Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-8 taʼ Mejju 2013 – ENI SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-508/11 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-gomma butadiene u gomma styrene-butadiene prodotti bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji fuq il-kumpanniji parent tagħhom – Preżunzjoni tal-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Gravità tal-ksur – Fattur ta’ multiplikazzjoni bħala effett dissważiv – Impatt konkret fuq is-suq – Ċirkustanzi aggravanti – Reċidiva)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: ENI SpA (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u L Malferrari, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ Lulju 2011, ENI vs Il-Kummissjoni (T-39/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment it-talba intiża għall-annullament, fir-rigward ta’ Eni SpA, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 - Gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), jew sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Eni - Prova tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Nuqqas ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

1)    L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

2)    Eni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell principal.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.

____________

1 ĠU C 340, 19.11.2011