Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Novembru 2016 – Sebastian W. Kreuziger vs Land Berlin

(Kawża C-619/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sebastian W. Kreuziger

Konvenut: Land Berlin

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjonijiet jew prattiki nazzjonali li jeskludu d-dritt għal kumpens finanzjarju fit-tmiem ta’ relazzjoni ta’ xogħol meta l-ħaddiem ma jkunx talab sabiex jibbenefika mil-leave annwali mħallas meta huwa seta’ jagħmel dan?

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjonijiet jew prattiċi nazzjonali li skonthom id-dritt għal kumpens finanzjarju fit-tmiem ta’ relazzjoni ta’ xogħol jippreżupponi li l-ħaddiem ma setax, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali maħħas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol?

____________

1 – Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.