Language of document : ECLI:EU:T:2007:211





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2007 – Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-327/03)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Motivazzjoni”

1.                     Proċedura - Deċiżjoni li, fil-mori tal-kawża, tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata (ara l-punti 33-36)

2.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001; Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931, Artikolu 1(4) u (6)) (ara l-punti 53-55, 56-58)

3.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża - Inammissibbiltà (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 65)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/480/KE, tas-27 ta’ Ġunju 2003, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/974/KE (ĠU L 160, p. 81) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/646/KE, tat-12 ta’ Settembru 2003, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/480 (ĠU L 229, p.22).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE, tad-29 ta’ Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE, hija annullata safejn tirrigwarda Stichting Al-Aqsa.

2)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba intiża sabiex jiġi ddikjarat illegali, skond l-Artikolu 241 KE, ir-Regolament Nru 2580/2001 tal-Kunsill, tas-27 ta’ Diċembru 2001.

3)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ Stichting Al-Aqsa.

4)

Ir-Renju ta’ l-Olanda għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.