Language of document :

Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-287/16, Il-Belġu vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-587/17 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, M. Jacobs, C. Pochet, aġenti, E. Grégoire u J. Mariani, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017, fil-Kawża T-287/16, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (EU:T:2017:531);

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016 1 , sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ammont ta’ EUR 9 601 619.00 (partita tal-baġit 6701).

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem aggravju uniku, ibbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 32(8)(a) tar-Regolament Nru 1290/2005 2 , li sar, essenzjalment, l-Artikolu 54(5)(c) tar-Regolament Nru 1306/2013 3 , kemm f’dak li jikkonċerna l-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji interni kif ukoll id-diliġenza meħtieġa minn din id-dispożizzjoni.

____________

1 Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16).

2 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).

3 Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 59, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 6).