Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 – Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV, Schindler Deutschland Holding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-501/11 P) 1

(Appell – Akkordji – Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters – Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tad-dritt tal-akkordji mwettaq mis-sussidjarja tagħha – Kumpannija holding – Programm ta’ konformità fi ħdan l-impriża (‘Compliance-Programme’) – Drittijiet fundamentali – Prinċipji tal-Istat ta’ dritt fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-multi imposti – Separazzjoni tal-poteri, prinċipji ta’ legalità, ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ responsabbiltà għal aġir illeċitu – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 23(2) – Validità – Legalità tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-1998)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV, Schindler Deutschland Holding GmbH (rappreżentanti: R. Bechtold u W. Bosch, Rechtsanwälte, J. Schwarze, Prozessbevollmächtigter)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, Rechtsanwalt) (représentants: F. Florindo Gijón u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 - Schindler Holding et vs Il Kummissjoni (T-138/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E 1/38.823 – Liftijiet u Eskalejters), dwar akkordju fis-suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, li kien ikopri l-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal prezzjiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir rikorrenti

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV u Schindler Deutschland Holding GmbH huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 ĠU C 347, 26.11.2011.