Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta' Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Köln - il-Ġermanja) - ebookers.com Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband eV

(C-112/11) 

(Trasport - Trasport bl-ajru - Regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fl-Unjoni - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Obbligu tal-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru li jiżgura li l-aċċettazzjoni mill-klijent tas-supplimenti tal-prezz fakultattivi ssir fuq bażi opt-in - Kunċett ta' 'supplimenti tal-prezz fakultattivi' - Prezz ta' assigurazzjoni għal kanċellament ta' titjira pprovduta minn kumpannija tal-assigurazzjoni indipendenti, li jagħmel parti mill-prezz globali)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ebookers.com Deutschland GmbH

Konvenuta: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband eV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Oberlandesgericht Köln - Interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-24 ta' Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, p. 3) - Obbligu tal-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru li jiżgura li l-prezzijiet supplementari fakultattivi jiġu aċċettati mill-klijenti fuq bażi "opt in" - Kunċett ta' "supplimenti tal-prezz fakultattivi" - Prezz ta' assigurazzjoni għal kanċellament ta' vvjaġġar mogħtija minn kumpannija ta' assigurazzjoni indipendenti, li tagħmel parti mill-prezz globali u li jiġi ffatturat lill-passiġġier flimkien mal-prezz tat-titjira

Dispożittiv

Il-kunċett ta' "supplimenti tal-prezz fakultattivi", previst fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ bl-ajru, ta' servizzi, bħalma hija l-assigurazzjoni għal kanċellament ta' titjira inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti minn parti li ma tkunx it-trasportatur tal-ajru u ffatturati lill-klijent mill-bejjiegħ ta' dan il-vjaġġ flimkien man-noll tat-titjira, taħt il-forma ta' prezz globali.

____________

1 - ĠU C 173, 11.06.2011.