Language of document : ECLI:EU:C:2015:477

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)

16 ta’ Lulju 2015 (*)

“Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Impriża li żżomm privattiva essenzjali għal standard li timpenja ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji msejħa ‘FRAND’ (‘fair, reasonable and non-discriminatory’) – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Azzjonijiet għal ksur – Kawża għal inibizzjoni – Azzjoni għal sejħa lura tal-prodotti – Azzjoni għal-finijiet tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà – Azzjoni għal kumpens – Obbligi tal-proprjetarju tal-privattiva essenzjali għal standard”

Fil-Kawża C‑170/13,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-5 ta’ April 2013, fil-proċedura

Huawei Technologies Co. Ltd

vs

ZTE Corp.,

ZTE Deutschland GmbH,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),

komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: M. Wathelet,

Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-11 ta’ Settembru 2014,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

–        għal Huawei Technologies Co. Ltd, minn C. Harmsen, S. Barthelmess, J. Witting, Rechtsanwälte, u D. Geradin, avukat, kif ukoll minn M. Dolmans, avukat,

–        għal ZTE Corp. u ZTE Deutschland GmbH, minn M. Fähndrich, Rechtsanwalt,

–        għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, C. Schillemans u B. Koopman, bħala aġenti,

–        għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u S. Oliveira Pais, bħala aġenti,

–        għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent,

–        għal la Il-Kummissjoni Ewropea, minn F.W. Bulst, A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, bħala aġenti,

wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-20 ta’ Novembru 2014,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE.

2        Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Huawei Technologies Co. Ltd (iktar ʼil quddiem “Huawei Technologies”) kontra ZTE Corp. u kontra ZTE Deutschland GmbH (iktar ʼil quddiem “ZTE”) fuq allegat ksur ta’ privattiva li hija essenzjali għal standard stabbilita minn organu ta’ standardizzazzjoni (iktar ʼil quddiem imsejħa “PES”).

 Il-kuntest ġuridiku

 Id-dritt internazzjonali

3        Il-Konvenzjoni dwar l-Għoti ta’ Privattivi Ewropej, iffirmata f’Müncen fil-5 ta’ Ottubru 1973 u li daħlet fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 1977, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ʼil quddiem il-“KPE”), tistabbilixxi, kif jgħid l-Artikolu 1 tagħha “dritt komuni għall-Istati Kontraenti fil-qasam tal-għoti ta’ privattivi ta’ invenzjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

4        Minbarra regoli komuni dwar l-għoti tal-privattiva Ewropea, din tal-aħħar tibqa’ rregolata bil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati kontraenti li fir-rigward tiegħu tkun ingħatat il-privattiva. F’dan ir-rigward l-Artikolu 2(2) tal-KPE tistipula:

“Il-privattiva Ewropea, f’kull wieħed mill-Istati Kontraenti li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat, għandha l-istess effetti u hija suġġetta għall-istess sistema bħal privattiva nazzjonali mogħtija f’dak l-Istat […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

5        Fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetarju ta’ privattiva Ewropea, l-Artikolu 64(1) u (3) tal-imsemmija konvenzjoni jipprovdi li:

“(1) [il-] privattiva Ewropea tagħti lill-proprjetarju tagħha, b’effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-għoti tagħha u f’kull wieħed mill-Istati Kontraenti li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat, l-istess drittijiet li tikkonferixxilu privattiva nazzjonali mogħtija f’dan l-Istat.

[...]

Kull ksur tal-privattiva Ewropea għandu jiġi ttrattat skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

 Id-dritt tal-Unjoni

6        Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32), jistabbilixxi fil-premessi 10, 12 u 32 kif ġej:

“(10) L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis-suq intern.

[...]

(12) Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetitizzjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat. Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva m’għandhomx ikunu użati biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni mingħajr bżonn f’manjiera li jmur kontra it-Trattat.

[...]

(32)      Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. [(iktar ʼil quddiem il-“Karta”)]. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tassigura r-rispett sħiħ għall-proprjetà intellettwali, skond l-Artikolu 17(2) [tal-Karta].”

7        L-Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Il-miżuri proviżorji u prekawzjonarji”, jipprovdi, fl-Artikolu 9:

“L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu, fuq talba ta’ l-applikant:

joħorġu kontra l-kontravventur [l-persuna li twettaq ksur] mandat interlokutorju intiż biex jipprevjeni kontravvenzjoni imminenti tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, […]

[...]”

8        L-Artikolu 10 tal-istess direttiva, intitolat “Il-miżuri korrettivi” jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu :

“Mingħajr preġudizzju għal xi ħsara dovuta lid-detentur tad-dritt minħabba l-kontravvenzjoni, u mingħajr kumpens ta’ l-ebda tip, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jordnaw, fuq it-talba ta’ l-applikant, li l-miżuri xierqa għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ l-oġġetti misjuba li jiksru d-dritt għall-proprjetà intellettwali u, f’każijiet xierqa, fir-rigward ta’materjali u strumenti prinċipalment użati biex joħolqu jew jimmanifatturaw dawk l-oġġetti. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

a)      revokazzjoni tal-mezzi tal-kummerċ;

b)      tneħħija definittiva mill-mezzi tal-kummerċ; jew

ċ)      destruzzjoni.”

 Id-dritt Ġermaniż

9        Taħt it-titolu “Eżekuzzjoni in bona fide”, l-Artikolu 242 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (Bürgerliches Gesetzbuch, iktar ʼil quddiem il-“BGB”) jipprovdi li d-debitur huwa obbligat li jagħti s-servizz kif teħtieġ il-bona fide meta jitqiesu l-konswetudnijiet aċċettati fin-negozju.

10      L-Artikolu 139(1) tal-liġi dwar il-privattivi (Patentgesetz, BGBl. 1892, p. 477), kif emendata l-aħħar mill-Artikolu 13 tal-liġi tal-24 ta’ Novembru 2011 (BGBl. 2011 I, p. 2302), jipprovdi:

“Il-persuna leża tista’, f’każ ta’ riskju ta’ reċidiva, tressaq kawża ta’ inibizzjoni kontra kull persuna li tisfrutta invenzjoni li għandha privattiva bi skur tal-Artikoli 9 sa 13. Dan id-dritt jingħata wkoll jekk ikun riskju li jitwettaq ksur għall-ewwel darba.”

