Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso Administrativo nº 4 de Madrid (Spanja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getafe

(Kawża C-74/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo nº 4 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania

Konvenut: Ayuntamiento de Getafe

Domanda preliminari

L-eżenzjoni lill-Knisja Kattolika tat-Taxxa fuq il-kostruzzjoni, installazzjonijiet u xogħlijiet fir-rigward ta’ kostruzzjoni, installazzjonijiet u xogħlijiet imwettqa fi proprjetà immobbli intiża għall-iżvilupp ta’ attivitajiet eknomiċi li ma għandhom ebda għan strettament reliġjuż tmur kontra l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

____________