Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fl-14 ta’ Mejju 2014 – Abdoulaye Amadou Tall vs Centre public d’action sociale de Huy (CPAS de Huy)

(Kawża C-239/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Abdoulaye Amadou Tall

Konvenut: Centre public d’action sociale de Huy (CPAS de Huy)

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 39/1 tal-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar l-aċċess għat-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tkeċċija tal-barranin, moqri flimkien mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 39/2(1), mal-Artikolu 39/76, mas-subparagrafu 2,d tal-Artikolu 39/82(4), u mal-Artikolu 57/6/2 tal-istess liġi, huma biss rikorsi għal annullament u għal sospensjoni ta’ urġenza estrema li jistgħu jiġu ppreżentati kontra rifjut ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ applikazzjoni għall-ażil multipla. Sa fejn f’dan il-każ la hemm rikors ta’ ġurisdizzjoni sħiħa, u lanqas rikorsi sospensivi, u sa fejn l-applikant la għandu dritt għal residenza u lanqas għal għajnuna materjali matul l-eżami tagħhom, dawn ir-rikorsi huma kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat 1 li jipprevedu d-dritt għal rimedju effettiv?

____________

1 ĠU L 175M, p. 168.