas-sentenza KME et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95, kif ukoll il-punti 66 sa 68 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95, u l-ġurisprudenza iċċitata.


114 – Sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 110 (punt 53).


115 – Permezz ta’ sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2009, il-Qorti Kummerċjali ta’ Grenoble ddikjarat in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tagħha favur il-Qorti Ġenerali f’dik il-kawża.


116 – Wara kollox, il-fatt li l-Kummissjoni setgħet tiddefendi b’mod suffiċjenti l-pożizzjoni tagħha kontra determinazzjoni tar-relazzjonijiet interni bejn kodebituri in solidum tal-multa jidhirli li huwa kkonfermat miċ-ċirkustanza li hija fil-kuntest tal-ewwel parti tas-sitt aggravju kkritikat lill-Qorti Ġenerali li ma rrispondietx għall-argumenti tagħha magħmula f’dan is-sens.


117 –      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Tomkins, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 95, punt 61).


118 – Nistaqsi, barra minn hekk, sa fejn din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 tista’ tkun ikklassifikata bħala punt tad-dritt “deċiżiv għall-eżitu tal-proċedura” skont il-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq fil-punt 112. Fil-fatt, kif irrilevajt iktar ’il fuq fil-punt 27, il-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 153 sa 159 tas-sentenza appellata ma humiex fil-fehma tiegħi l-bażi tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, u min-naħa l-oħra, lanqas ma huma l-bażi tar-riformulazzjoni tal-multi magħmula mill-Qorti Ġenerali, jekk mhux fil-parti fejn stabbilixxiet it-tqassim intern bejn il-kodebituri in solidum tal-multa minnha ddeterminata mill-ġdid.


119 – Ara s-sentenzi tas-6 ta’ Marzu 2001, Connolly vs Il-Kummissjoni (C‑274/99 P, Ġabra p. I‑1611, punt 121); Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63 (punt 372); tat-2 ta’ April 2009, France Télécom vs Il-Kummissjoni (C‑202/07 P, Ġabra p. I‑2369, punt 30), kif ukoll tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (C-440/07 P, Ġabra p. I‑6413, punt 135).


120 – Sentenzi tal-14 ta’ Mejju 1998, Il-Kunsill vs de Nil u Impens (C‑259/96 P, Ġabra p. I‑2915, punti 32 u 33), Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 63 (punt 372, France Télécom vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti (punt 29); kif ukoll Il-Kummissjoni vs Schneider Electric, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti (punt 135).


121 –      Ara f’dan ir-rigward il-punti 44 sa 46 iktar ’il fuq.


122 –      Ara l-punt 5 iktar ’il fuq.


123 –      Ara l-punt 10 iktar ’il fuq.


124 – Ara l-punti 140, 144, 163 fl-aħħar tas-sentenza appellata.


125 – Ara l-punt 144 tas-sentenza appellata.


126 – Ara l-punti 5 sa 7 iktar ’il fuq u l-punt 1 tas-sentenza appellata.


127 – F’dan ir-rigward, mill-appell tagħha jirriżulta b’mod espliċitu li Reyrolle ma kkontestatx il-fatt li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat id-dħul mill-bejgħ tal-aħħar sena sħiħa tal-ksur sabiex tiddetermina l-multa.


128 – Jiġifieri rispettivament għall-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ April 1988 u t-13 ta’ Diċembru 2000 li fih iż-żewġ kumpanniji kienu jiffurmaw parti mill-grupp Schneider (ara l-punt 246 tas-sentenza appellata) u dak bejn l-1 ta’ Lulju 2002 u l-11 ta’ Mejju 2004, li fih iż-żewġ kumpanniji kienu sussidjarji tal-grupp VA Tech (ara l-punt 243 tas-sentenza appellata).


129 – Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, li kieku appellant jitħalla jqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja aggravju li ma qajjimx quddiem il-Qorti Ġenerali jkun ifisser li dan l-appellant jkun qed jitħalla jippreżenta tilwima usa’ minn dawk li fuqhom iddeċidiet il-Qorti Ġenerali. Ara s-sentenza Alliance One International et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 54, punt 111 u l-ġurisprudenza ċċitata).


130 – Sentenza tad-29 ta’ Novembru 2007 Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il-Kummissjoni (C-176/06, Ġabra p. I‑170, punt 17). Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010, Andreasen vs Il-Kummissjoni (T‑17/08 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 96).


131 – Ara s-sentenza tat-30 ta’ Mejju 2013, Quinn Barlo vs Il-Kummissjoni (C‑70/12 P, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).


132 – Sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2007, Britannia Alloys & Chemicals vs Il-Kummissjoni (C‑76/06, Ġabra p. I‑4405, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).


133 – Ara l-punti 28 sa 48 u 61 sa 68 tad-deċiżjoni kkontestata.


134 – Sentenza tat-22 ta’ Novembru 2012, E.ON Energie vs Il-Kummissjoni (C‑89/11 P, punti 125 u 126).


135 – F’dan ir-rigward ara l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan jista’ jitqies applikabbli permezz ta’ ġurisprudenza stabbilita, li tipprovdi li r-regoli tal-proċedura huma ġeneralment meqjusa applikabbli għat-tilwim kollu li jkun pendenti meta dawn jidħlu fis-seħħ. F’dan ir-rigward ara s-sentenzi ta-12 ta’ Novembru 1981, Meridionale Industria Salumi et (212/80 sa 217/80, Ġabra p. 2735, punt 9), tas-7 ta’ Settembru 1999, De Haan (C‑61/98, Ġabra p. I‑5003, punt 13), kif ukoll tal-14 ta’ Frar 2008, Varec (C‑450/06, Ġabra p. I‑581, punt 27).


136 – Ara l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 106.


137 – Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40, punt 53).


138Ibidem punt 57.


139 –      L-ammont totali tal-multa ma kienx madankollu mnaqqas għall-impriża VA Technologie. Ara iktar ’il fuq in-nota ta’ qiegħ il-paġna 101.


140 – Ara l-mistoqsija nru 5 tal-mistoqsijiet mibgħuta mill-Qorti Ġenerali lill-partijiet fil-21 ta’ Jannar 2010.


141 –      Ara s-sentenza Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 51 (punti 74 sa 76).