11      L-Artikoli 19 u 20 tal-liġi kontra r-restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni (Gesetz gegen Wettbewerbsbeschränkungen), tas-26 ta’ Ġunju 2013 (BGBl. 2013 I, p. 1750) jipprojbixxu l-użu abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti minn impriża waħda jew diversi impriżi.

 Ir-regoli tal-ETSI

12      Il-European Telecommunication Standards Institute (iktar ʼil quddiem l-“ETSI’’) huwa organu li għan tiegħu huwa, konformement mal-punt 3.1 tal-Anness 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-ETSI (ETSI Rules of Procedure), intitolat “Il-politika tal-ETSI dwar il-proprjetà intellettwali” (ETSI Intellectual Property Rights Policy), huwa li jinħolqu standards li huma adattati għall-objettivi tekniċi tas-settur Ewropew tat-telekomunikazzjonijiet u li tnaqqas ir-riskju għall-ETSI, il-membri tagħha u t-terzi li japplikaw l-istandards tal-ETSI li l-investimenti li jsiru fuq it-tħejjija, l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-istandards jintilfu minħabba li l-proprjetà intellettwali essenzjali għall-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards ma tkunx disponibbli. Sabiex isir dan, il-politika tal-ETSI dwar il-proprjetà intellettwali hija intiża li tikseb bilanċ bejn il-bżonnijiet ta’ standardizzazzjoni għall-finijiet ta’ użu pubbliku fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u d-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali.

13      Konformement mal-punt 3.2 tal-imsemmi annessa, l-imsemmija proprjetarji għandhom jiġu rremunerati b’mod adegwat u ġust f’każ li tintuża l-proprjetà intellettwali tagħhom.

14      Skont il-punt 4(1) tal-imsemmi anness, kull wieħed mill-membri tal-ETSI, b’mod partikolari matul il-proċess ta’ elaborazzjoni ta’ standard li fl-iżvilupp tiegħu jkun qiegħed jipparteċipa, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jinforma lill-ETSI fl-iqsar żmien possibbli dwar id-drittijiet għall-proprjetà intellettwali tiegħu essenzjali għal dan l-istandard.

15      Il-punt 6.1 tal-anness 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-ETSI jipprovdi li, meta dan tal-aħħar ikun informat dwar dritt għall-proprjetà intellettwali li jkun essenzjali għal standard, id-direttur ġenerali tiegħu għandu jistieden minnufih lill-proprjetarju ta’ dak id-dritt biex jagħti impenn irrevokabbli, fi żmien tliet xhur, li huwa lest li jagħti liċenzji b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji, imsejħa FRAND (“fair, reasonable, and non-discriminatory”, iktar ʼil quddiem il-“kundizzjonijiet FRAND”), fir-rigward tal-imsemmi dritt.

16      Skont il-punt 6.3 tal-imsemmi anness, f’każ li ma jingħata ebda impenn, l-ETSI jeżamina jekk ix-xogħlijiet fuq il-partijiet ikkonċernati mill-istandard għandhomx jiġu sospiżi.

17      Il-punt 8.1 tal-istess anness jistabbilixxi li, jekk id-detentur tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali jirrifjuta li jagħti dan l-impenn, l-ETSI jara jekk teżistix teknoloġija alternattiva u, jekk dan ma jkunx il-każ, ix-xogħlijiet għall-adozzjoni tal-istandard inkwistjoni jieqfu.

18      Skont il-punt 14 tal-Anness 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-ETSI, kull ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-anness minn wieħed mill-membri tal-ETSI jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tiegħu lejn l-ETSI.

19      Skont il-punt 15.6 tal-imsemmi anness, dritt ta’ proprjetà intellettwali jitqies li huwa essenzjali b’mod partikolari meta ma jkunx possibbli għal raġunijiet tekniċi li jiġu mmanifatturati prodotti konformi mal-istandard mingħajr ma jkun hemm ksur tal-imsemmi dritt (iktar ʼil quddiem il-“privattiva essenzjali”).

20      Madankollu, l-ETSI la jikkontrolla l-validità u lanqas il-karattru essenzjali tal-proprjetà intellettwali li dwarha jkun ġie informat minn wieħed mill-membri tiegħu. Bl-istess mod, l-imsemmi anness ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ “liċenzja għal kundizzjonijiet FRAND”.

 Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

21      Huawei Technologies, kumpannija ta’ dimensjoni globali attiva fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, hija proprjetarja, b’mod partikolari, tal-privattiva Ewropea rreġistrata taħt ir-referenzi EP 2 090 050 B 1, intitolat “Proċess u apprat li jistabbilixxi sinjal sinkronizzat f’sistema ta komunikazzjoni”, maħruġa fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Istat Kontraenti tal-KPE (iktar ʼil quddiem il-“privattiva EP 2 090 050 B 1”).

22      Din il-privattiva ġiet innotifikata fl-4 ta’ Marzu 2009 lill-ETSI, minn Huawei Technologies, bħala privattiva essenzjali għall-istandard ““Long Term Evolution”. F’din l-okkażjoni, hija impenjat ruħha li tagħti liċenzji lil terzi b’kundizzjonijiet FRAND.

23      F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tikkonstata, fid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-imsemmija privattiva hija essenzjali għal dan l-istandard, u dan jimplika li kull persuna li tuża l-imsemmi istandard neċessarjament trid tuża t-tagħlim li jirriżulta mill-istess privattiva.

