Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2016 minn European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T-556/11, European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-379/16 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentati minn: C.-N.  ede, D. Papadopoulou, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali sa fejn din ċaħdet il-motiv ġdid dwar l-aċċettazzjoni ta’ offerta li fiha skont.

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti tal-EUIPO sa fejn aċċettat is-sejħa għal offerti ta’ Informática El Corte Inglés SA – ALTIA Consultores, SA Temporanju Assoċjazzjoni (IECI), li fiha skont kuntrarju għar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u l-ispejjeż l-oħra sostnuti mill-appellanti fil-proċeduri oriġinali u ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jibbażaw l-appell tagħhom fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-argumenti tal-konvenut u żnaturat il-provi prodotti mill-EUIPO wara d-digriet tal-Qorti Ġenerali dwar il-miżuri ta’ istruzzjoni, li ġiet kkonfermat ukoll mill-EUIPO matul is-seduta. Dawn il-provi wrew li l-offerta tal-offerent magħżul kien fiha skont (propost illegalment) li ġie kkunsidrat fl-evalwazzjoni. Għal din l-offerta ta’ skont, l-offerent rebbieħ inkluda fis-sejħa għal offerti tiegħu varjant imqabbel mal-prezz propost kuntrarju għall-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt (kif kompletati mit-tweġibiet tal-awtoritajiet kontraenti għall-mistoqsijiet mill-offerenti). Il-Qorti Ġenerali b’mod iktar partikolari wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-EUIPO allegatament ma ħax inkunsiderazzjoni l-iskont li jinsab fl-offerta matul l-evalwazzjoni finanzjarja, u konsegwentement, l-EUIPO ma kienx kiser l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.

____________