Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 - Budějovický Budvar vs UASI - Anheuser-Busch (BUD)

(Kawżi magħquda T-225/06, T-255/06, T257/06 u T309/06)1

("Trade mark Komunitarju - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali u figurattiva BUD - Denominazzjonijiet 'bud' - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Budějovický Budvar, národní podnik (Česke Budějovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: F. Fajgenbaum u C. Petsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Anheuser-Busch, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentata minn V. von Bomhard, A. Renck, B. Goebel u A. Pohlmann, sussegwentement irrappreżentata minn V. von Bomhard, A. Renck u B. Goebel, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, mogħtija fl-14 ta' Ġunju (Każ R 234/2005-2), fit-28 ta' Ġunju (Każijiet R 241/2005-2 u R 802/2004-2) u fl-1 ta' Settemrbu 2006 (Każ R 305/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.

Dispożittiv

Il-kawżi T-225/06, T-255/06, T-257/06 u T-309/06 huma magħquda għall-finijiet ta' din is-sentenza.

Id-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), mogħtija fl-14 ta' Ġunju (Każ R 234/2005-2), fit-28 ta' Ġunju (Każijiet R 241/2005-2 u R 802/2004-2) u fl-1 ta' Settembru 2006 (Każ R 305/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc., huma annullati.

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż ta' Budějovický Budvar, národní podnik.

Minbarra l-ispejjeż tagħha, Anheuser-Busch hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż ta' Budějovický Budvar, národní podnik.

____________

1 - ĠU C 261, 28.10.2006