Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-8 ta' Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal du travail de Bruxelles - il-Belġju) - Gerardo Ruiz Zambrano vs Office national de l'emploi (ONEM)

(Kawża C-34/09) 1

(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 20 TFUE - Għoti ta' dritt ta' residenza taħt id-dritt tal-Unjoni għal ulied minuri fit-territorju tal-Istat Membru, li tiegħu dan il-wild għandu n-nazzjonalità indipendentement mill-eżerċizzju minn qabel minnu tad-dritt tiegħu ta' moviment liberu fit-territorju ta' Stati Membri tal-Unjoni - Għoti, fl-istess ċirkustanzi, ta' dritt ta' residenza derivat lill-axxendent, ċittadin ta' Stat terz, li l-wild minuri huwa dipendenti tiegħu - Konsegwenzi tad-dritt ta' residenza tal-wild minuri fuq ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tad-dritt tax-xogħol, mill-axxendent ta' dan il-minuri, ċittadin ta' Stat terz)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerardo Ruiz Zambrano

Konvenuta: Office national de l'emploi (ONEM)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal du travail de Bruxelles - Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 17 u 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, flimkien mal-Artikoli 21, 24 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Għoti ta' dritt ta' residenza lil ċittadin tal-Unjoni fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità, indipendentement mill-eżerċizzju minn qabel tad-dritt tiegħu għal moviment ? - Għoti, fl-istess ċirkustanzi, ta' dritt ta' residenza derivat lill-axxendent, ċittadin ta' Stat terz, li l-wild minuri huwa dipendenti tiegħu, li għandu n-nazzjonalità ta' Stat Membru, u li jibbenefika fi kwalunkwe każ minn dan id-dritt jekk il-wild minuri kien eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment ? - Konsegwenzi tad-dritt ta' residenza tal-wild minuri fuq ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tad-dritt tax-xogħol, mill-axxendenti ta' dan il-minuri, ċittadin ta' Stat terz.

Dispożittiv

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġu interpretat bħala li jipprekludi li Stat Membru, minn naħa, jirrifjuta lil ċittadin ta' Stat terz, li wliedu ta' età żgħira huma dipendenti fuqu, li huma ċittadini tal-Unjoni, ir-residenza fl-Istat Membru ta' residenza ta' dawn tal-aħħar u li għandhom in-nazzjonalità tiegħu, u, min-naħa l-oħra, jirrifjuta lill-imsemmi ċittadin ta' Stat terz permess ta' xogħol, sa fejn tali deċiżjonijiet iċaħħdu lill-imsemmija wlied mit-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta' ċittadin tal-Unjoni.

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.2009.