Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-5 ta’ Mejju 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-147/13) 1

(Rikors għal annullament – Implementazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa – Privattiva unitarja – Regolament (UE) Nru 1260/2012 – Dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ traduzzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikolu 291 TFUE – Delega ta’ poteri lil korpi esterni għall-Unjoni Ewropea – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE – Bażi legali – Prinċipju ta’ awtonomija tad-dritt tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: E. Chamizo Llatas u S. Centeno Huerta, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Middleton, F. Florindo Gijón, M. Balta u L. Grønfeldt, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, J.-C. Halleux u T. Materne, aġenti), Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u M. Wolff, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, M. Möller u J. Kemper, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, F.-X. Bréchot, D. Colas u N. Rouam, aġenti), Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt, aġent, assistit minn J. Stratford, QC, u minn T. Mitcheson, barrister), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Gómez-Leal, U. Rösslein u M. Dean, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, T. van Rijn, B. Smulders u F. Bulst, aġenti)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.