Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-26 ta’ Settembru 2017 – ‘Bene Factum’ UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-567/17)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ‘Bene Factum’ UAB

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

L-Artikolu 27(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE 1 , tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-prodotti kollha mhux intiżi għall-konsum mill-bniedem skont l-użu (il-konsum) prinċipali (dirett) li huma intiżi għalih, indipendentement mill-fatt li ċerti persuni jikkonsmaw prodotti kożmetiċi jew ta’ iġjene bħall-prodotti inkwistjoni f’dan il-każ bħala xorb alkoħoliku għal raġunijiet ta’ intossikazzjoni?

Ir-risposta għall-ewwel domanda hija affettwata mill-fatt li l-persuna li importat il-prodotti inkwistjoni minn Stat Membru kienet taf li l-prodotti li jinkludu alkoħol etiliku żnaturat u mmanifatturat fuq ordni tagħha u mqassma (mibjugħa) fil-Litwanja lill-konsumaturi finali minn persuni oħra, huma kkonsmati bħala xarbiet alkoħoliċi minn ċerti persuni, u għalhekk hija mmanifatturat u ttikkettjat dawn il-prodotti filwaqt li ħadet inkunsiderazzjoni dan il-fatt bl-għan li tbiegħ minnhom kemm jista’ jkun possibbli?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.