Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta' Mejju 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia - l-Italja) - Duomo Gpa Srl (C-357/10), Gestione Servizi Pubblici Srl (C-358/10), Irtel Srl (C-359/10) vs Comune di Baranzate C-357/10 u C-358/10), Comune di Venegono Inferiore (C-359/10)

(Kawżi Magħquda C-357/10 sa C-359/10) 

("Artikoli 3 KE, 10 KE, 43 KE, 49 KE u 81 KE - Libertà ta' stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikoli 15 u 16 - Għoti ta' servizzi ta' likwidazzjoni, verifika u rkupru ta' taxxi jew ta' dħulijiet oħra tal-amministrazzjonijiet lokali - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Kapital azzjonarju minimu - Obbligu")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Duomo Gpa Srl (C-357/10), Gestione Servizi Pubblici Srl (C-358/10), Irtel Srl (C-359/10)

Konvenut: Comune di Baranzate (C-357/10 u C-358/10), Comune di Venegono Inferiore (C-359/10)

fil-preżenza ta': Agenzia Italiana per le Pubbliche Amministrazione SpA (AIPA)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari - Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia - Interpretazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta' Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) u tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 KE - Komunikazzjonijiet kummerċjali tal-professjonijiet irregolati - Għoti ta' servizzi ta' likwidazzjoni, verifikazzjoni u rkupru ta' taxxi jew ta' dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali - Kapital azzjonarju minimu impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprevedi:

-    l-obbligu, għal operaturi ekonomiċi, minbarra l-kumpanniji li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi, li jadattaw, jekk ikun il-każ, il-kapital azzjonarju tagħhom għal EUR 10 miljun sabiex ikunu awtorizzati jwettqu attivitajiet ta' likwidazzjoni, ta' verifika u ta' rkupru ta' taxxi u dħulijiet oħra tal-awtoritajiet lokali;

-    in-nullità tal-għoti ta' tali servizzi lil operaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta' kapital azzjonarju minimu, u

-    il-projbizzjoni li jinkisbu kuntratti ġodda jew li jkun hemm parteċipazzjoni f'sejħiet għal offerti miftuħa għall-għoti ta' dawn is-servizzi sakemm l-obbligu ta' adattament tal-kapital azzjonarju ma jiġix sodisfatt.

____________

1 - ĠU C 260, 25.09.2010.