24      Bejn ix-xahar ta’ Novembru 2010 u tmiem ix-xahar ta’ Marzu 2011, Huawei Technologies u ZTE Corp., kumpannija li tappartjeni lil grupp ta’ dimensjoni mondjali li jopera fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet u tbiegħ fil-Ġermanja prodotti mgħammra b’softwer marbuta mal-imsemmi standard, huma impenjati f’diskussjonijiet équipés d’un logiciel lié à ladite norme, iddiskutew, b’mod partikolari, il-ksur tal-privattiva EP 2 090 050 B 1 u fuq il-possibbiltà li jintlaħaq ftehim dwar liċenzja għall-kundizzjonijiet FRAND li jikkonċernaw dawn l-imsemmija prodotti.

25      Huawei Technologies indikat l-ammont tar-royalty li hija qieset raġonevoli. Min-naħa tagħha, ZTE Corp. xtaqet konċessjoni reċiproka ta’ liċenzji. Madankollu, ebda offerta relatata ma’ kuntratt ta’ liċenzja ma ġie ffinalizzat.

26      Madankollu, ZTE tbiegħ prodotti li jaħdmu abbażi tal-istandard “Long Term Evolution”, billi topera l-privattiva EP 2 090 050 B 1, mingħajr ma tħallas ebda royalty lil Huawei Technologies u lanqas tagħti rendikont sħiħ lilha tal-atti tal-isfruttar li sar.

27      Fit-28 ta’ April 2011, fuq il-bażi tal-Artikolu 64 tal-KPE u tal-Artikoli 139 et seq tal-liġi dwar il-privattivi, kif emendata l-aħħar bl-Artikolu 13 tal-liġi tal-24 ta’ Novembru 2011, Huawei Technologies ressqet, quddiem il-qorti tar-rinviju, azzjoni ta’ ksur kontra ZTE sabiex titlob il-waqfien tal-ksur, li tingħata data ta’ kontabbiltà, li jissejħu lura l-prodotti kif ukoll il-likwidazzjoni tad-danni.

28      Din il-qorti tqis li qorti l-eżitu tal-kawża prinċipali tiddependi fuq jekk l-azzjoni ppreżentata minn Huawei Technologies tikkostitwixxix abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa ta’ din tal-aħħar. Hija tirrileva b’hekk li jkun possibbli li tiġi eċċepita n-natura obbligatorja tal-għoti tal-liċenzja sabiex tiċħad il-kawża għal inibizzjoni fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 102 TFUE, jekk kellu jitqies li, bl-azzjoni tagħha, Huawei Technologies tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha, peress li l-eżistenza ta’ din tal-aħħar ma ġietx, skont l-imsemmija qorti, ikkontestata.

29      L-istess qorti tikkonstata madankollu li approċċi differenti jistgħu jitqiesu sabiex jiġi ddeterminat sa mil-liema mument il-proprjetarju ta’ PES jikser l-Artikolu 102 TFUE peress li ressaq kawża għal inibizzjoni.

30      F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fuq il-bażi tal-Artikolu 102 TFUE, tal-Artikolu 20(1) tal-liġi tas-26 ta’ Ġunju 2013 kontra r-restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni u tal-Artikolu 242 tal-BGB, il- Bundesgerichtshof (Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Mejju 2009, Orange Book (KZR 39/06), qieset li l-proprjetarju ta’ privattiva li jressaq kawża għal inibizzjoni tal-ksur waqt li l-konvenut jista’ jippretendi li jingħata liċenzja għal dik il-privattiva jkun qed jabbuża mill-pożizzjoni dominanti tiegħu biss jekk jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

31      Minn naħa, il-konvenut għandu jkun ippropona b’mod inkundizzjonali lir-rikorrent sabiex jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja fejn dik l-offerta ma tkun limitata għall-każijiet biss ta’ ksur, waqt li huwa mifhum li l-konvenut għandu jħossu marbut bl-offerta tiegħu u li r-rikorrent huwa obbligat li jaċċettaha peress li r-rifjut tiegħu jkollu l-effett li jostakola b’mod inġust lill-konvenut jew li jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

32      Min-naħa l-oħra, meta l-konvenut juża t-tagħlim tal-privattiva qabel l-aċċettazzjoni tal-offerta mir-rikorrent, huwa għandu josserva l-obbligi li, għall-finijiet tal-isfruttar tal-privattiva, jaqgħu fuqu abbażi tal-kuntratt futur tal-liċenzja, jiġifieri jagħti rendikont tal-atti ta’ sfruttar tiegħu u jħallas is-somom li jirriżultaw minn dan.

33      Fid-dawl tal-fatti li l-offerti tal-kuntratt ta’ ZTE ma jistgħux jitqiesu bħala “inkundizzjonali” peress li huma kienu limitati biss għall-prodotti li jagħtu lok għall-ksur tal-privattiva u li ZTE la ħallset l-ammont tar-royalty ikkalkolat minnha stess, u lanqas tat rendikont b’mod eżawrjenti tal-atti ta’ sfruttar li seħħu, il-qorti tar-rinviju tirrileva li hija kellha teskludi li ZTE tkun tista’ teċċepixxi b’mod validu n-natura obbligatorja tal-liċenzja, u b’hekk, ikollha tintlaqa’ il-kawża ta’ inibizzjoni ta’ Huawei Technologies.

34      Madankollu, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li, fl-istqarrijiet għall-istampa Nru IP/12/1448 u MEMO/12/1021, tal-21 ta’ Diċembru 2012, dwar dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lil Samsung Electronics u relatata mat-tressiq minn din il-kumpannija ta’ azzjonijiet ta’ ksur ta’ privattiva fil-qasam tat-telefons ċellulari, il-Kummissjoni Ewropea tidher li tqis li l-eżerċizzju ta’ kawża għal inibizzjoni kien illeċitu meta jitqies l-Artikolu 102 TFUE, inkwantu l-kawża kienet tirrigwarda PES, li l-proprjetarju tal-privattiva kien indika lil korp ta’ standardizzazzjoni d-disponibbiltà tiegħu li jagħti liċenzji b’kundizzjonijiet FRAND u li l-awtur tal-ksur tal-privattiva stess kien dispost li jinnegozja dik il-liċenzja. B’hekk, huwa irrilevanti l-fatt li l-partijiet meqjusa ma jaslux għal ftehim dwar il-kontenut ta’ ċerti klawżoli tal-kuntratt u lanqas, b’mod partikolari, dwar l-ammont tar-royalty li għandha titħallas.

