Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2017 – Oy Hartwall Ab

(Kawża C-578/17)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oy Hartwall Ab

Konvenut: Patentti- ja rekisterihallitus

Domandi preliminari

Għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-kundizzjoni dwar il-karattru distintiv ta’ trade mark fis-sens tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks 1 , il-kwistjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni tat-trade mark hijiex mitluba bħala trade mark figurattiva jew bħala trade mark ta’ kulur hija rilevanti?

Fil-każ li l-klassifikazzjoni ta’ trade mark bħala trade mark ta’ kulur jew trade mark figurattiva tkun rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tagħha, it-trade mark għandha tiġi rreġistrata, minkejja l-preżentazzjoni figurattiva tagħha, bħala trade mark ta’ kulur, konformememnt mal-applikazzjoni għal trade mark, jew tista’ tiġi rreġistrata biss bħala trade figurattiva?

Fil-każ li huwa possibbli li tiġi rreġistrata bħala trade mark ta’ kulur, trade mark figurattiva, li hija rrappreżentata grafikament fl-applikazzjoni għal trade mark, bil-preċiżjoni meħtieġa skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mat-trade marks ta kulur (u li ma hijiex ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-kulur fiha nfisha, astratta, mingħajr forma jew kontorn), huwa neċessarju li tiġi prodotta prova ta’ użu effettiv bħal dik mitluba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali, jew kwalunkwe prova oħra?

____________

1 ĠU 2008, L 299, p. 25