Language of document : ECLI:EU:C:2012:690





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C‑528/10)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 2001/14/KE — Artikoli 6(2) sa (5), u 11 — Kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-ferroviji — Organu ta’ kontroll — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 26)

2.                     Trasport — Trasport bil-ferrovija — Direttiva 2001/14 — Eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/14, Artikoli 6(2) sa (5), 11 u 30(1),(4) u (5)) (ara l-punti 27-30)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 6(2) sa (5) u tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-unitajiet ta’ impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura fis-settur tal-linji tal-ferrovija, imsemmija fl-Artikoli 6(2) sa (5) u 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont dawn l-artikoli.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.