35      Issa, kieku kellhom jiġu applikati biss dawn il-kriterji mill-qorti tar-rinviju, din tal-aħħar kellha tiċħad il-kawża għal inibizzjoni ta’ Huawei Technologies bħala abbużiva fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE peress li huwa paċifiku li l-partijiet fil-kawża prinċipali kienu disposti li jinnegozjaw.

36      Il-qorti tar-rinviju hija tal-fehma li, fil-kawża prinċipali, iċ-ċirkustanzi li l-awtur tal-ksur tal-privattiva kien dispost li jinnegozja u l-proprjetarju tal-privattiva EP 2 090 050 B 1 ikkonċeda liċenzji lit-terzi ma għandhomx ikunu suffiċjenti sabiex jikkostitwixxu abbuż ta’ pożizzjoni dominati.

37      Fl-evalwazzjoni tan-natura abbużiva ta’ proprjetarju ta’ valutazzjoni tal-ekwità tal-kondotta tal-pussessur ta’ PES, għandu, skont din il-qorti, jiġi żgurat bilanċ adegwat u ġust tal-interessi leġittimi tal-partijiet li għandu jiġi rikonoxxut li għandhom saħħa ta’ negozjar ekwivalenti.

38      F’dan is-sens, il-qorti tar-rinviju tqis li l-pożizzjoni tal-proprjetarju ta’ PES bħal dak tal-awtur tal-ksur tal-privattiva ma għandhiex tippermettilhom li jiksbu royalties jew għolja ħafna (sitwazzjoni ta’ “hold-up”), jew huwa baxxi ħafna (sitwazzjoni ta’ “reverse hold-up”). Għal din ir-raġuni iżda wkoll għal kunsiderazzjonijiet ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-benefiċjarji ta’ liċenzji u l-awturi tal-ksur tal-privattiva tal-istess prodott, il-proprjetarju tal-PES għandu jkun jista’ jkollu il-kawża għal inibizzjoni. Fil-fatt, l-eżerċizzju ta’ dritt legalment previst ma jistax jikkostitwixxi, fih innifsu, abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li l-karatterizzazzjoni tiegħu teħtieġ li jkun hemm elementi oħra. Madankollu, li jitqies bħala kriterju ta’ tali abbuż il-kunċett ta’ “rieda li jinnegozja” tal-awtur tal-ksur tal-privattiva ma jistax ikun sodisfaċenti, peress li dan jista’ jagħti lok għal bosta interpretazzjonijiet u jiżgura libertà wiesgħa wisq lill-awtur tal-ksur tal-privattiva. Fi kwalunkwe każ, jekk tali kunċett kellu jitqies bħala rilevanti, għandhom jitqiesu ċerti kundizzjonijiet ta’ kwalità u ta’ terminu sabiex jiggarantixxu l-onestà tal-applikant għal-liċenzja. B’hekk għandha tiġi rikjesta l-preżentata ta’ talba “inkundizzjonata” għal liċenzja, qabel l-isfruttar tal-privattiva kkonċernata, preċiża u aċċettabbli, li jkun fiha l-elementi ġeneralment preżenti f’kuntratt ta’ liċenzja. Fir-rigward b’mod partikolari ta’ talbiet għal liċenzja ta’ operaturi li diġà introduċew fis-suq prodotti li jużaw il-PES, dawn l-operaturi għandhom ikunu immedjatament meħlusa mill-obbligi li jikkonsistu f’li jagħtu rendikont tal-operat ta’ dan il-PES u li jħallsu il-loyalty sussegwenti. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li awtur tal-ksur ta’ privattiva għandu jkun, fl-ewwel jista’ jikkostitwixxi, l-ewwel nett, garanzija minflok li jħallas direttament ir-royalty lill-proprjetarju ta’ PES meqjus. Bl-istess mod, għandu jkun maħsub li jkun hemm il-possibbiltà għal min jitlob il-liċenzja li jħalli lil dan il-proprjetarju li jiddetermina l-ammont tar-royalty b’mod ekwu.

39      F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:

“1)      Il-proprjetarju ta’ [PES], li ddikjara ruħu dispost fil-konfront ta’ organu ta’ standardizzazzjoni li jagħti lil terzi liċenzja b’kundizzjonijiet [FRAND], jabbuża mill-pożizzjoni dominanti tiegħu meta jressaq mandat [kawża] ta’ inibizzjoni kontra awtur tal-ksur tal-privattiva, meta dan tal-aħħar iddikjara ruħu lest li jinnegozja tali liċenzja,

      jew

għandu jitqies li jeżisti abbuż minn pożizzjoni dominanti biss jekk l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva, għall-finijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ liċenzja, ippreżenta lill-proprjetarju tal-privattiva offerta inkundizzjonali aċċettabbli li l-proprjetarju ma jistax jirrifjuta mingħajr ma jostakola inġustament lill-awtur ta’ ksur ta’ privattiva jew mingħajr ma jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u jekk, bl-aspettattiva tal-liċenzja li għandha tingħata, l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva diġà jissodisfa l-obbligi kuntrattwali fir-rigward ta’ atti ta’ sfruttar li seħħew?

2)      Fil-każ li abbuż minn pożizzjoni dominanti huwa kkostitwit bis-sempliċi dispożizzjoni tal-awtur ta’ ksur ta’ privattiva li jinnegozja:

L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi kundizzjonijiet partikolari ta’ kwalità u/jew ta’ terminu għal tali dispożizzjoni li jsir negozjar? Jista’ jitqies li l-awtur tal-ksur ta’ privattiva huwa lest li jinnegozja meta jkun esprima (oralment), biss f’termini ġenerali, id-dispożizzjoni tiegħu li jibda negozjar jew l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva għandu jkun diġà beda n-negozjar billi indika pereżempju l-kundizzjonijiet konkreti li fihom huwa lest jikkonkludi l-kuntratt ta’ liċenzja?

