Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 22014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu - ir-Rumanija) – Elena Petru vs Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate

(Kawża C-268/13)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) – Assigurazzjoni għall-mard – Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor – Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel – Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Petru

Konvenuta: Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorizzazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1)(ċ)(i) tal-istess regolament ma tistax tiġi rrifjutata meta jkun minħabba nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi li l-kura fl-isptar inkwistjoni ma tistax tingħata fi żmien xieraq fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata. Din l-impossibbiltà għandha tiġi evalwata b’referenza għall-istabbilimenti ta’ sptar kollha f’dan l-Istat Membru li jistgħu jipprovdu l-imsemmija kura u b’referenza għall-perijodu li fih din tal-aħħar tista’ tinkiseb fi żmien xieraq.

____________

1 ĠU C 207, 20.07.2013