Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Cour costitutionnelle - il-Belġju) – Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele vs Gouvernement flamand (C-197/11), All Projects & Developments NV et vs Vlaamse Regering (C-203/11)

(Kawżi magħquda C-197/11 u C-203/11) 1

(Libertajiet fundamentali – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni – Għajnuna mill-Istat – Kunċett ta’ ‘kuntratt pubbliku għal xogħlijiet’ – Artijiet u bini li jinsabu f’ċerti muniċipalitajiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-trasferiment tagħhom għall-eżistenza ta’ ‘rabta suffiċjenti’ tal-akkwirent jew tal-kerrej prospettiv mal-muniċipalità destinatarja – Obbligu soċjali impost fuq il-kuntratturi u l-iżviluppaturi – Inċentivi fiskali u skemi ta’ sussidju)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż u l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-197/11)

Rikorrenti: Eric Libert, Christian Van Eycken, Max Bleeckx, Syndicat national des propriétaires et copropriétaires (ASBL), Olivier de Clippele

Konvenut: Gouvernement flamand

fil-preżenza ta’: Collège de la Commission communautaire française, Gouvernement de la Communauté française, Conseil des ministres

(Kawża C-203/11)

Rikorrenti: All Projects & Developments NV et

Konvenut: Vlaamse Regering

fil-preżenza ta’: College van de Franse Gemeenschapscommissie, Franse Gemeenschapsregering, Ministerraad, Immo Vilvo NV, PSR Brownfield Developers NV

Suġġett

(Kawża C-197/11)

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour constitutionnelle - Interpretazzjoni tal Artikoli 21, 45, 49, 56 u 63 TFUE u tal-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) - Kompatibbiltà ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta t-trasferiment ta’ artijiet u ta’ kostruzzjonijiet li jinsabu f’ċerti komuni għall-eżistenza ta’ rabta’ suffiċjenti tal-akkwirent jew tal-kerrej prospettiv mal-muniċipalità destinatarja - Ksur tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Għan ta’ interess ġenerali - Prinċipju ta’ proporzjonalità

(Kawża C-203/11)

Talba għal deċiżjoni preliminari - Grondwettelijk Hof - Interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 45, 49, 56, 63, 107 u 108 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 86(2) KE - Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), tal-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) u tal-Artikoli 2(2)(a) u (j), 4(6) u (9), 14 u 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) - Għajnuna mogħtija mill-Istati – Leġiżlazzjoni reġjonali fil-qasam tal-politika tal-artijiet u tal-immobbli - Akkomodazzjoni soċjali - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet

Dispożittiv

L-Artikoli 21 TFUE, 45 TFUE, 49 TFUE, 56 TFUE u 63 TFUE, kif ukoll l-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik prevista fil-Ktieb 5 tad-Digriet tar-Reġjun Fjamming, tas-27 ta’ Marzu 2009, dwar il-politika tal-artijiet u tal-immobbli, li tissuġġetta t-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu f’ċerti muniċipalitajiet indikati mill-Gvern Fjamming għall-verifika minn kummissjoni ta’ evalwazzjoni provinċjali tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” bejn l-akkwirent jew il-kerrej potenzjali u dawn il-muniċipalitajiet.

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik adottata fil-Ktieb 4 tal-imsemmi Digriet tar-Reġjun Fjamming, li tipprovdi għall-impożizzjoni ta’ “obbligu soċjali” fuq ċerti operaturi ekonomiċi meta dawn tal-aħħar jingħataw permess tal-bini jew tal-qsim tal-art f’lottijiet, sa fejn ikun ikkonstatat mill-qorti tar-rinviju li din il-leġiżlazzjoni hija neċessarja u xierqa sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata provvista ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni suffiċjenti għal persuni bi dħul baxx jew għal kategoriji żvantaġġati oħra tal-popolazzjoni lokali.

L-inċentivi fiskali u l-mekkaniżmi ta’ sussidju previsti fl-istess Digriet tar-Reġjun Fjamming jistgħu jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk il-kundizzjonijiet marbuta mal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat humiex sodisfatti u, fil-każ affermattiv, fir-rigward tal-miżuri previsti fil-Ktieb 4 ta’ dan id-digriet intiżi sabiex jikkumpensaw għall-obbligu soċjali li għalih huma suġġetti l-kuntratturi u l-iżviluppaturi, li tivverifika jekk id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) [KE] rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, tapplikax xorta waħda għal tali miżuri.

Il-bini ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li mbagħad jinbiegħu, bi prezzijiet limitati, lil organizzazzjoni pubblika tal-akkomodazzjoni soċjali jew permezz tas-sostituzzjoni tal-fornitur tas-servizzi li bena dawn il-postijiet ta’ akkomodazzjoni b’din l-organizzazzjoni jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “kuntratt pubbliku għal xogħlijiet” iddefinit fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, meta l-kriterji previsti f’din id-dispożizzjoni huma sodisfatti, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

____________

1 ĠU C 211, 16.07.2011.

ĠU C 219, 23.07.2011..