3)      Jekk l-abbuż minn pożizzjoni dominanti jkun suġġett għall-preżentata ta’ offerta ta’ kuntratt inkundizzjonali u aċċettabbli:

L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi kundizzjonijiet partikolari ta’ kwalità u/jew ta’ terminu għal tali offerta? L-offerta għandha tinkludi r-regoli kollha ġeneralment previsti fil-kuntratti ta’ liċenzja li jaqgħu taħt il-qasam tekniku inkwistjoni? B’mod partikolari, l-offerta tista’ tkun kundizzjonata għall-isfruttar effettiv tal-privattiva msemmija hawn fuq jew għall-validità tagħha?

4)      Jekk l-abbuż minn pożizzjoni dominanti jkun suġġett għall-eżekuzzjoni tal-obbligi imposti fuq l-awtur tal-ksur tal-privattiva skont il-liċenzja li għandha tingħata:

L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi kundizzjonijiet partikolari għall-atti ta’ eżekuzzjoni tal-awtur tal-ksur tal-privattiva? L-awtur tal-ksur tal-privattiva għandu l-obbligu li jirrapporta atti ta’ sfruttar li seħħew u/jew li jħallas taxxa [royalty]? Jekk ikun il-każ, l-awtur ta’ ksur ta’ privattiva jista’ jissodisfa l-obbligu li jħallas taxxa billi jipprovdi garanzija?

5)      Il-kundizzjonijiet li fihom il-proprjetarju ta’ [PES] huwa allegat li abbuża mill-pożizzjoni dominanti tiegħu japplikaw ukoll meta l-proprjetarju jinvoka drittijiet oħra taħt il-falsifikazzjoni [il-ksur tal-privattiva] (provvista ta’ data ta’ kontabbiltà, sejħa lura tal-prodotti, danni)?”

 Fuq id-domandi preliminari

40      Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li din it-talba għal deċiżjoni preliminari taqa’ fil-kuntest ta’ tilwima għal ksur ta’ privattiva, bejn żewġ atturi fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet li huma proprjetarji ta’ diversi privattivi essenzjali għall-istandard “Long Term Evolution” stabbilit fil-kuntest tal-ETSI, li huwa magħmul minn iktar minn 4 700 PES, li għalihom dawn l-atturi impenjaw irwieħhom li jagħtu liċenzji lil terzi skont il-kundizzjonijiet FRAND.

41      Fil-kuntest ta’ din it-tilwima, il-qorti nazzjonali tistaqsi jekk għandhiex tiġi kklassifikata bħala “abbuż ta’ pożizzjoni dominanti” fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE, u għaldaqstant miċħuda l-azzjoni għal ksur tal-privattiva intiża għall-inibizzjoni tal-ksur tal-privattiva, għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà, għas-sejħa lura tal-prodotti inkwistjoni kif ukoll għal kumpens, imressqa mill-proprjetarju ta’ PES, f’din il-kawża Huawei Technologies, kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva ta’ dan il-PES, ZTE, li talbet il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja.

42      Sabiex tingħata risposta lill-qorti nazzjonali u tiġi evalwata l-leġittimità ta’ tali azzjoni għal ksur imressqa mill-proprjetarju ta’ PES kontra awtur tal-ksur ta’ privattiva li miegħu ma seta’ jinstab l-ebda ftehim ta’ liċenzja, għandu jkun hemm ibbilanċjat, fuq naħa waħda, il-preżervazzjoni tal-libertà tal-kompetizzjoni, li biha d-dritt primarju u b’mod partikolari l-Artikolu 102 TFUE jipprojbixxi l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti u, min-naħa l-oħra, il-garanzija neċessarja ta’ proprjetà intellettwali ta’ dan il-proprjetarju u tad-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantita, rispettivament fl-Artikoli 17(2) u 47 tal-Karta.

43      Kif il-qorti tar-rinviju ikkonstatat fid-deċiżjoni tar-rinviju, l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti ma ġietx ikkontestata quddiemha mill-partijiet fil-kawża prinċipali. Peress li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirreferu biss għall-eżistenza ta’ abbuż, l-analiżi għandha tiġi limitata għal dan l-aħħar kriterju.

 Fuq l-ewwel sar-raba’ domanda u l-ħames domanda sa fejn din l-aħħar domanda tikkonċerna l-kawża mressqa sabiex tinkiseb is-sejħa lura tal-prodotti

44      Permezz tal-ewwel sar-raba’ domanda u l-ħames domanda sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna l-kawżi mressqa sabiex tinkiseb is-sejħa lura tal-prodott, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, liema huma ċ-ċirkustanzi li fihom l-introduzzjoni, minn impriża li tinsab f’pożizzjoni dominanti u hija proprjetarja ta’ PES li impenjat ruħha mal-korp tal-istandardizzazzjoni li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet FRAND, ta’ azzjoni għal ksur tal-privattiva li għandha l-għan tal-inibizzjoni ta’ din il-PES jew is-sejħa lura tal-prodotti li għall-manifattura tagħhom l-imsemmija PES intużat għandha titqies bħala li tikkostitwixxi prattika abbużiva kuntrarja għall-Artikolu 102 TFUE.

45      Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ użu abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE huwa kunċett oġġettiv li jkopri l-aġir ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti li, f’suq fejn, preċiżament wara l-preżenza tal-impriża inkwistjoni, il-livell ta’ kompetizzjoni huwa diġà dgħajjef, għandu bħala effett li jostakola, bl-użu ta’ mezzi differenti minn dawk li jirregolaw kompetizzjoni normali ta’ prodotti jew ta’ servizzi fuq il-bażi ta’ servizzi tal-operaturi ekonomiċi, iż-żamma ta’ livell ta’ kompetizzjoni li għadu jeżisti fis-suq jew l-iżvilupp ta’ din il-kompetizzjoni (sentenzi Hoffmann-La Roche vs Il-Kummissjoni, 85/76, EU:C:1979:36, punt 91; AKZO vs Il-Kummissjoni, C‑62/86, EU:C:1991:286, punt 69, kif ukoll Tomra Systems et vs Il-Kummissjoni, C‑549/10 P, EU:C:2012:221, punt 17).

