Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2016 – Ir-Repubblika Slovakka vs Achmea BV

(Kawża C-284/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka

Konvenuta: Achmea BV

Domandi preliminari

L-Artikolu 344 TFUE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ ftehim bilaterali ta’ investiment bejn Stati Membri tal-Unjoni (dak li għandu jissejjaħ “TBI intern għall-Unjoni”), li tipprevedi li investitur ta’ Stat kontraenti jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investimenti fl-Istat kontraenti l-ieħor, jibda proċedura kontra dan l-Istat tal-aħħar quddiem tribunal tal-arbitraġġ, meta l-imsemmi ftehim ġie konkluż qabel l-adeżjoni ta’ wieħed mill-Istati kontraenti mal-Unjoni Ewropea, iżda meta l-proċedura ta’ arbitraġġ ser tinbeda biss wara din id-data?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 267 TFUE jostakola l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda:

Fil-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel domanda, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE jostakola l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni?

____________