Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-14 ta' April 2011 - HIT hoteli, igralnice, turizem d.d. Nova Gorica u HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem d.d. vs Bundesminister für Finanzen

(Kawża C-176/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HIT hoteli, igralnice, turizem d.d. Nova Gorica u HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem d.d.

Konvenut: Bundesminister für Finanzen

Domanda preliminari

Regola stabbilita minn Stat Membru, li tipprovdi li reklamar li jippromwovi l-istabbilimenti barranin ta' każino li jinsab f'dan l-istess Stat huwa biss awtorizzat bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet legali applikabbli f'dawn l-istabbilimenti fil-qasam tal-protezzjoni ta' min jilgħab ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali, hija konċiljabbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?

____________