Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - UEFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/08) 1

"Xandir televiżiv - Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE - Miżuri adottati mir-Renju Unit li jirrigwardaw l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà ta' dan l-Istat Membu - Kampjonat tal-Ewropa tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni - Artikoli 49 KE u 86 KE - Dritt ta' proprjetà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Union des associations européennes de football (UEFA) (Nyon, L-Isviżżera) (rappreżentanti: A. Bell, K. Learoyd, solicitors, D. Anderson, QC, u B. Keane, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Benyon u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u M. Lester, barrister)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta : Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti : C. Pochet, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti : inizjalment minn S. Behzadi-Spencer u V. Jackson, sussegwentement minn S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, aġenti, assisti minn T. de la Mare u B. Kennelly, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-16 ta' Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Union des associations européennes de football (UEFA)għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Belġju u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.