Language of document : ECLI:EU:C:2013:463





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Gosselin Group vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑429/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju — Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Klassifikazzjoni — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Obbligu ta’ motivazzjoni — Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Valur legali — Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti — Portata — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) — Proporzjon tal-valur tal-bejgħ — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 25 — Preskrizzjoni — Ksur ripetut”

1.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 41, 106)

2.                     Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba l-effett (Artikolu 81(1) KE) (ara l‑punti 43, 55)

3.                     Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni skont il-kuntest ekonomiku u ġuridiku (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 44)

4.                     Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 52-54)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Linji gwida dwar il-kunċett ta’ effett fuq il-kummerċ — Att intiż sabiex joħloq effetti esterni — Portata (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 101/07) (ara l-punti 63-66)

6.                     Akkordji — Delimitazzjoni tas-suq — Skop — Determinazzjoni tal-effet fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Obbligu li jiġi ddefinit is-suq inkwistjoni — Portata (Artikolu 81 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 101/07, punt 55) (ara l-punti 67, 68)

7.                     Akkordji — Delimitazzjoni tas-suq — Skop — Determinazzjoni tal-effet fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett sinjifikattiv (Artikolu 81 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 101/07) (ara l-punti 75-77)

8.                     Appell — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża — Esklużjoni — Stħarriġ limitat għall-verifika tat-teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-fatturi essenzjali ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u l-argumenti kollha mressqa dwar il-multa imposta (Artikolu 81 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 85-87)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità u tul tal-ksur — Elementi ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 20 u 27) (ara l-punti 88-90, 93, 105)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 130)

11.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet — Bidu tad-dekorrenza — Ksur kontinwu jew kontinwat — Jum li fih jintemm il-ksur — Interruzzjoni — Talba għal informazzjoni — Portata (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)(a) u Artikolu 25(1)(b) u (3)(a)) (ara l-punti 135-137)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group vs Il‑Kummissjoni (T‑208/08) u Stichting Administratiekantoor Portielje (T‑209/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T‑208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 – Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T‑209/08, annullat id-Deċiżjoni C (2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C (2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Gosselin Group NV hija kkundannata għall-ispejjeż.