Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-26 ta’ Mejju 2014 – Air France - KLM vs Ministère des finances et des comptes publics

(Kawża C-250/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air France - KLM

Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) u 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħruġ ta’ biljett jista’ jiġi pparagunat mal-eżekuzzjoni effettiva tas-servizz ta’ trasport u li s-somom miżmuma minn kumpannija tal-ajru, meta d-detentur tal-biljett tal-ajru ma jkunx uża l-biljett tiegħu, liema biljett ikun skada, huma suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud?

F’dan il-każ, it-taxxa miġbura għandha titħallas lit-Teżor minn meta jiġi rċevut il-ħlas tal-prezz, minkejja li l-vjaġġ jista’ ma jseħħx minħabba l-klijent?

____________

1     Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).