Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta' April 2013 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Systran SA, Systran Luxembourg SA

(Kawża C-103/11 P) 

(Appell - Artikolu 225(1) KE, Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Kawza kontra l-Komunità Ewropea sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali - Evalwazzjoni tan-natura mhux kuntrattwali tal-kawża - Ġurisdizzjoni tal-qrati Komunitarji)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn, aġent, E. Montaguti u J. Samnadda, aġenti, assistiti minn A. Berenboom, avukat u M. Isgour, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Systran SA, Systran Luxembourg SA (rappreżentanti: J.-P. Spitzer u E. De Boissieu, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta' Diċembru 2010 - Systran u Systran Luxembourg vs Il Kummissjoni (T-19/07), li għandha bħala suġġett rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti fl-ewwel istanza minħabba numru ta' illegalitajiet imwettqa wara li saret sejħa għal offerti mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta' traduzzjoni awtomatika tagħha - Evalwazzjoni żbaljata u kontradizzjonijiet fir-rigward tan-natura mhux kuntrattawali tal-kwistjoni - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Ksur tar-regoli dwar il-produzzjoni tal-prova - Żball manifest ta' evalwazzjoni fir-rigward tan-natura suffiċjentement ikkaratterizzata tal-allegat tort tal-Kummissjoni - Assenza ta' motivazzjoni

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07) hija annullata.

Ir-rikors ta' Systran SA u Systran Luxembourg SA fil-Kawża T-19/07 huwa miċħud.

Systran SA u Systran Luxembourg SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 145, 14.05.2011