46      F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita li l-eżerċizzju ta’ dritt esklużiv marbut ma’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, jiġifieri, fil-kawża prinċipali, id-dritt li titressaq azzjoni ta’ ksur tal-privattiva, hija waħda mill-prerogattivi tal-proprjetarju ta’ proprjetà intellettwali b’tali mod li l-eżerċizzju ta’ tali dritt, anki jekk huwa l-att ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti, ma jistax jikkostitwixxi fih innifsu, abbuż ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Volvo, 238/87, EU:C:1988:477, punt 8; RTE u ITPvs Il-Kummissjoni, imsejħa “Magill”, C‑241/91 P u C‑242/91 P, EU:C:1995:98, punt 49, kif ukoll IMS Health, C‑418/01, EU:C:2004:257, punt 34).

47      Madankollu, hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li l-eżerċizzju tad-dritt esklużiv relatat ma’ dritt ta’ proprjetà intellettwali mill-proprjetarju tiegħu jista’, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jagħti lok għal aġir abbużiv fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Volvo, 238/87, EU:C:1988:477, punt 9; RTE u ITP vs Il-Kummissjoni, imsejħa “Magill”, C‑241/91 P u C‑242/91 P, EU:C:1995:98, punt 50, kif ukoll IMS Health, C‑418/01, EU:C:2004:257, punt 35).

48      Madankollu, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi enfasizzat li l-kawża prinċipali għandha karatteristiċi partikolari li jiddistingwuha minn dawk li taw lok għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 46 sa 47 ta’ din is-sentenza.

49      Hija kkaratterizzata, minn naħa, mill-fatt, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, li l-privattiva inkwistjoni hija essenzjali għal standard stabbilit minn organi ta’ standardizzazzjoni, li jagħmel l-isfruttar tagħha essenzjali għal kompetitur li jaħseb sabiex jimmanifattura prodotti konformi mal-istandard li miegħu huwa marbut.

50      Din il-karatteristika tiddistingwi l-PES mill-privattivi BEN li ma humiex essenzjali għal standard u li normalment jippermettu lit-terzi sabiex jimmanifatturaw prodotti li jikkompetu billi titwarrab il-privattiva kkonċernata mingħajr ma jkunu kompromessi l-funzjonijiet fundamentali tal-prodott.

51      Min-naħa l-oħra, il-kawża prinċipali hija distinta mill-fatt li l-privattiva kkonċernata kisbet l-istatus ta’ PES biss bħala korrispettiv għal impenn irrevokabbli tal-proprjetarju tagħha mal-organu ta’ standardizzazzjoni meqjus, li jkunu lesti li jagħtu lil liċenzji skont il-kundizzjonijiet FRAND, kif jirriżulta mill-punti 15 sa 17 u 22 ta’ din is-sentenza.

52      Għalkemm il-proprjetarju tal-privattiva essenzjali inkwistjoni għandu d-dritt li jressaq kawża għal inibizzjoni jew għal sejħa lura tal-prodotti, il-fatt li din il-privattiva kisbet l-istatus ta’ PES għandu l-effett li l-proprjetarju tagħha jista’ jeskludi l-ħruġ jew iż-żamma fis-suq ta’ tali immanifatturati minn kompetituri u, b’hekk, jirriżervaw l-manifattura ta’ dawn il-prodotti.

53      F’dawn iċ-ċirkustanzi u fid-dawl tal-fatt li impenn ta’ għoti ta’ liċenzji skont il-kundizzjonijiet FRAND joħloq aspettattivi leġittimi ma’ terzi li l-proprjetarju tal-PES jagħtihom effettivament għal tali kundizzjonijiet, rifjut tal-proprjetarju tentur tal-PES li jagħti liċenzja għal dawn l-istess kundizzjonijiet ma jkunx fil-prinċipju abbuż taħt l-Artikolu 102 TFUE.

54      Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-aspettattivi leġittimi maħluqa, in-natura abbużiva ta’ tali rifjut tista’, fil-prinċipju, tkun opposta għal kawżi ta’ inibizzjoni jew għal sejħa lura tal-prodotti. Madankollu, il-proprjetarju tal-privattiva huwa obbligat, skont l-Artikolu 102 TFUE, biss għall-għoti ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND. Issa, il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux fuq dak li huwa rikjest mill-kundizzjonijiet FRAND f’din il-kawża.

55      F’dan il-każ, sabiex jiġi evitat li kawża għal inibizzjoni jew ta’ sejħa lura tal-prodotti inkwistjoni tista’ titqies bħala abbużiva, il-proprjetarju ta’ PES għandu josserva l-kundizzjonijiet intiżi li jiżguraw bilanċ ġust tal-interessi ikkonċernati.

56      F’dan ir-rigward, hemm lok li tittieħed debitament inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċità taċ-ċirkustanzi ta’ dritt u ta’ fatt tal-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, Post Danmark, C‑209/10, EU:C:2012:172, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).

57      B’hekk, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni ir-rispett meħtieġ ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, intiża, b’mod partikolari, mid-Direttiva 2004/48 li, konformement mal-Artikolu 17(2) tal-Karta, jipprovdi numru ta’ rimedji ta’ dritt ddestinati li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern kif ukoll id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkonsisti f’diversi elementi differenti li fosthom jinsab id-dritt ta’ aċċess għall-qrati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Otis et, C‑199/11, EU:C:2012:684, punt 48).

58      Dan ir-rekwiżit għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jimplika li l-proprjetarju ma jistax, fil-prinċipju, jiġi mċaħħad mid-dritt li jirrikorri għall-kawżi sabiex jiggarantixxi r-rispett effettiv tad-drittijiet esklużivi tiegħu u li l-utent tagħhom, jekk ma huwiex il-proprjetarju tagħhom, huwa, fil-prinċipju, marbut li jikseb liċenzja qabel kwalunkwe użu.

