Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Marle Participations SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-320/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marle Participations SARL

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk u, meta jkun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-kiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija holding lil sussidjarja ifissirx intervent dirett jew indirett fil-ġestjoni ta’ din is-sussidjarja li jkollu bħala effett li lill-akkwist u liż-żamma ta’ ishma ta’ din is-sussidjarja tingħata n-natura ta’ attivitajiet ekonomiċi fis-sens tad-direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud 1 .

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).