Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta' Ġunju 2012 - Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-485/10) 

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija favur Ellinika Nafpigeia AE - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Irkupru - Nuqqas ta' eżekuzzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Milonopoulos u K. Boskovits, aġenti, V. Christianos, dikigoros)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta' Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3118) (ĠU L 225, p. 104)

Dispożittiv

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplementa d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta' Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi, u, billi ma ppreżentatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 19 ta' din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11 sa 19 ta' din id-deċiżjoni.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010