Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta' Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Hamm - il-Ġermanja) - KHS AG vs Winfried Schulte

(C-214/10)

"Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali bil-ħlas - Estinzjoni tad-dritt għal-leave annwali bil-ħlas li ma tteħidx minħabba mard fl-iskadenza ta' terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KHS AG

Konvenuta: Winfried Schulte

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Landesarbeitsgericht Hamm - Intepretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381) - Dritt għal kumpens għal leave annwali mħallas li ma ttieħidx minn ħaddiem, li ma setax jeżerċita d-dritt għal leave annwali mħallas tiegħu minħabba leave tal-mard, matul perijodu ta' referenza, u li l-inkapaċita tax-xogħol tiegħu damet matul diversi snin sa tmiem il-kuntratt tax-xogħol tiegħu - Ftehim kollettiv li jippermetti l-kumpens għal-leave annwali mħallas li ma ttieħidx biss fi tmiem il-kuntratt tax-xogħol u li jipprovdi li d-dritt tal-leave annwali mħallas li ma ttieħidx minħabba mard jintemm fl-iskadenza ta' 15-il xahar wara l-perijodu ta' referenza

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali, bħal ftehim kollettiv, li jillimitaw, għal perijodu ta' trasferiment tal-leave ta' ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave annwali bil-ħlas jintemm, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave ta' ħaddiem li jkun ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta' referenza konsekuttivi

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2010.