Language of document : ECLI:EU:T:2011:107





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Legris Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 30-32)

2.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Kumpannija parent u sussidjarji - Unità ekonomika - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata minn kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha - Sussidjarja miżmuma minn kumpannija holding - Ċirkustanza insuffiċjenti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni (Artikolu 8(1) KE) (ara l-punti 47-54, 58)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F‑1/38.121 – Attrezzaturi).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Legris Industries SA hija kkundannata għall-ispejjeż.