59      Għalhekk, jekk l-impenn irrevokabbli ta’ għoti ta’ liċenzji skont il-kundizzjonijiet FRAND, meħud mal-organu ta’ standardizzazzjoni mill-proprjetarju tal-PES, ma jistax ineħħi mis-sustanza tagħhom id-drittijiet iggarantiti lil dan il-proprjetarju mill-Artikoli 17(2) u 47 tal-Karta, huwa madankollu jiġġustifika li tiġi imposta fuqu l-osservanza tar-rekwiżiti speċifiċi fl-okkażjoni tat-tressiq, kontra l-awturi tal-ksur tal-privattivi allegati, ta’ kawżi għal inibizzjoni jew għal sejħa lura tal-prodotti.

60      Konsegwentement, il-proprjetarju ta’ PES li jqis li din tal-aħħar kienet suġġett ta’ privattiva ma jistax, mingħajr ma jikser l-Artikolu 102 TFUE, jintroduċu, mingħajr avviż minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel tal-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva, kawża għal inibizzjoni jew għal sejħa lura ta’ prodotti kontra dan tal-aħħar, anki meta l-imsemmija PES kienet diġà ġiet sfruttata mill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva.

61      Qabel tali azzjonijiet, huwa wkoll il-proprjetarju tal-PES meqjus, minn naħa, li javża lill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva bil-ksur tal-privattiva li bih qed jiġi kkritikat, billi jindika din il-PES u jispeċifika il-mod kid din tal-aħħar inkisret.

62      Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma huwiex ċert, fid-dawl tan-numru kbir ta’ PES li jikkomponu tali standard bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-awtur tal-ksur tal-privattiva ta’ waħda minn dawn il-PES ikun neċessarjament jaf li jkun qiegħed jisfrutta għarfien ta’ privattiva li tkun kemm valida kif ukoll essenzjali għal standard.

63      Min-naħa l-oħra, wara li l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva esprima r-rieda tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, huwa dan il-proprjetarju li għandu jingħat li dan l-awtur tal-ksur tal-privattiva offerta ta’ liċenzja konkreta u bil-miktub skont il-kundizzjonijiet FRAND, konformement mal-impenn meħud mal-organu ta’ standardizzazzjoni u li tippreċiża, b’mod partikolari, ir-royalty u l-modalitajiet ta’ kalkolu tiegħu.

64      Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 86 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-każ fejn il-proprjetarju ta’ PES impenja ruħhu mal-korp ta’ standardizzazzjoni li joħroġ liċenzji skont il-kundizzjonijiet FRAND, jista’ jkun mistenni minnu li jagħmel din l-offerta. Barra minn hekk, fl-assenza ta’ kuntratt ta’ liċenzja standard pubblika u ta’ pubbliċità ta’ kuntratti ta’ liċenzja diġà konklużi ma’ kompetituri oħra, il-proprjetarju tal-PES huwa f’pożizzjoni aħjar mill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva sabiex jeżamina jekk l-offerta tiegħu tosservax il-kundizzjoni ta’ nondiskriminazzjoni.

65      Għall-kuntrarju, huwa l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva li jimplementa din l-offerta b’diliġenza, konformement mal-konswetudnijiet kummerċjali aċċettati fil-qasam u mal-bona fide, li għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u jimplika b’mod partikolari l-assenza ta’ kwalunkwe tattika ta’ dewmien.

66      Sakemm ma jaċċettax l-offerta magħmula lilu, l-awtur tal-ksur tal-privattiva jista jinvoka n-natura abbużiva ta’ kawża għal inibizzjoni jew għal sejħa lura tal-offerti biss jekk jissottometti lill-proprjetarju tal-PES meqjus, fi żmien qasir u bil-miktub, kontro-offerta konkreta li taqbel mal-kundizzjonijiet FRAND.

67      Barra minn hekk, fil-każ li l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva juża t-tagħrif tal-PES qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ liċenzja, huwa hu, mill meta jkun hemm ir-rifjut tal-kontra-offerta tiegħu, li jikkostitwixxi garanzija xierqa, konformement mal-prattika kummerċjali aċċettata fil-kwistjoni, pereżempju billi jipprovdi garanzija bankarja jew billi jiddepożita is-somom neċessarji. Il-kalkolu ta’ din il-garanzija għandha tinkludi, b’mod partikolari, in-numru ta’ atti ta’ sfruttament fil-passat tal-PES li l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva għandu jipproduċi rendikont tagħhom.

68      Barra minn hekk, fejn, bħala riżultat tal-kontro-offerta tal-awtur tal-ksur tal-privattiva, ma nstab ebda ftehim dwar id-dettalji tal-kundizzjonijiet FRAND ma jinstab, il-partijiet, bi ftehim bejniethom, għandhom l-opportunità li jitolbu li l-ammont tar-royalty jkun iddeterminat minn terz indipendenti li jiddeċiedi f’terminu qasir.

69      Fl-aħħar nett, fid-dawl, minn naħa, li korp ta’ standardizzazzjoni, bħal dak li rrediġa l-istandard inkwistjoni, ma jikkontrollax, matul il-proċess ta’ standardizzazzjoni, la l-validità tal-privattivi u lanqas in-natura essenzjali tal-istandard li jipparteċipaw fiha, u, min-naħa l-oħra, tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 47 tal-Karta, l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva ma jistax jiġi kkritikat kemm li ikkontesta, parallellament man-negozjati għall-għoti tal-liċenzja, il-validità ta’ dawn il-privattivi u/jew in-natura essenzjali għall-istandard li fiha huma jipparteċipaw u/jew l-isfruttament effettiv tagħhom, kif ukoll li rriżerva d-dritt li jagħmel dan fil-futur.

70      Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk il-kriterji ta’ hawn fuq humiex issodisfatti f’din il-kawża, sal-punt li huma, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni, rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.

