Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ Jannar 2017 – Fédération des entreprises de la beauté vs Ministre des Affaires sociales et de la Santé, Ministre de l’éducation nationale, de l’enseignement supérieur et de la recherche, Ministre de l’économie et des finances

(Kawża C-13/17)

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération des entreprises de la beauté

Konvenuti: Ministre des Affaires sociales et de la Santé, Ministre de l’éducation nationale, de l’enseignement supérieur et de la recherche, Ministre de l’économie et des finances

Domandi preliminari

Ir-rikonoxximent ta’ ekwivalenza tat-taħriġ li l-Istati Membri jistgħu jwettqu skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi 1 jikkonċerna biss it-taħriġ mogħti fil-pajjiżi terzi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea?

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tar-Regolament jawtorizzaw lil Stat Membru li jiddetermina dixxiplini li jistgħu jitqiesu bħala “simili” għall-mediċina, għall-farmaċija jew għat-tossikoloġija u livelli ta’ kwalifika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolament?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, skont liema kriterji jistgħu dixxiplini jitqiesu bħala “simili” għall-mediċina, għall-farmaċija jew għat-tossikoloġija?

____________

1 ĠU L 342, p. 59.