Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fl-20 ta' April 2011 - Peter Hehenberger vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-188/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Peter Hehenberger

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Domanda preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 1, moqri flimkien mar-Regolament (KE) Nru 817/2004 2, jipprekludi regoli min-naħa tal-persuna li tipprovdi l-għajnuna, liema regoli jistabbilixxu li, fil-każ fejn tiġi prekluża spezzjoni fil-post (kejl tas-superfiċje), l-għajnuna kollha li tkun diġà ngħatat fil-kuntest ta' miżura agroambjentali matul perijodu ta' impenn għandha tiġi rrimborsata mill-benefiċjarju, anki jekk din l-għajnuna tkun ingħatat u tħallset matul numru ta' snin?

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391)

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta' April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87)