71      Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għall-ewwel sar-raba’ domandi u l-ħames domanda, sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna l-azzjonijiet ġudizzjarji imressqa sabiex tinkiseb is-sejħa lura tal-prodotti, li l-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ PES, li jkun impenja ruħu irrevokabbilment lejn korp ta’ standardizzazzjoni li jagħti lit-terzi liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, ma jabbużax mill-pożizzjoni dominanti tiegħu fis-sens ta’ dan l-artikolu bl-introduzzjoni ta’ azzjoni ta’ ksur għall-inibizzjoni tal-ksur tal-privattiva tiegħu jew għas-sejħa lura tal-prodotti li għall-manifattura tagħhom din il-privattiva ntużat, meta:

–        qabel l-introduzzjoni ta’ din l-azzjoni, huwa, minn naħa, kien avża lill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva li huwa kkritika billi indika din il-privattiva u ppreċiża l-mod kif dan kiser il-privattiva u, min-naħa l-oħra, wara li l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva esprima r-rieda tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, bagħat lil dan l-awtur tal-ksur tal-privattiva, offerta konkreta u bil-miktub ta’ liċenzja għal tali kundizzjonijiet, li tispeċifika, b’mod partikolari, ir-royalty u l-modalitajiet ta’ kalkolu tiegħu.

–        l-imsemmi awtur tal-ksur tal-privattiva kompla jisfrutta din l-privattiva b’diliġenza, konformement mal-konswetudnijiet kummerċjali aċċettati fil-qasam u mal-bona fede, u dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u jimplika b’mod partikolari l-assenza ta’ kull tattika ta’ dewmien.

 Fuq il-ħames domanda sa fejn tikkonċerna l-azzjonijiet ġudizzjarji mressqa sabiex tinkiseb il-provvista ta’ data kompatibbli jew l-għoti ta’ kumpens

72      Permezz tal-ħames domanda tagħha, sa fejn tikkonċerna l-azzjonijiet ġudizzjarji mressqa sabiex jinkiseb il-provvista ta’ data tal-kontabbiltà jew l-għoti ta’ danni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 102 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil impriża li tinsab f’pożizzjoni dominanti u li żżomm PES li hija impenjat ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, li tressaq azzjoni għal ksur kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva u intiża għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti passati ta’ użu ta’ dan il-PES jew l-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ tali atti.

73      Kif jirriżulta mill-punti 52 u 52 ta’ din is-sentenza, l-eżerċizzju, mill-proprjetarju tal-PES, tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tiegħu, billi jressaq kawżi għal inibizzjoni jew għal sejħa lura tal-prodotti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jiġi kklassifikat bħala abbużiv, peress li dawn il-kawżi kienu tali li jeskludu d-dehra jew iż-żamma fis-suq ta’ prodotti konformi mal-istandard meqjus, magħmul mill-kompetituri.

74      Issa, skont id-deskrizzjoni tagħhom mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-azzjonijiet ta’ ksur imressqa mill-proprjetarju ta’ PES u li għandhom l-għan kemm tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti tal-passat ta’ użu ta’ dan il-PES, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ danni dovuti fir-rigward ta’ tali atti ma għandhomx il-konsegwenza diretta fuq il-ħruġ jew iż-żamma fis-suq ta’ prodotti konformi mal-istandard meqjus, magħmula mill-kompetituri.

75      Konsegwentement, f’ċirkustanzi bħal dawn fil-kawża prinċipali, tali azzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala abbużivi skont l-Artikolu 102 TFUE.

76      Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għall-ħames domanda sa fejn tikkonċerna l-azzjonijiet ġudizzjarji mressqa sabiex jinkiseb il-provvista ta’ data tal-kontabbiltà jew l-għoti ta’ danni, li l-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil impriża li tinsab f’pożizzjoni dominanti u li żżomm PES li hija impenjat ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, li tressaq azzjoni għal ksur kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva u intiża għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti passati ta’ użu ta’ dan il-PES jew l-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ tali atti.

 Fuq l-ispejjeż

77      Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

1)      L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ privattiva stabbilita minn organu ta’ standardizzazzjoni, li jkun impenja ruħu irrevokabbilment lejn korp ta’ standardizzazzjoni li jagħti lit-terzi liċenzja skont kundizzjonijiet FRAND (“fair, reasonable and non-discriminatory”), ma jabbużax mill-pożizzjoni dominanti tiegħu fis-sens ta’ dan l-artikolu bl-introduzzjoni ta’ azzjoni ta’ ksur għall-inibizzjoni tal-ksur tal-privattiva tiegħu jew għas-sejħa lura tal-prodotti li għall-manifattura tagħhom din il-privattiva ntużat, meta:

–        qabel l-introduzzjoni ta’ din l-azzjoni, huwa, minn naħa, kien avża lill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva li huwa kkritika billi indika din il-privattiva u ppreċiża l-mod kif dan kiser il-privattiva u, min-naħa l-oħra, wara li l-allegat awtur tal-ksur esprima r-rieda tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, bagħat lil dan l-awtur tal-ksur tal-privattiva, offerta konkreta u bil-miktub ta’ liċenzja għal tali kundizzjonijiet, li tispeċifika, b’mod partikolari, ir-royalty u l-modalitajiet ta’ kalkolu tagħha.

–        l-imsemmi awtur tal-ksur tal-privattiva kompla jisfrutta din l-privattiva b’diliġenza, konformement mal-konswetudnijiet kummerċjali aċċettati fil-qasam u mal-bona fede, u dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u jimplika b’mod partikolari l-assenza ta’ kull tattika ta’ dewmien.

2)      L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil impriża li tinsab f’pożizzjoni dominanti u li żżomm privattiva essenzjali għal standard stabbilit minn organu ta’ standardizzazzjoni li impenjat ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, li tressaq azzjoni għal ksur kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva u intiża għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti passati ta’ użu ta’ din il-privattiva jew l-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ tali atti.

Firem


* Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.