Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga (il-Portugall) fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Caixa Económica Montepio Geral vs Carlos Samuel Pimenta Marinho et

(Kawża C-333/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Braga

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caixa Económica Montepio Geral

Konvenuti: Carlos Samuel Pimenta Marinho, Maria de Lurdes Coelho Pimenta Marinho, Daniel Pimenta Marinho, Vera da Conceição Pimenta Marinho

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni – fil-parti fejn tirrikonoxxi liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-konsumatur previst fl-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll id-dritt fundamentali għall-ugwaljanza fit-trattament bejn ċittadini u impiżi previst fl-Artikolu 21 tal-Karta – jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (artikolu uniku tad-Digriet-Liġi Nru 32765 tad-29 ta’ April 1943 li jeskludi l-iskema ġenerali li tirriżulta mill-Artikolu 1143 tal-Kodiċi Ċivili) mill-perspettiva leġiżlattiva fejn din il-leġiżlazzjoni tagħti lis-settur bankarju trattament differenti miċ-ċittadini u impriżi l-oħra, fir-rigward tal-forma li għandu jkollu l-kuntratt ta’ self, fejn meta l-kuntratt ta’ self jiġi konkluż minn istituzzjonijiet bankarji dan il-kuntratt ikollu forma inqas solenni?

____________