Language of document :

Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-174/17 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á.M. Almendros Manzano u P. Giusta, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA), Armando Álvarez S.A. u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tiċħad bħala infondata t-talba magħmula minn ASPLA u Armando Álvarez fl-ewwel istanza, sabiex jiksbu somma ta’ EUR 3 495 038.66 bħala kumpens għad-dannu li ġie kkawżat lilhom peress li ma kienx hemm terminu raġonevoli tas-sentenza u;

tikkundanna lil ASPLA u Armando Álvarez għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.    L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ relazzjoni ta’ kawżalità, peress li l-Qorti Ġenerali qieset li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli ta’ sentenza kkostitwixxa r-raġuni determinanti tal-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-ħlas tal-ispejjeż ta’ garanzija bankarja, meta, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-raġuni determinanti tal-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż hija l-għażla tal-impriża stess li ma tħallasx il-multa matul il-proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni.

2.    It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ dannu, peress li l-Qorti Ġenerali ma applikatx għall-allegat dannu materjali li ġej mill-ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija bankarja l-istess kundizzjoni li imponiet fir-rigward tal-allegat dannu materjali li ġej mill-ħlas tal-interessi fuq il-multa, jiġifieri li r-rikorrenti fl-ewwel istanza għandhom juru li l-piż finanzjarju li jirriżulta minn dan l-aħħar ħlas kien ogħla mill-benefiċċju li setgħu jieħdu min-nuqqas ta’ ħlas tal-multa.

____________